Illum previous editions

ILLUM 3 September 2023

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1506905

Contents of this Issue

Navigation

Page 0 of 15

SHABAN BEN TAHER DB Group akkuża lill-NGOs li qed jaħdmu għall-kompetituri tagħhom billi jitolbu li jerġa' jinstema l-każ tal-oġġezzjoni kontra l-proġett fil-Bajja ta' San Ġorġ, waqt li jibqgħu siekta dwar proġetti oħra fil-madwar. Dan wara li ħarġet l-aħbar li numru ta' NGOs, flimkien mal- Kunsilli Lokali ta' Pembroke u s-Swieqi, qed ifittxu li l-każ jerġa jinstema' wara li l-Prim Imħallef Mark Chetcuti approva l-iżvilupp ta' dik li qabel kienet l-ITS f 'lukanda u kumpless residenzjali, wara snin twal ta' litigazzjoni. Huma qalu li, "ċertu nies m'humiex jaċċettaw il-verdett, u issa qed jimxu kontrih billi jerġgħu jiħu l-każ meta m'għandhomx bażi. Aħna m'għandnix dubju li l-Qorti se terġa taqta' s-sentenza bl-istess mod." Huma żiedu li dawk li daħlu r-rikors kienu qed ifittxu li jagħmlu ħsara kummerċjali lill- proġett. "L-oppożizzjoni għall-proġett kienet fil-maġġor parti tagħha minn kompetituri li jibżgħu mill-abbiltà tal-Grupp li jikseb success," stqarret il-kumpanija. Żiedu wkoll li dawn baqgħu fil- muta meta proġetti fil-madwar inbnew fuq art mixtrija jew mikrija għal irħas. "Ir-raġuni hija sempliċi, għax dik kienet fl- interess tal-kompetituri tagħna." DB Group temm billi stqarr li qed jikkunsidra azzjonijiet sabiex jirkupra d-danni. Is-Sindku ta' Swieqi jiftaħ qalbu fuq il-kriżi fil-lokalita' tieghu www.illum.com.mt €1.25 IL-ĦADD 3 TA' SETTEMBRU 2023 • NRU 880 PAĠNA 5 Isostnu rwieħhom billi jixtru plejers barranin SHABAN BEN TAHER L-ILLUM jiżvela kif klabb relattivament żgħir f 'Malta qed jirnexxielu jikseb riżultati tajbin konsistenti fil-BOV Challenge League ta' kull sena, mingħajr bżonn ta' investiment kbir minn barra. Dan il-mudell huwa potenzjalment marbut mar- raġuni għalfejn klabb mill-Gana għażel li jibgħat disa' plejers lejn Malta sabiex jingħaqdu ma' Sirens FC. Ftit aktar kmieni dan ix-xahar, il-klabb tal-futbol ta' San Pawl il- Baħar, Sirens FC, ħabbru l-akkwist ta' disa' plejers minn klabb wieħed mill-Ghana, Madeama FC. Din kienet aħbar kemmxejn kurjuża meta wieħed iqis li dan il-klabb għadu kemm ġej minn staġun fejn kien inkurunat ir-rebbieħ tal-għola diviżjoni fil-pajjiż. PAĠN1 8 U 9 'Nistennew splużjoni fil- popolazzjoni ta' wirdien u ġrieden' MATTHEW FARRUGIA Il-mod ta' kif qed nibnu u ngħixu qed jiffaċilita tkabbir qawwi ta' popolazzjonijiet ta' speċi problematiċi, fosthom ġrieden u wirdien li qed isibu rwieħhom fid-djar tan-nies u anke l-ħwienet. Dan kien il-kumment allarmanti ta' Arnold Sciberras, konsulent fl-immaniġġjar u l-kontroll tal-pesti li tkellem ma' din il-gazzetta dwar kif diversi attivitajiet u żviluppi fis- soċjetà Maltija qed iwasslu għal problemi serji f 'dak li għandu x'jaqsam mal-popolazzjonijiet ta' numru ta' pesti. Sciberras innota wkoll b'dispjaċir li l-awtoritajiet mhux jgħinu fil-mitigazzjoni ta' dawn il-popolazzjonijiet, hekk kif stqarr li l-programm tal-Gvern biex irażżan il-popolazzjoni tal- ħamiem slavaġ twaqqaf ħesrem, u b'hekk il-pubbliku jista' jistenna spluzjoni fl-ammont ta' ħamiem f 'żoni urbani. PAĠNA 6 DB jakkuża l-ambjentalisti li qed jaħdmu mal-kompetituri

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 3 September 2023