Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1506905
Il-Ħadd 27 t'Awwissu, it-tim Franċiż ta' Reims li jilgħab fl-għola diviżjoni tal-futbol Franċiż, lagħab barra minn daru kontra Montpellier. Għall-plejer internazzjonali Malta Teddy Teuma, din kienet l-ewwel logħba fejn kien mal-ewwel ħdax, mindu ingħaqad ma' Reims fis- suq tat- trasferimenti ta' dan is-sajf. Il-midfielder Malti kellu prestazzjoni indimentikabbli, hekk kif skurja żewġ gowls tal-istampi u kellu wkoll assist, biex b'hekk kien involut fil-gowls kollha tat-tim, li ħareġ rebbieħ bl-iskor ta' 3-1. Kien fit-8 minuta ta' logħob x'ħin it-tim ta' Reims fetaħ l-iskor. Dan wara li corner li kien inkarigat minnu Teuma sab ras id-difensur Abdelhamid, li b'daqqa ta' ras b'saħħitha għeleb għalkollox lill- goalkeeper avversarju. Fil-41 minuta, reġa kien Teuma l-protaġonista, hekk kif freekick tiegħu minn tarf il-kaxxa għola minn fuq il-barriera u sab ir-rokkna tal- lasta, biex b'hekk irdoppja l-vantaġġ għat-tim tiegħu. Montpellier urew ambizzjoni ta' rimonta, hekk kif fil-45+4 minuti Mousa Al-Taamari qabeż lid-difensur a v v e r s a r j u sabiex għamel inseriment għal ġol-kaxxa, fejn ikkonkluda tajjeb mit-tarf sabiex qasam id-distakk minn nofs. Madanakollu, Teuma reġa kien pront u kabbar id-distakk għal żewġ gowls, meta fis-56 minuta waqa' quddiemu ballun b'distazza konsiderevoli mill-kaxxa. Il- plejer Malti, b'teknika stupenda, ixxuttja mingħajr ma kkontrolla l-ballun, li segwentament reġa sab ruħu fir-rokna tax-xibka. Wara l-logħba, il-kowċ ta' Reims Will Still ma kellu xejn ħlief kliem ta' tifħir fir-rigward ta' Teuma, kif ukoll għall-impatt enormi li kellu fuq il-logħba. "Ninżalu l-kappell," qal il- kowċ Ingliż-Belġjan. Apparti minn hekk, il-ġurnal rinomat L'Équipe ħabbar l-aħjar 11-il plejer fil-kampjonat Franċiż ta' din il- ġimgħa, fejn kien hemm l-inklużjoni ta' Teuma. Aktar minn hekk, Teuma kien mgħoti l-għola punti (9) mill- plejers kollha, f 'tim li inkluda wkoll lill-attakkant Franċiż Kylian Mbappe (8). 16 rokna sportiva Il-plejer internazzjonali Malti beda l-ewwel logħba tiegħu ma' Reims, fejn kien strumentali sabiex dawn rebħu bi skor ta' 3-1. Max Verstappen b'rimonta f'daru wara li xita qalila fissret li kellu jbiddel l-istrateġija kmieni fit-tiġrija. IL-ĦADD 3 TA' SETTEMBRU 2023 • illum Wirjiet eċċezzjonali għal Teddy Teuma u Max Verstappen Teddy Teuma jibbrilla fil-Ligue 1 Max Verstappen kompla l-istaġun fejn jidher li ħadd ma jista' jikkompeti miegħu, hekk kif beda fl-ewwel post, u kkonvertiha għal rebħa fil-Grand Prix ta' Zanvoort. B'hekk, huwa laħaq ir-rekord li kien stabbilit minn Sebastian Vettel lura fis-sena 2013; dak ta' disa' rebħiet konsekuttivi. It-tellieqa kienet ikkumplikata b'taqtiriet ta' xita li bdew minn it qabel il-tluq, li nbidlu f 'ħalbiet ħorox mal- bidu tal-ewwel dawra. B'hekk, bosta xufiera kellhom jibdlu l-istrateġiji rispettivi tagħhom kompletament, b'Verstappen jaqa' lura għar-raba' post. Madankollu, ix-xufier mill- Olanda żamm kalm, u rnexxielu jikseb il-postijiet li tilef lura sabiex għolla t-tazza fit-trakka ta' daru. "Illum it-temp m'għamilhiex faċli għalina. Però ġismi kien diġa qam xewk xewk, x'ħin bdew idoqqu l-innu nazzjonali qabel it-tellieqa. Minkejja x-xita, il-partitarji ħolqu atmosfera inkredibbli," qal Verstappen f 'ewforija. Fernando Alonso għamel użu mill-esperjenza estensiva tiegħu biex jinnaviga il- kundizzjonijiet tat-temp li ma kienux mistennija biex irnexxielu jikseb it- tieni post. Sergio Perez daħal warajh fit-tielet post iżda, konsegwenza ta' ħames sekondi ta' penalità minħabba veloċità eċċessiva f i l - k a r r e ġ ġ j at a tal-pits, ġie relegat għar- raba'. Minfloku, klassifika fit-tielet post Pierre Gasly, wara wirja eċċellenti li ratu jikseb disa' postijiet wara li beda minn 12- il post. Warajhom segwew Carlos Sainz, Lewis Hamilton, Lando Norris, Alex Albon, Oscar Piastri u Esteban Ocon. Ix-xufier Amerikan ta' Williams, Logan Sargeant, kellu ġurnata diżappuntanti oħra, hekk kif ma kkalkulax sew waqt li kien qed idur kisra tmienja, tilef il-kontroll tal- karozza u baqa dieħel ġol ħajt protettiv. Charles Leclerc ukoll kellu jirtira mit-tellieqa, hekk kif ħsara li ġarrab fil-bidu tat- tellieqa ma ppermettietx li dan ikun jista' jkompli d-distanza kollha. Din kienet it-tielet darba dan l-istaġun li x-xufier ta' Ferrari rtira kmieni, f 'staġun fejn qed ikun diżappuntat bil-prest azzjonijiet tiegħu. Zhou Guanyu ra t-tellieqa tiegħu tispiċċa ma' dawra 65, hekk kif sgidja fl-ewwel kisra fejn sofra ħsarat li ma ppermettewx li jkun jista' jkompli, hekk kif għoliet il-bandiera l-ħamra. Ta' min jinnota ukoll il- prestazzjoni ta' Liam Lawson, li għalih din kienet l-ewwel tiġrija tiegħu fil-kampjonat, hekk kif ħa post Daniel Ricciardo, li sofra ġrieħi gravi li ma ppermettewx li jkun jista' jikkompeti jumejn qabel wara ħabta fis-sessjoni tal-prattika. Hu rnexxielu jikseb it-13 il- post, li għalkemm bih ma gwadanja l-ebda punt, kien mument memorabbli għax- xufier ta' 21 sena. Xampanja fix-xita għal Max Verstappen