Illum previous editions

ILLUM 20 August 2023

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1506015

Contents of this Issue

Navigation

Page 2 of 15

speċjalment, meta wieħed jikkunsidra li aktar mar jmur, id-dinja qed tiġi aktar u aktar globalizzata. Minkejja dan, skont Cordina, hija essenzjali li Malta tkun post fejn wieħed jista' jitgħallem, jiżviluppa lilu nnifsu kulturalment, jaħdem u jgawdi kwalità ta' ħajja tajba. "Hija aktar importanti li niffokaw id- diskussjonijiet tagħna fuq din, billi nikkalkulaw il- kwalita' ta' ħajja taż-żgħażagħ f 'Malta u kif din tista' titjieb, milli nispekulaw fuq kemm żgħażagħ jixtiequ jitilqu barra," żied Cordina. Madanakollu l-età medja tal-popolazzjoni kollha Maltija baqgħet stabbli mis-sena 2010 'il quddiem, fejn dejjem baqgħet madwar 40 sena. Cordina jgħid li din hija peress li ż-żieda fl-età medja taċ-ċittadini Maltin qed tagħmel tajjeb għaliha ż-żieda fil- ħaddiema barranin li ġew f 'Malta, li huma ta' età medja aktar baxxa. R e l a t a t ma' dan, huwa stmat li l-barranin jammontaw għal it aktar minn 20% tal-popolazzjoni. Dawn jinkludu nies b'ċittadinanza Ewropea kif ukoll nies minn pajjiżi terzi. F'din l-istatistika, Malta qiegħda fit-tieni post fl-Ewropa kollha, wara l-Lussemburgu (47.1%). L-ILLUM staqsiet lil Cordina jekk l-importazzjoni ta' ħaddiema barranin neċessarja għall- ekonomija, partikolarment biex nissalvagwardjaw il-penzjonijiet, fid-dawl tal-fatt li r-rata tal-fertilità qed titbaxxa. Hu wieġeb li hemm tlett fatturi sabiex dawn ikunu siguri. L-ewwel wieħed huwa l-preżenza ta' biżżejjed ħaddiema; li pajjiż ikollu biżżejjed ħaddiema li t-taxxi tagħhom jagħmlu tajjeb għall-pensjonijiet. It-tieni huwa li l-produttività ta' dawn il-ħaddiema tiżdied, sabiex ikunu jistgħu jagħmlu tajjeb għan-nuqqasijiet fin-numri, b'hekk l-ekonomija tikber xorta waħda. It-tielet fattur huwa li s-sorsi tad-dħul tal-pensjonanti ikun aktar diversifikat, u dawn ma jiddependux biss mill- pensjonijijiet. Dan, skont Cordina jsir billi jkun hemm aktar tfaddil personali, kif ukoll li jibqgħu parteċipi fid-dinja tax-xogħol b'mod imnaqqas, fost mezzi oħrajn. aħbarijiet 03 IL-ĦADD 18 TA' ĠUNJU 2023 • illum 03 aħbarijiet 03 03 aħbarijiet 03 03 IL-ĦADD 23 TA' LULJU 2023 • illum aħbarijiet IL-ĦADD 20 TA' AWWISSU 2023 • illum fil-popolazzjoni u l-inqas fl-Unjoni Ewropea Fil-futur, in-nisa se jkomplu jemanċipaw rwieħhom u l-irġiel se jkomplu jxeqilbu lejn kultura ta' familja, u b'hekk aktar nies se jagħżlu li jkollhom aktar tfal. Din diġà ġrat f'pajjiżi oħra li għaddew mill-istess ċiklu. Il-grupp Rota bi kritika lejn id-disinn tal-proġett tal-qala tal-Imsida Il-grupp Rota ħareġ bi kritika lejn id-disinn tal-proġett tal-qala tal-Imsida li tħabbar il-Ġimgħa 18 t'Awwissu. Huwa għamlu talba sabiex il-proġetti infrastrutturali tat-toroq sabiex jindirizzaw il- problemi tat-traffiku isiru b'mod aktar inklussiv u sostenibbli. Huma qalu li wara li kkonkludew analiżi fil-fond, jinnotaw li saru sforzi sabiex jittejjeb id-disinn oriġinali, wara numru ta' laqgħat ma' Infrastucture Malta. Madankollu, għadhom imħassbin mill-fatt li hemm numru ta' nuqqasijiet li ma ġewx indirizzati fejn jidħlu ċ-ċiklisti. L-ewwel punt tagħhom huwa li m'hemm l-ebda konnessjoni diretta minn Tal-Pietà għal Birkirkara, u b'hekk tnaqqas il-konvenjenza u s-sigurtà għaċ-ċiklisti li jivjaġġaw bir- roti fuq dik ir-rota. Lanqas m'hemm konnessjoni diretta għaċ-ċiklisti fit-telgħa li tagħti għall-Università, u l-kostruzzjoni ta' flyover ġdida fiż-żona kapaċi tkompli tnaqqas l-aċċessibbiltà. L-istess problema hija preżenti fid-direzzjoni lejn il-Belt Valletta, hekk kif iċ-ċiklisti jaffaċċjaw nuqqas ta' konnessjonijiet diretti, kif ukoll kisriet perikolużi. Skont Rota, dan juri li ħtieġa li jsir pont għaċ-ċiklisti fiż-żona. Huma ilmentaw ukoll li l-positijiet minn fejn jaqsmu r-roti m'humiex ċari, partikolarment fir-rotta li tagħti mill-Junior College, hekk kif ir-roti se jkollhom isuqu kontra t-traffiku sabiex jaċċessawhom. Barra minn hekk, saħqu li m'humiex konvinti mill-istqarrija li l-bini ta' flyover se jnaqqas it-tniġġis fiż-żona. "L-aktar mod effettiv ta' kif wieħed inaqqas it-tniġġis miċ-ċentri tal-villaġġi huwa billi wieħed inaqqas it-traffiku f 'dawn iż-żoni, u mhux iżidu permezz ta' flyover." Rota enfasiżżaw it-twemmin tagħhom li t-toroq għandhom jiġu pjanati b'mod inklussiv li jaħseb f 'kull individwu li jagħmel użu minnhom. "Proġett li se jiswa €18-il miljun għandu jakkomoda lil kulħadd. Il- proġett tal-karreġġjati għar-roti, li se jiswa' €35 miljun se jkun effettiv skont l-agħar biċċa tiegħu." Filwaqt li Rota wrew l-apprezzament tagħhom lejn il- fatt li Infrastructure Malta qed jisimgħuhom, saħqu li d-disinn attwali m'huhiex attrazzat għaċ- ċiklisti daqs kemm għandu jkun. Komplew b'appell lill-awtorità sabiex tagħti prijorità sabiex it-toroq ikunu jakkomodaw lil kulħadd, kif ukoll jippromovu metodi ta' trasport sostenibbli. Fl-2021, Malta kellha l-aktar rata ta' fertilità baxxa fl- Unjoni Ewropea kollha.

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 20 August 2023