Illum previous editions

ILLUM 3 September 2023

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1506905

Contents of this Issue

Navigation

Page 4 of 15

MATTHEW FARRUGIA "Is-Swieqi minsija. Il-bżonnijiet tal-lokalità ilna nqajjmuhom mal-awtoritajiet għal żmien twil imma waqgħu fuq widnejn torox." Dan kien il-kumment tas-Sindku tas-Swieqi Noel Muscat, b'rabta ma' numru ta' problemi f 'din il-lokalità, li ilhom jakkumulaw tul is-snin, tant li issa, is-sitwazzjoni fuq diversi fatturi gravat. Muscat kien qed iwieġeb mistoqsijiet mill-ILLUM dwar il-problema tal-iskart li fl-aħħar ġimgħat ddominat bosta rħula u bliet f 'pajjiżna, iżda huwa nnota li s-Swieqi ilha tipprova tqajjem kuxjenza u tappella għall- għajnuna dwar din il-problema għal dawn l-aħħar seba' snin. Fil-fatt, Muscat qasam ma' din il-gazzetta dokument li kien prepara għal laqgħa li kellu fl-2016 ma' Edward Zammit Lewis, li dak iż-żmien kien il-Ministru għat- Turiżmu. Fid-dokument, Muscat qajjem numru ta' punti li fil- fehma tiegħu kienu qed joħolqu problemi fis-Swieqi, liema punti żiedu fir-relevanza tagħhom maż- żmien, tant li dawn il-problemi issa huma mifruxin ma' numru ta' lokalitajiet mal-pajjiż. Fid-dokument, Muscat innota li l-karatteristiċi tas-Swieqi raw tibdiliet kbar b'mod mgħaġġel. Huwa semma l-fenomenu ta' vilel u djar li qed jitwaqqgħu sabiex jittellgħu blokok kbar ta' appartamenti, li mbagħad jinkrew għal żmien qasir. Fl-2016 u anke illum il-ġurnata, Muscat innota li dawn it-tip ta' kerrejja qed jikkontribwixxu b'mod qawwi għaż-żibel li ma jinħariġx fil- ġurnata jew fil-ħin it-tajjeb. Kien għalhekk li l-Kunsill Lokali kien talab l-għajnuna tal- Ministeru għat-Turiżmu fl-2016, hekk kif ġie nnutat li l-Kunsill m'għandu ebda poter sabiex jidentifika s-sidien ta' dawn ir-residenzi u lanqas jagħmel moniteraġġ fuq min jarmi b'mod ħażin. Il-proposta ta' Muscat għal dak iż-żmien kienet li l-amministraturi tal-blokok ta' appartamenti jkunu risponsabbli għar-rimi tal-iskart kif suppost. B'hekk, l-amministraturi jkunu jistgħu jiġu kkuntattjati minnufih. Minkejja din il-laqgħa mal- Ministeru li saret seba' snin ilu, Muscat stqarr li mhux talli dawn il-problemi ma ġewx indirizzati, iżda issa żdiedu. Huwa appella għal azzjoni immedjata f 'forma ta' ċitazzjonijiet effettivi kontra kull min jarmi l-iskart mhux kif suppost. 'Lokalità minsija' Noel Muscat stqarr ukoll mal- ILLUM dwar kif l-awtoritajiet donnhom nesew il-bżonnijiet tar- residenti ta' din il-lokalità. Hawn, huwa għamel referenza għal laqgħa oħra li kellu bħala Sindku, din id-darba mal-Kap Eżekuttiv ta' Project Green, Steve Ellul. Hawn Muscat semma' t-tkabbir mgħaġġel li s-Swieqi rat fl-aħħar snin, b'popolazzjoni ta' aktar minn 16,000 resident, apparti l-fatt li għaddejjin proġetti ta' żvilupp kbar li jistgħu ikomplu jżidu din il-popolazzjoni. Kien għalhekk li s-Sindku nnota li din ir-realtà ġġib magħha problemi fosthom nuqqas ta' parkeġġ u nuqqas ta' spazji ħodor u miuħin li jwaqqgħu il-kwalità tal-ħajja tar-residenti. Sabiex