Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1506905
06 aħbarijiet IL-ĦADD 3 TA' SETTEMBRU 2023 • illum aħbarijiet Kemmuna SHABAN BEN TAHER Tul dan is-sajf, numru ta' nies kif ukoll għaqdiet non-governattivi għamlu ilment dwar l-impatt negattiv li qed isir fuq Kemmuna kawża tal-attività kummerċjali fuq il-gżira. Fost dawn, l-għaqda Nadur Nadif ħarġet stqarrija lura fit-18 t'Awwissu, fejn fost oħrajn ilmentaw fuq iż-żibel, nuqqas ta' kontenituri għalih, kif ukoll in-nuqqas t'inforzar. L-ILLUM avviċinat lil Andre Callus sabiex jispjega din il- problema u x'jaħseb li għandha tkun is-soluzzjoni. Huwa spjega li għalih, din hija li jonqsu drastikament in-nies li jmorru Kemmuna kuljum. Skont Callus, il-fatt li massa kbira ta' nies f 'daqqa jmorru fuq Kemmuna, li hija riserva naturali, iħalli impatt negattiv enormi fuq is-sit. Hemm diversi raġunijiet għalfejn dan hu l-każ. Aktar ma jmorru nies, aktar se jiġi ġġenerat skart, li l-infrastruttura mhux kapaċi tiflaħ għalih. Issir ukoll ħsara lejn il-pajsaġġ naturali, b'ruxxmata nies jirfsu fuq ix-xagħri. Barra minn hekk, massa ta' nies "joħonqu l-post" li huwa relattivament żgħir, partikolarment fi Blue Lagoon. Kawża t'hekk, anke l-kwalità esperjenza tal-viżitatur tieħu daqqa, minħabba li ma jkollux biżżejjed spazzju sabiex igawdu s-sit b'mod trankwill. "Is-sena l-oħra, l-għaqda organizzat numru ta' protesti fuq il-gżira, fejn għamlet tliet The Commission on Gender-Based Violence and Domestic Violence, within the Ministry for Home Affairs, Security, Reforms and Equality is seeking to recruit the following personnel: MANAGER (PROJECTS) Jobsplus Permit No. 54/2023 CLERK Jobsplus Permit No.611/2023 For further details and application guidelines contact: Commission on Gender-Based Violence and Domestic Violence, Zentrum Business Centre, Triq l-Imdina, Qormi Phone 2276 8301 E-mail: contactus@stopviolence.gov.mt Sciberras, flimkien ma' numru ta' kumpaniji ta' kontroll tal-pesti stqarrew li fenomenu li jaraw ħafna waqt xogħolhom għandu x'jaqsam mal-wirdien, u kif meta tkun qed tinqala' triq sabiex isiru xogħolijiet, dawn isibu ruħhom bla dar. Għalhekk, huma u jfittxu dar ġdida, jidħlu fir-residenzi tan-nies u binjiet oħra. Din hija raġuni waħda wara żieda notevoli fil-klijenti li ġiet innutata minn kumpaniji ta' kontroll ta' pesti. Sciberras, li għandu wkoll kumpanija ta' kontroll ta' pesti u huwa riċerkatur fuq is-suġġett, stqarr li l-bini bla kontroll huwa fattur ieħor li qed jikkontribwixxi għaż-żidiet fil-popolazzjoni ta' dawn l-ispeċi. Huwa nnota li s-siti ta' kostruzzjoni minnhom infushom jipprovdu l-kundizzjonijiet ideali sabiex speċi bħall-wirdien ikabbru l-popolazzjoni tagħhom, u jekk ma jkunx hemm min jieħu azzjoni immedjata, dawn isibu rwieħom fid-djar tan-nies. Fattur ieħor marbuta mal-bini huwa n-nuqqaas ta' pjanar f 'dak