Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1506905
Carmel Cacopardo 11 editorjal IL-ĦADD 3 TA' SETTEMBRU 2023 • illum ILLUM, MEDIATODAY LTD, VJAL IR-RIĦAN, SAN ĠWANN SĠN 9016 Tel: (356) 21 382741-3, 21 382745-6 • Fax: (356) 21 385075 Ittri u Kummenti, Imejl: illum@mediatoday.com.mt M inn boroż iffriżati għal suldati fit-toroq, qishu ħadd ma jaf eżattament kif ħa nsolvu l-problema ta' l-iskart. Jew inkella kif anke sempliċi- ment niġbruħ. Il-problema issa mhux il-muntanja tal-Magħtab jew inkella l-ħruq taż-żibel u l-impatt fuq is-saħħa tal-bniedem. Iżda l-amministrazzjoni u l-immaniġjar tal-ġbir ta' l-iskart. Din il-problema turi l-istat ħażin li spiċċajna fih bħala pajjiż. Kien hemm żmien meta konna niaħru li hemm affarijiet li jaħdmu sew fil-pajjiż: il-posta waħda minnhom, il-ġbir ta' skart kienet oħra. Bid- deċiżjonijiet żbaljati spiċċajna li l-ħawwadna l-borma iktar milli kienet imħawwda. Ma konniex kapaċi nagħrfu li ż-żieda fenomenali fl-appartamenti 'short let' u ż-żieda fil-popolazzjoni kienet ser twassalna biex inkunu inkapaċi li noperaw servizz sempliċi li f 'dinja moderna huma bżonnjużi u meħtieġa. U ċ-ċirasa fuq l-kejk meta f 'kumment fuq il-programm Xtra il-kap eżekuttiv tal-Wastserv Richard Bilocca stqarr b'mod redikolu li jekk l-iskart organiku jinten tista faċilment tiffriża l-iskart organiku biex tevita l-irwejjaħ. Kumment li wassal biex ċorma nies jidħku u jibku fl-istess ħin, ħasra meta tqis li Richard Bilocca li kien tekniku u uffiċċjal f 'Dar Malta fi żmien amministrazzjoni oħra huwa wieħed mill-iktar maniġers tajbin li għanda fis- servizz pubbliku. Gwapp daqsu kien Pillow, is-sindku ta' Tas-Sliema li talab li joħorġu s-suldati imma mhux bl-uniformi biex igħinu fl-infurżar fil-kunsilli lokali. Jew aħjar fejn f 'diskursata telefonika ma' resident jinstema jgħid – ser inħallu ż-żibel u niġbruħ wara l-protesta ta' Tas-Sliema biex nagħtu l-impressjoni li hawn ħafna żibel. Imbgħad wieħed jistgħaġeb meta nargumentaw li ma hemmx onesta f 'dawk li jikkritikaw. Danakollu sintomu ta' pajjiż medjokri. Pajjiż li kiber b'għaġġla kbira u ma rax iktar il-bogħod minn imnieħru. Dan hu pajjiż imexxi wkoll minn politiċi li jibżgħu jieħdu deċiżjonijiet u minn xi kunsill lokali li huma motivati minn interessi oħra. Wasalna f 'sitwazzjoni fejn il-klassi politika kważi mhux qed tagħti każ aktar. Fejn literalment qishu kollox jibqa għaddej. Fejn ħadd ma għandu idea ta' fejn sejrin u minn fejn ġejna. Qed ngħixu realta' fejn l-opinjoni pubblika ma tgħoddx u fejn il-politiċi u l-ministri ifarfru l-problemi taħt it- tapit. Lil hinn mill-aħir ta' rekords u n-numri u ċ-ċifri, hemm dinja oħra ta'munzelli ta' żibel, żdingar u intransiġenża politika. Ma nistgħux nibqgħu sejrin hekk. U dan il-pajjiż medjokri