din il-problema tiġi indirizzata, Muscat propona li l-Gvern, permezz ta' Project Green, jakkwista art li hija privata fil-qalba tas-Swieqi, sabiex tiġi konvertita fi spazju miuħ għall- pubbliku u ċentru reġġjonali għall-arti u l-kultura. Fil-korrispondenza tiegħu ma' Ellul, Muscat stqarr li it passi l-bogħod minn dan is-sit hemm żewġ proġetti ta' żvilupp li se jkomplu joħonqu din il-lokalità, bi proġett minnhom ikun blokka ta' 114 appartament u 300 garaxx, flimkien ma' ħwienet u uffiċini, u b'hekk dan il-proġett ta' spazju miuħ huwa aktar utli minn qatt qabel. Minkejja l-appell għall- għajnuna, Muscat stqarr li ma hemm ebda indikazzjoni li dan il-proġett se jsir, u ma ħa ebda risposta mingħand din l-entità ġdida. Muscat esprima l-frustrazzjoni tiegħu u tar-residenti tas- Swieqi għal din is-sitwazzjoni inkwetanti, u stqarr li jekk ma tittieħed ebda azzjoni, din il-lokalità se tkun waħda kompletament minsija. aħbarijiet 05 IL-ĦADD 18 TA' ĠUNJU 2023 • illum aħbarijiet aħbarijiet IL-ĦADD 23 TA' LULJU 2023 • illum aħbarijiet IL-ĦADD 3 TA' SETTEMBRU 2023 • illum OPPORTUNITAJIET GĦAL KARRIERA Sottomissjoni tal-Applikazzjoni Il-kandidati jridu jkunu profiċjenti wkoll kemm fil-lingwa Maltija kif ukoll dik Ingliża. Tista' tikiseb aktar informazzjoni u deskrizzjoni tal- impjieg komprensiva billi tikkuntattja lill-Aġenzija għas-Servizzi tal-Qrati fuq recruitment.courts@courtservices.mt. Il-kandidati għandhom jissottomettu l-ittra ta' applikazzjoni tagħhom, il-kwalifiki u l-esperjenza tagħhom fil-format tal-Europass Curriculum Vitae, kopja taċ-ċertifikati skennjati rilevanti tagħhom u ċertifikat validu tal-Kondotta tal-Pulizija permezz ta' email fuq recruitment.courts@courtservices.mt. SKRIVANI TAL-QORTI (IL-QRATI TA' MALTA) JobsPlus Permit No. 337/2021 Rekwiżiti tal-Eliġibilita' Il-kandidati prospettivi jrid ikollhom standard ta' edukazzjoni fil-livell tal-'O' Level u jridu jkunu għaddew mill-moduli 2, 3 u 4 tal-ECDL/ICDL. Is-salarju għall-kariga ta' Skrivan tal-Qorti huwa fi Grad 7 tal-Aġenzija għas-Servizzi tal-Qrati. Abbażi tar-rati tal-2023, dan huwa ekwivalenti għal €14,802 fis-sena, li jiżdied b'inkrementi annwali ta' €350 sa massimu ta' €17,952. L-Iskrivani tal-Qorti li jkunu għadhom kif bdew jaħdmu jibdew mil-livell numru 3 ta' dan il-Grad, jiġifieri €15,502 fis-sena. Din il-kariga full-time hija fuq bażi indefinita u hija soġġetta għal perjodu ta' prova ta' sitt xhur. L-applikazzjonijiet jintlaqgħu sal-Ġimgħa 15 ta' Settembru 2023 fis-13:00. Aġenzija għas-Servizzi tal-Qrati 'Il-Gvern nesiena' - Is-Sindku tas-Swieqi frustrat bl-istat tal-lokalità u n-nuqqas t'għajnuna Ir-rabja u l-frustrazzjoni tas-Sindku tas-Swieqi, Noel Muscat kienu evidenti f'kummenti li ta lil din il-gazzetta dwar numru ta' problemi li din il-lokalità ilha taffaċċja għal numru ta' snin. huwa esprima t-tħassib tiegħu għan-nuqqas t'azzjoni rigward l-infurzar tar-rimi tal-iskart u n-nuqqas ta' spażji miftuħa f'dan ir-raħal

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 3 September 2023