li għandu x'jaqsam mad-drenaġġ. Sciberras spjega kif illum il- ġurnata, meta titwaqqa' dar biex tittella' blokka ta' appartamenti, minflok ikun hemm kamra tal-banju waħda jew tnejn jinbnew numru ferm ikbar ta' kmamar tal-banju. Dan filwaqt li l-infrastruttura tad-drenaġġ tibqa' bħallikieku qed tintuża minn residenza waħda, u b'hekk tkun tiflaħ ferm inqaas għall-ħtiġijeit ta' numru ta' residenzi. Dan kollu, skont Sciberras jagħti l-pesti aktar opportunitajiet biex jirnexxu fit-tkabbir tal- popolazzjoni tagħhom. Apparti dan, l-ammont kbir ta' żibel li jiġi ġġenerat mir-residenzi u li ma jinġabarx fil-ħin huwa wkoll ta' benefiċċju għal pesti bħall-ġrieden. Sciberras innota li fl-aħħar ġimgħat, meta lokalitajiet bħal Ta' Sliema u San Ġiljan kellhom problema serja ta' żibel fit-toroq, "il-ġrieden u l-wirdien għamlu festa." Fil-fatt, huwa spjega li persuni f 'Ta' Sliema u San Ġiljan kienu uħud mill-aktar klijenti frekwenti tiegħu, hekk kif anke l-Kunsilli Lokali ta' dawn iż-żewġ lokalitajiet avviċinawh għas-servizzi tiegħu minħabba l-problema serja ta' dawn l-ispeċi. Sciberras tkellem fit-tul dwar il-bżonn li l-awtoritajiet jieħdu dawn il-problemi bis-serjetà, hekk kif meta ċerti speċi jibdew ikabbru l-popolazzjoni tagħhom minħabba l-attività tal-bnedmin, dan jista' jkun ta' detriment kbir għal speċi oħra li huma kruċjali għall-ekosistema ta' pajjiżna, apparti l-fatt li joħolqu wkoll problemi għal eluf ta' residenti f 'Malta. Kien għalhekk li huwa tkellem b'diżappunt kbir għall-fatt li l-Gvern waqqaf il-programm ta' kontraċettivi għall-ħamiem, u b'hekk wissa, "nistgħu nistennew splużjoni fil-popolazzjoni tal- ħamiem fiż-żmien li ġej." Minkejja li l-ħamiem ma jitqiesx annimal simili għal pesti oħra bħall-ġrieden, dawn jistgħu ikunu problematiċi ferm, minħabba l-ħsara kbira li kapaċi jagħmlu meta l-popolazzjoni tagħhom tikber. Fosthom, il-ħamiem għandhom kapaċità kbira li jmexxu l-mard, u jistgħu jagħmlu ħsara fuq proprjetajiet, bħal karozzi u binjiet. Il-programm li kien jitma' ikel imħallat b'kontraċettiv għall- ħamiem kien tħabbar fl-2021 mill-Assoċjazzjoni Maltija għall- Kunsilli Lokali u kellu jdum għaddej minn tal-inqas tliet snin sakemm il-popolazzjoni tal- ħamiem tiġi kkontrollata. Minkejja dan, Sciberras qal lil din il-gazzetta li dan il-programm twaqqaf milli jopera madwar xahar ilu. Bosta Maltin u Għawdixn f 'numru ta' rħula jafu sew il- problemi li jġibu magħhom popolazzjonijiet kbar ta' ħamiem slavaġ. Fil-passat, il-Kunsilli Lokali ta' San Ġilja, Ta' Sliema u l-Birgu kellhom jirrikorru għall- isparar tal-ħamiem fit-toroq sabiex jikkontrollaw din l-ispeċi problematika. 'Il-bini u ż-żibel qed jgħinu fit- tkabbir tal-pesti' TKOMPLI MINN PAĠNA 1 Arnold Sciberras huwa espert fil-qasam tal-kontroll tal-pesti, apparti li huwa naturalist li jistudja diversi speċi ta' insetti