Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1506905
13 kultura IL-ĦADD 3 TA' SETTEMBRU 2023 • illum Il-festa tal-patrun hija d-data perennjali fil- kalendarju ta' kull raħal Malti. Il-festi rispettivi ta' kull raħal kollha jaqsmu similitajiet ma' xulxin iżda, xi wħud, għandhom tradizzjonijiet partikolari għalihom biss Dan l-artiklu inkiteb bis-sostenn tal-Kunsill Malti għall-Arti fil-festi tar-raħal Fil-ġimgħa tat-tieni Ħadd ta' Settembru, fin-nofsinhar ta' Malta tiġi ċċelebrata l-festa tal-Madonna tal- Grazzja f 'Ħaż-Żabbar. Għal min ma jafx, din hija l-qaddisa protettura taċ- ċiklisti. Jum il-festa, eluf ta' ċiklisti u nies bil-muturi jiltaqgħu f 'żewġ postijiet fit-tramuntana ta' Malta; iċ- ċiklisti ir-Rabat u tal-muturi il-Mosta, għal tradizzjoni li taf l-għeruq tagħha 72 sena ilu. Dawn isuqu wara pittura enomi tal-qaddisa li tkun qiegħda fuq trakk. Iċ-ċiklisti jkunu ltaqgħu kmieni, fis-7 a.m, f 'Ħaż- Żabbar, fejn jgħabbu r-roti tagħhom fuq trakkijiet apposta, u jkun hemm numru ta' xarabankijiet li jwassluhom fuq il-post. Mat-tluq, iċ-ċiklisti jgħaddu mis-Saqqajja, H'Attard, Hal Lija, Hal Balzan, Birkirkara, Santa Venera, Fleur-de-Lys, Ħamrun, Hal Qormi, il- Marsa, Raħal Ġdid, Ħal Tarxien u l-Fgura. Minn naħa l-oħra, tal- muturi jgħaddu minn Triq il-Kostituzzjoni, Birkirkara, Triq Reġjonali, San Ġiljan, Spinola, Ta' Sliema, il- Gżira, l-Imsida, il-Furjana, il-Belt Valletta, il-Marsa, Raħal Ġdid, l-Isla, Bormla u l-Fgura. Fl-aħħar, dawn jieqfu quddiem is-Santwarju tal-Madonna tal-Grazzja, quddiem folla numeruża ta' nies li jkunu qed jistennew il-wasla tagħhom u tal- pittura. L-idea għal din it- tradizzjoni ġejja minn tradizzjoni Taljana li kienu esperjenzaw żewġ soċji tal- MUSEUM meta dawn kienu fil-pajjiż. Huma bdewha f 'Malta lura fis-sena 1951, fejn kienet miftuħa biss għall-muturi iżda, fl-1955, din ġiet estiża wkoll għar- roti. Madonna tal-Grazzja, Ħaż- Żabbar Il-villaġġ ta' Birżebbuġa huwa raħal magħruf għall-port u l-baħar tiegħu. Dan ir-raħal jorganizza il-festa ta' San Pietru fil-Ktajjen, avveniment li jsir l-ewwel Ħadd t'Awwissu. Ir-raħal irnexxielu jgħaqqad din il-festa flimien mal-karattestiċi tipiċi tal-lokalità, għal tradizzjoni li ma ssir imkien aktar madwar Malta. Din it-tradizzjoni kienet bdiet lura fis-sena 1974. Hawnhekk, vara ta' San Pietru tiġi mgħobbija fuq dgħajsa, u din titwassal mill-Bajja ta' San Ġorġ għal Pretty Bay. Tul il-vjaġġ, dan ikun segwit minn numru ta' dgħajjes oħra, kif ukoll folla ta' nies li tkun miexja miegħu tul il- kosta. Normalment, ikun hemm madwar 40 dgħajsa li tkun qed tipparteċipa f 'din il-purċissjoni navali wara l-istatwa. Fuqhom ikun hemm ukoll banda, li ddoqq marċi brijjużi waqt li l-istatwa tkun qed taqsam minn naħa għall-oħra tax-xatt tal-villaġġ. Meta din l-istatwa tasal fuq l-art, hi tittieħed dawra mat-toroq ta' Birżebbuġa, sakemm tirritorna lura fil- bajja, u tibqa' hemm sa tmiem il-festa il-Ħadd filgħaxija. San Pietru fil-Ktajjen, Birżebbuġa Huwa fatt magħruf li l-Knisja tagħmel ammont sostanzjali ta' flus minn offerti ta' nies li lesti jħallsu somom kbar sabiex ikunu huma li jintgħażlu biex jerfgħu l-istatwa tal-patrun jew patruna. Madankollu, l-Imġarr din issir bl-aktar mod apert u trasparenti; permezz t'irkant pubbliku fir- raħal. Din it-tradizzjoni tmur lura aktar minn 100 sena, meta r-residenti xtaqu statwa tal- Madonna iżda l-Kappillan saħaq li ma kienx hemm fondi. Din tħallset kważi kollha minn tmien benefatturi, li ġarrewha huma. Is- sena ta' wara, kien baqa' ammont dovut, u b'hekk grupp ieħor ġabar il-flus u ġarrew l-istatwa huma. Minn hemm twieldet tradizzjoni li ilha għaddejja sal-lum il-ġurnata, għalkemm l-ammonti li qed jinġabru qed isiru aktar u aktar astronomiċi. Fl-2022, inġabret is-somma inkredibbli ta' €46,000. Il- Kappillan stqarr kif din is-somma se tkun qed tintuża mill-Knisja għal proġetti fil-komunità, kif ukoll għall-karità. Santa Marija, l-Imġarr