Illum previous editions

ILLUM 20 August 2023

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1506015

Contents of this Issue

Navigation

Page 12 of 15

13 kultura IL-ĦADD 20 TA' AWWISSU 2023 • illum Dan l-artiklu inkiteb bis-sostenn tal-Kunsill Malti għall-Arti żgħażagħ Maltin idoqqu fost staqsejnihom ukoll dwar l-istigma li hemm lejn il-mużika elettronika; li avvenimenti fejn tindaqq ikunu miżgħuda b'nies jabbużaw mid-droga, u t-tnejn li huma kellhom l-istess fehma. "Issaqsi lil min issaqsi ta' l-età tagħna, ngħidulek l-istess: id- drogi kullimkien issibhom; f 'Paceville, f 'avvenimenti mtellgħin pubblikament, u anke f 'avvenimenti tat- techno," qal Ġorġ. "Saħansitra anke fil-Magħmudiji!" żied Damjan. "Li nara differenti f 'avvenimenti tat-techno minn postijiet bħal Paceville, hu li f 'Paceville tisma' b'aktar ġlied, tkissir ta' propjetà, fastidji, persuni li jitfgħu sustanzi fix-xorb ta' nies oħra, kif ukoll abbuż" kompla Ġorġ. "Għalhekk nemmen li l-aħjar approċċ ikun ta' mitigazzjoni ta' ħsara. Mort festivals barra minn Malta fejn kull min jattendi jingħata aċċess għall-informazzjoni fuq l-użu tad-droga, kontraċettivi, mard sesswali, aċċess għal ittestjar ta' kwalità tad-droga, għajnuna fejn tidħol saħħa mentali, u dan waqt li xorta waħda jkollhom livell għoli ta' sigurtà mad-daħla. S'issa kull Gvern kellu jinduna li l-gwerra kontra d-droga falliet." Għal Ġorġ, il-ġlieda għandha tkun kontra t-traffikant, u mhux kontra dak li jagħmel użu "responsabbli" minnha. "Imbagħad, in-nuqqas ta' responsabiltà fost min jagħmel użu mid-droga għandha tiġi kumbattuta minn politika ta' mitigazzjoni ta' ħsara, minflok jiġu ppersegwitati nies li qed jieħdu gost b'mod responsabbli, jew qed jitolbu id t'għajnuna. Saru wisq traġedji u nqerdu wisq ħajjiet minħabba l-approċċ tal-forza." "Kont qiegħed f 'konverżazzjonijiet u ċajt mal-istess artisti li ssoltu nsiefer jew immur Glitch Club Series biex nara" Meta staqsejnihom dwar kif kienet ir-reazzjoni tagħhom meta ġew avviċinati sabiex idoqqu f 'Glitch Festival, it- tnejn li huma qalu li ma kienux qed jistennewha. Damjan jgħid li ma kienx qed jistenna li se jkollu l-opportunità din is-sena, filwaqt li Ġorġ aktar u aktar, meta tqis li kien ilu jdoqq biss xahar. Filwaqt li Damjan huwa grat tal-opportunità, jgħid li din kienet esperjenza li m'hu se jinsa qatt, "dak li ħassejt waqt li daqqejt ma nibdlu ma' xejn. Barra minn hekk, kelli ċ-ċans niltaqa' u niddiskuti ma artisti fix-xena, li ssoltu nsegwihom minn fuq l-internet." Ġorġ jgħid li għalih, "l-esperjenza kienet surreali, infatti għadni m'erġajtx bdejt ir-rutina. Kont qiegħed f 'konverżazzjonijiet u ċajt mal- istess artisti li s-soltu nsiefer jew immur barra minn Malta biex nara. Daqqejt quddiem mijiet ta' nies u irċievejt kummenti tajbin ħafna, kemm mill-artisti kif ukoll mill-folla. Għall-bidu ħassejtni ftit eċitat, imma hekk kif bdiet tikber il- folla mill-ewwel qbadt ir-ritmu u ġejt f 'dinja għalija." Dawn ċertament li huma żewġ żgħażagħ b'futur sabiħ fix-xena. Tkellimna magħhom ukoll dwar xi pjanijiet għandhom għall-ġejjieni. Damjan għandu numru ta' avvenimenti pjanati, fosthom żewġ edizzjonijiet ta' Split, kif ukoll Indigo u l-festival Dalma. Però, it-tir finali tiegħu hu li jdoqq barra minn xtutna. Min- naħa tiegħu, Ġorġ m'għandux ħafna pjanijiet fit-tul, iżda se jkun qed idoqq ukoll f 'Dalma. Barra minn hekk, se jkun qed idoqq fl-edizzjoni li jmiss ta' Ħmieġ, fejn se jdoqq ukoll id-DJ internazzjonali Adrian Mills.

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 20 August 2023