Illum previous editions

ILLUM 3 September 2023

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1506905

Contents of this Issue

Navigation

Page 2 of 15

MATTHEW FARRUGIA Il-kunċett ta' Neighbourhood Watch li ġie mniedi f 'Awwissu fil-Marsa bħala proġett pilota għandu l-għan li r-residenti jkunu aktar attivi fiż-żamma tas-sigurtà madwar il-lokalità, u l-ħsieb huwa li kull lokalità ikollha dan il-kunċett. Stqarr dan il-Ministru għall- Intern u s-Sigurtà Byron Camilleri f 'kummenti ma' din il-gazzetta, hekk kif innota li din l-inizjattiva se żżid ukoll il-koperazzjoni bejn residenti u l-Pulizija, sabiex ikun hemm anke kuntatt dirett biex il-Pulizija tkun tista' tirċievi informazzjoni essenzjali dirett mill-komunità. Programmi ta' Neighbourhood Watch ilhom isiru għal numru ta' deċċenji madwar id-dinja, u studji internazzjonali jindikaw li dawn huma effettivi ferm anke fil-prevenzjoni ta' numru ta' reati. Fosthom, f 'postijiet fejn dawn il- programmi qed jitħaddmu, reati bħal serq mid-djar ġew innutati jonqsu b'madwar terz. B'mod ġenerali, dawn il-programmi huma maħsuba li jipprevjenu r-reati b'rata ta' 16%, hekk kif ir-residenti jsiru riżorsa effettiva għas-sigurtà tal-lokalità. Apparti dan, programmi simili minn madwar id-dinja għandhom ukoll l-għan li jħaddnu sens ra' risponsabbilità ċivika fost ir- residenti permezz tal-irwol dirett tagħhom fis-sigurtà tal-komunità tagħhom. Mal-ILLUM, Camilleri stqarr li l-istess kunċett huwa eżistenti f 'Marsaxlokk, il-Mellieħa u s-Swieqi. Apparti dan, il-Marsa hija magħrufa għar-realtajiet uniċi tagħha, fejn fosthom, din il- gazzetta kienet irrappurtat li viċin il-pont tal-bypass tal-Marsa kien infestat b'xiri u użu ta' droga fl-apert, kif ukoll vandaliżmu regolari. Għalhekk, apparti dan il-programm, Camilleri stqarr li, "il-Pulizija tal-Komunità fil-Marsa, diġà qed jagħmlu xogħol siewi ieħor madwar il-lokalità u li diġà qed jagħti l-frott." Huwa stqarr li f 'din il-lokalità, il-Pulizija tal-Komunità, "wettqu 4021 siegħa f 'rondi bil-mixi u r-rota, dan apparti r-rondi li jsiru mill-RIU u d-distrett , għamlu mal- 1506 tfittxija fuq persuni u 16 fuq vetturi li jistgħu jkunu ta' suspett fejn arrestaw 154 persuna." Apparti dan, intqal ukoll kif ngħataw aktar minn 2,254 twissija u kif ukoll 723 ċitazzjoni. Camilleri qal ukoll li fil-Marsa għaddejjin spezzjonijiet u ħidmiet oħra b'rabta mal-immigrazzjoni irregolari, fejn skontu, "dawk li ma għandhomx dritt jgħixu f 'pajjiżna qed jitneħħew mill-pajjiż." Fl-aħħar mill-aħħar, Camilleri stqarr li l-Pulizija tal-Komunità għaddejjin b'numru ta' kollaborazzjonijiet ma' entitajiet oħra governattivi, u anke oħrajn li m'humiex b'rabta ma' individwi u anke żoni li jkollhom bżonn attenzjoni partikolari. Fosthom, il- Pulizija tidentifika żoni li jkollhom bżonn aktar xogħol b'rabta mal- indafa pubblika, u għalhekk isir djalogu bejn il-Pulizija u d-Dipartiment tal-Cleansing sabiex tingħata attenzjoni iżjed lil dawn iż-żoni. aħbarijiet 03 IL-ĦADD 18 TA' ĠUNJU 2023 • illum 03 aħbarijiet 03 03 aħbarijiet 03 03 IL-ĦADD 23 TA' LULJU 2023 • illum aħbarijiet IL-ĦADD 3 TA' SETTEMBRU 2023 • illum Pjan sabiex kull lokalità jkollha Neighbourhood Watch F'kumment lil din il-gazzetta, il-Ministru għall-Intern Byron Camilleri stqarr li l-proġett ta' Neighbourhood Watch huwa maħsub li se jinfirex f'kull lokalità f'Malta bil-għan li r-residenti jkunu aktar attivi fiż-żamma tas-sigurtà Bl-għajnuna tan-Neighbourhood Watch se tkun iktar faċli biex l-awtoritajiet iżommu subajhom mal-polz tar-residenti

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 3 September 2023