Illum previous editions

ILLUM 20 August 2023

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1506015

Contents of this Issue

Navigation

Page 14 of 15

Biex jiċċelebraw iċ-Ċentinarju ta' kemm kien ilu Walt Disney involut fil-films, id-distributuri lokali tal-films, K.R.S. Releasing Ltd. b'kollaborazzjoni mal- Kumpanija Walt Disney u bi sħab mas-cinemas lokali kollha, se joffru lill-familji l-ewwel opportunita' tagħhom li jaraw xogħlijiet animati klassiċi, rinomati u kulti fuq il-LIŻAR il-KBIR. Dan il-Programm se jinkludi ġawhar verament popolari bħal "Snow White And e Seven Dwarfs", "Bambi", "Peter Pan", e Jungle Book", eċċ., kollha kemm huma fil-versjonijiet oriġinali kif maħruġa mill-Kumpanija Walt Disney. Okkażjoni bħal din hi xi ħaġa tassew rari u ta' sodisfazzjon kbir! Titilfuhiex! Dan il-programm jinkludi dawn il-produzzjonijiet: SNOW WHITE AND THE SEVEN DWARFS. (1937) L-ossessjoni ta' ħafna snin qabel li jipproduċi l-ewwel film animat ta' tul normali, ġabet ħafna kritika u opposizzjoni lil Walt Disney. Ir-riżultat aħħari għalaq ħalq dawk kollha li kienu kontra, għax din li ħrafa tassew ferrieħa tidħol pront fil-qlub ta' kull eta'. Jgħaddu kemm jgħaddu snin Snow White And The Seven Dwarfs jibqa' kapulavur frisk u klassiku. BAMBI. (1942) Film ieħor animat, eżkwiżitu u kommoventi dwar ferħ ċerva li qatlu lil ommha u kif il-fażijiet tal-ħajja tagħha jikkumplimentaw l-erba' staġuni fil-foresta. Il-karattru tal-fenek, Thumper, tassew jisraq kull xena li jidher fiha. CINDERELLA. (1950) Din il-ħrafa klassika verament irnexxiet fuq il-liżar il-kbir, b'xi tiblitiet biex ikomplu jsebbħu l-istorja, fosthom żewġ ġrieden, Gus u Jaq li jsiru ħbieb mal-isfortunata protagonista, flimkien ma' kanzunetti ħelwin. PETER PAN. (1953) L-istorja popolari ta' James M. Barrie dwar tifel li qatt ma ried jikber u l-avventuri tiegħu ma' Wendy f 'Neverland fejn jikkumbatti ma' Captain Hook u xi pirati Il-versjoni animata ta' Disnayhi maħluqa tassew għat- tfal ta' kull eta'. 101 DALMATIANS. (1961) Storja li għandha togħġob lil kullħadd, ambjentata fl- Ingliterra, dwar serqa ta' ġriewi tar-razza Dalmatian minn viljakka li tħobb timxi mal- moda u tilbes kowtijiet tal-"fur", jisimha Cruella De Vil u l-pjan inġenjuż biex dawn jinġiebu lura. Film verament ħelu li jaffaxxina lill-maġġoranza. THE JUNGLE BOOK. (1967) Din id-darba mmorru fl-Indja minn fuq storja ta' Rudyard Kipling. Mowgli, tifel orfni mrobbi mill-lupi fil-ġungla jsir ħabib ma' Baloo, ors ta' għalih waħdu li jakkumpanjah fl-avventuri tiegħu. Dan kien l-aħħar film li Walt Disney nniffsu laħaq jissorvelja qabel ma miet. BEAUTY AND THE BEAST. (1991) Din il-ħrafa klassika u popolari nħadmet bosta drabi għaċ- ċinema. Il-versjoni animata ta' Disney hija waħda mill-aħjar. Wara li tinsab priġuniera fil- kastell tal-mostru ikraħ, Beast, is-sbejħa Belle tibda tara fih kwalitajiet nobbli u ġentili u anki ssir tħobbu. Dan kien l-ewwel produzzjoni animata nnominata għall-Oscar għall-Aqwa Film. TOY STORY. (1995) Film intelliġenti, magħmul b'immaġini ġġenerati bil- kompjuter, dan kien xogħol ta' Pixar Studios, kumpanija mixtrija minn Disney. Woody (vuċi ta' Tom Hanks) cowboy pupazz favorit ta' tifel, ir-rival tiegħu l-astronawta Buzz Lightyear (vuċi ta' Tim Allen) u karattri oħra ħelwin jieħdu l-ħajja meta l-umani ma jkunux ħdejhom. Dawn se jgħaddu minn avventuri gwappi ma' tifel li kien tassew jgħożżhom u li wasal biex imur l-iskola. Film li nissel diversi sequels kollha ta' kwalita' superjuri daqsu. THE PRINCESS AND THE FROG. (2009) Dan ix-xogħol animat kien maħdum bil-metodi ta' qabel, tpinġija bl-idejn u verament jidher attraenti. Fi New Orleans tas-snin għoxrin, iż-żagħżugħa Tiana tinduna li xogħol iebes biss jista' jirrealizza l-ħolma tagħha. Hi tiltaqa' mal-Prinċep Naveen li jsir żrinġ u jkun qed jistenna l-bewsa tagħha biex jerġa' jieħu surtu. Film mużikali, mħarrek bil-kultura ta' Louisiana. FROZEN. (2013) Din hi produzzjoni kkulurita u eċitanti dwar Anna, li timbarka fuq vjaġġ ma' Kristoff, raġel tas- silġ u ċ-ċerva tiegħu biex tfittex li oħtha, Elsa li għandha l-poter li tbiddel kull oġġett jew persuna f 'silġ Carmel Bonnici 15 films IL-ĦADD 20 TA' AWWISSU 2023 • illum Disney 100: ċelebrazzjoni ta' kull żmien

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 20 August 2023