Illum previous editions

ILLUM 3 September 2023

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1506905

Contents of this Issue

Navigation

Page 11 of 15

Fl-ewwel Ħadd ta' Lulju f 'Hal Luqa, tiġi ċċelebrata l-festa ta' Sant' Andrija, f 'Ħal Luqa. Madankollu, ħaġa partikolari li ssir f 'Hal Luqa biss tista' tesperjenzaha lejliet, is- Sibt. Wieħed mill-każini tar-raħal, is- Soċjetà Filarmonika l-Unjoni, ilu stabbilit mis-sena 1880. Fl-1885, ċertu wieħed Karlu Darmanin kien inkarigat sabiex jaħdem statwa t'anġlu, li tirrappreżenta il-martirju l-glorja ta' Sant' Andrija. It-tradizzjoni hi li, meta l-banda tasal quddiem il-każin li jinsab eżatt barra l-pjazza, toħroġ l-istatwa minnu li tinġarr sa nofs il- pjazza. Din tittella' fuq pedestall li jkun armat għall-okkażjoni, filwaqt li l-banda ddoqq marċ li ġie miktub apposta, b'folla ta' nies ikantaw miegħu. Wara t-tlugħ isegwu l-murtali minn fuq il-bejt tal-każin, li jkomplu jżidu mal-meravilja t'atmosfera. Meta bdiet din it-tradizzjoni 138 sena ilu, it-teknoloġija ma kinitx dik li hi llum, u b'hekk din l-istatwa kienet tittella' fuq il-pedestall bl- idejn. Din l-istatwa hija l-unika f 'Malta li nżammet it-tradizzjoni u baqgħet tittella' bl-istess mod: b'numru ta' persuni fuq kull skaluna ta' struttura mtarrġa, maġemb il- pedestall, li jgħadduha minn id għal id sakemm issib postha fuq il-pedestall, tħares fuq in-nies ta' taħtha u l-bqijja tal-pjazza. opinjoni 12 analiżi kultura IL-ĦADD 3 TA' SETTEMBRU 2023 • illum Dan l-artiklu inkiteb bis-sostenn tal-Kunsill Malti għall-Arti Tradizzjonijiet uniċi fil-festi Sant' Andrija, Hal Luqa Il-festa ta 'San Ġiljan, il-qaddis patrun tal-lokalità li ġġib ismu, issir fl-aħħar Ħadd t'Awwissu. Dan huwa l-qaddis protettur tal- kaċċaturi. Ftit nies jafu għalfejn il-murtali li jagħmlu ħsejjes ta' sparar li jintużaw fis-salut jissejjħu musketterija. Dan għalhiex, fi żmien il-Kavallieri, flok murtali kienu jintużaw numru ta' xkubetti li jiġu sparati f 'daqqa. Din il-festa għadha sal-lum tgħaqqad dawn iż-żewġ tradizzjonijiet flimkien; dik tal-festi u dik tal-kaċċa. Meta l-istatwa ta' San Ġiljan toħroġ mill-Knisja għall- purċissjoni, numru kaċċaturi jkunu diġa miġburin fuq il-bejt tal-Knisja. Bħala salut, simbolu ta' merħba lejn din l-istatwa, huma jisparaw numru ta' skrataċ in bjank minn hawn, minflok li tirħaraq musketterija jew murtali bħal ma jsir f 'lokalitajiet oħra. Din l-attività ilha tiġa kkoordinata mill-Federazzjoni Kaċċaturi Nassaba Konservazzjonisti għal dawn l-aħħar 40 sena. It-tradizzjoni kienu reġgħu bdewha fis-sena 1983 Aldo Azzopardi u Ninu Dalli, żewġ persuni mill-lokalità, illum deċeduti. San Ġiljan, San Ġiljan

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 3 September 2023