Illum previous editions

ILLUM 3 September 2023

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1506905

Contents of this Issue

Navigation

Page 13 of 15

14 films IL-ĦADD 3 TA' SETTEMBRU 2023 • illum L-istorja ta' dan il-film tassew ħelu hi din: Lili Smith (Julie Andrews) hi kantanta popolari, fi żmien l-Ewwel Gwerra Dinjija, li qegħda tipprovdi divertiment lill-udjenzi ta' Londra u nformazzjoni militari lill-Intelliġenza Ġermaniża. Qabel ma titlaq lejn Franza biex tirċievi il-Legion Of Honour, il- kuntatt tagħha fuq in-naħa l-oħra, Kurt von Ruger (Jeremy Kemp) jinfurmaha biex titlaq mal-Maġġur William Larrabee (Rock Hudson), kmandant ta' skwadra Amerikana u tipprova titkixxef kemm tista' dwae l-użu tal-ajruplan militari ġdid tal-Allejati. L-ewwel darba li Lili tara lil Larrabee jinzerta meta hi tkun tkanta fi sptar militari u dak il-lejl stess tiltaqa' miegħu f 'nightclub. Tant timpressjonah li malajr jtiha gost meta jżuru kamp u jisimghu l-mużika mħarrka ta' vjolini żingari u anki ħarġiet fil-kampanja Franċiża. Meta l-informazzjoni dwar l-ajruplan tal-Allejati tibda tilħaq lill-Ġermaniżi, żewġ investigaturi mill-Intelliġemza Franċiża, Liggett (Andre Maranne) u Duvalle (Jacques Marin) jissusspettaw f 'Larrabee li hu spija u jitolbu lil Lili biex toqgħod b'għajnejha fuqu. Sadanittant, hi semgħet kelma dwar Operation Crepe Suzette li von Ruger jgħidilha li tista tkun xi sinjal għal xi operazzjoni tal-ajru tal-Allejati. Meta tibda tissusspetta li Suzette hi xi mara oħra fil-ħajja ta' Larrabee, Lili b'għira, tgħarraq l-attentat ta' Larrabee biex jissuċċediha, li jispiċċa f 'rabja hekk kif hu jispjegalha għaliex waqaf hesrem fl-att tal-imħabba. Meta Lili ssir taf li Larrabee qed jiltaqa' ma' żeffiena "stripper" Franċiża, jisimha Suzette Maldue (Gloria Paul), Lili timplika li din il-mara hi spija u wara tipprova ssalvah meta hu jkun arrestat. L-Intelliġenza Ġermaniża jiddeċiedu li Lily hemm bżonn twarrab minn nofs għax saret ta' riskju, imma tkun salvata l-ewwel minn von Ruger u wara minn Larrabee hekk kif hi taħrab lejn l-Isvizzra. Fl-aħħar tal-gwerra terġa tingħaqad mal-Maġġur fuq il-palk ta' Londra. Darling Lili, bħal e Great Race, film ieħor dirett minn Blake Edwards, jagħti omaġġ spettakuluż u lussuż lill-era tar-Re Dwardu. Infatti, d-dettalji jleqqu tal-intern tas-swali tal-mużika u l-cabarets, ir-romantiċiżmu ħelu b'umoriżmu mużikali ta' serenati ta' żingari f 'bosk Franċiż u l-udjenzi patrijottiċi attenti waqt il-kant li jappella, waqt li fis-smewwiet tisma' l-ħsejjes taż-Żeppellin għaddej, jakkumulaw f 'kull ħaġa sentimentali ta' dak iż-żmien tad- deheb u ta' mingħajr ħsibijiet żejda. L-aktar mumenti umoristiċi u taċ-ċajt ta' dan il-film iseħħu meta jidhru ż-żewġ aġenti tal-Intelliġenza Franċiza, bħall-Ispettur Clouseau (Peter Sellers tal-Pink Panther) li jippruvaw bi tbatija jżommu xi it dekor u dinjita' professjonali waqt il-missjoni tagħhom iżda jkunu tant ineffiċjenti. Il-parti ta' wieħed minnhom, il-Maġġur Duvalle kienet oriġinaljament offruta lill- kummidjant Ingliż Benny Hill. Il- maġġor parti ta' din il-produzzjoni kienet iffilmjata fir-rebbiegħa tas- sena 1968. Id-direttur Blake Edwards għall-ewwel saqah biex il-parti prinċipali ta' Lili Smith taħdimha Audrey Hepburn billi hu kien diġa' dderieġa lil din l-attriċi fi Breakfast At Tiffany's (1960). Pero', wara xorta ħaseb li kieku sar hekk, xorta waħda l-film ma kienx jirnexxi għax iż-żmiern tal-kummiedji mużikali romantiċi kien spiċċa. Fl-1991, għas-sejħa ta' Michael Schlesinger, dak iż-żmien kien il-kap tal-Paramount Repertory Division, Edwards kien mistieden biex jaqta' u jirranġa lil Darling Lili għall-intenzjoniiet oriġinali tiegħu. Din il-kopja tad-Director's Cut (kif isejħulha) kienet ta' 29 minuta iqsar minn dik oriġinali li ħareġ bil-ħin ta' 136 minuti u deher aktar mexxej. Kopja ġdida, restawrata bid-Dolby SR dehret fil-festival ta' Cannes tal- 1992, meta ntweriet retrospettiva tal-films tiegħu li attendew għaliha Blake Edwards u martu, Julie Andrews. Wara it żmien, il- premier ta' din il-kopja fl-U.S.A. sar fit-teatru Directors' Guild ta' Los Angeles fejn reġgħu attendew id- direttur u martu. Wara li ntwera f 'xi postijiet, ħareġ id-DVD. Il-versjoni oriġinali kompluta bl-overture (il-mużika li tinstema' qabel jibda l-film propja) għadha teżisti wkoll u dehret fit-TV fuq ic-channel Turner Classic Movies (TCM). Carmel Bonnici Il-film mużikali "Darling Lili" (1970)

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 3 September 2023