Illum previous editions

ILLUM 3 September 2023

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1506905

Contents of this Issue

Navigation

Page 6 of 15

aħbarijiet 07 IL-ĦADD 3 TA' SETTEMBRU 2023 • illum Kemmuna – minn ġawhra għal miżbla talbiet; li jitnaqqsu b'żewġ terzi n-numru ta' deckchairs, li jitnaqqsu l-gabbani tal-ikel, kif ukoll li d-dgħajjes il-kbar li jġorru t-turisti ma jibqgħux jitħallew imorru Kemmuna." Rigward l-ewwel proposta, Callus spjega kif din it-talba ġiet attwata, b'numru kbir ta' deckchairs jitnaqqsu miż-żona. Xorta waħda kien hemm numru li qed jitpoġġew f 'post ieħor, però ferm anqas minn dawk li tneħħew. Rigward iż-żewġ talbiet l-oħra, il-gabbani ma naqqsux, "u dawn xorta qed ikollhom mużika għolja," żied Callus. Id-dgħajjes il-kbar xorta waħda għadhom qed jagħmlu vjaġġi ta' "mijiet ta' turisti f 'salt wieħed". Għal Callus, din tal-aħħar hija imperattiva sabiex jonqsu n-numri. Hu jemmen li jekk dawn id-dgħajjes li qed jieħdu numru kbir ta' turisti f 'daqqa jiġu projbiti minn fuq il-post, il- problema kapaċi tkun solvuta. Dan għalhiex, "ħafna minn dawn it-turisti m'għandhomx l-intenzjoni li jmorru speċifikament Kemmuna. Huma jkunu għaddejjin minn max-xatt u jaraw dawn l-operaturi joffru dawriet mal-kosta ta' Malta, u jmorru għall-esperjenza. Id- destinazzjoni tkun sempliċiment parti mill-pakkett." Ovvjament, wieħed xorta jkun jista' jivjaġġa lejn Kemmuna permezz tad- dgħajjes iż-żgħar, li joffru s-servizz kemm minn Malta jew minn Għawdex. Però, dawn id- dgħajjes ma joffrux pakketti, u b'hekk it-turist li jkun irid imur Kemmuna speċifikament biss imur fuq il-gżira. Callus jemmen ukoll jekk in- numru ta' gabbani hux kapaċi jonqos b'mod naturali, jekk u meta jonqsu n-numri ta' viżitaturi. "Jista' jkun," huwa wieġeb. "Però ma naħsibx li għandna nistennew." Staqsejnih jekk dan hux kapaċi jikkawża żieda fid-domanda għad-dgħajjes iż-żgħar, li jwassal għal żieda fin-numru ta' dawn ix-xorta ta' dgħajjes li jkunu qed joperaw. Huwa wieġeb li, "wieħed irid jara jekk dan ikunx il-każ, qabel nikkunsidraw miżuri oħra." Riċentament, bdiet tissemma' wkoll proposta li jkun hemm limitu fuq in-numru ta' nies li jmorru Kemmuna kuljum. Ħadna l-oppinjoni ta' Callus dwar jekk din potenzjalment hix soluzzjoni għall-problema. Huwa tenna li jekk it-talbiet ta' Movimenti Graffiti jiġu attwati, se jkun hemm nuqqas fin-numru ta' viżitaturi. "Madankollu, jekk dan ma jkunx il-każ, imbagħad għandna nikkunsidraw limitu. Però, dan għandu jiġi implimentat b'mod li ma jaffettwax l-aċċessibbiltà għar- residenti Maltin u Għawdxin." Dan kien sajf ieħor fejn komplew l-ilmenti dwar x'għaddej fuq Kemmuna u l-impatt negattiv li dan iħalli. L-ILLUM avviċinat lil Andre Callus, attivist minn Moviment Graffiti, sabiex jispjega x'jaħseb li għandu jsir Andre Callus

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 3 September 2023