Illum previous editions

ILLUM 3 September 2023

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1506905

Contents of this Issue

Navigation

Page 8 of 15

Minflok, ikun hemm qbil fuq porzjoni mis-somma li Swieqi FC jieħdu meta dan il-plejer jinbiegħ minnhom. B'hekk, klabb Malti b'finanzi limiti jaqtgħu ukoll l-ispejjes tat-trasferimenti tal-plejers barranin. Barra minn hekk, dawn il-karatteristiċi personali ta' dawn il-plejers ikunu diġa ġew evalwati minn klabb li Swieqi għandhom relazzjoni magħhom u javdaw. B'hekk, jonqos ir-riskju li Swieqi jiffirmaw barranin bi problemi bħal pereżempju attitudni mhux kif mixtieqa. Minn naħa l-oħra, Swieqi jorganizzaw korsijiet ta' taħriġ tal-kowċis fin-Niġerja, sabiex il-livell tal-futbol lokali fil- pajjiż dejjem jogħla. Jekk dawn il-plejers li jingħaqdu ma' Swieqi jirnexxielhom jużaw l-opportunità sabiex jibnu karriera f 'diviżjonijiet aktar prestiġġjużi madwar l-Ewropa, ikunu ż-żewġ timijiet li jgawdu. Dan peress li l-plejer ikun lagħab maż-żewġ timijiet bejn l-etajiet ta' 12 u 23, u b'hekk iż-żewġ klabbs ikunu ntitolati għall-mekkaniżmu ta' solidarjetà. aħbarijiet 09 IL-ĦADD 3 TA' SETTEMBRU 2023 • illum Swieqi United fin-Niġerja L-Ukranja tavvanza fir-Russja Uffiċċjali mill-Ukranja qed jgħidu li qed jagħmlu avvanzi fil-pożizzjoni tagħhom fuq il-front tan-nofsinhar, wara attakki mill-ajru minn ġo territorju Russu. Il-mira ta' dawn l-attakki tinkludi l-belt kapitali tar-Russja, Moska, fejn is- sindku tal-belt ħabbar li ġew imniżżlin xi drones li kienu qed jersqu fil-viċin. Dan wassal sabiex kien hemm disturbazzjoni fit-titjiriet fiż-żona. Apparti minn hekk, l-Ukranja qed tirrapporta konsolidazzjoni fil-front ta' Zaporizhzhia, wara attakki ta' artillerija fuq għedewwa identifikati wasslu għal avvanzi fiż-żona. Il-President Russu Vladimir Putin, flimkien ma' dak tat-Turkija Recep Tayyip Erdogan, ħabbru li se jkunu qed jiltaqgħu nhar it-Tnejn. Din l-aħbar tiġi wara li l-Ministru għall-Affarijiet Barranin Russu ħabba li l-Russa qed terġa tikkonsidra d-dħul lura fil-ehim tal-Baħar l-Iswed, li jassigura t-trasportazzjoni tal-qmuħ. Pariġi tipprojbixxi l-iscooters tal-kiri Pariġi se ssir l-ewwel belt kapital Ewropea fejn se jkunu projbiti l-iscooters tal-elettriku tal-kiri, hekk kif il-Kunsill Lokali għamel enfasi li se jkun qed jagħmel sforzi sabiex "jikkalmaw" it- toroq. Għal snin twal, il-politiċi Franċiżi kien ilhom iħambqu fuq is-sigurtà, fuq il- periklu lejn in-nies li jkunu mexjin fit- toroq, fuq il-mod kif dawn kienu qed jiġu pparkjati bl-addoċċ, kif ukoll fuq kemm verament dawn huma ta' benefiċċju għall- ambjent. Wara ruxxmata lmenti fejn iddeskrivew it-toroq ta' Pariġi bħala "ġungla", il-belt ħarġet bl-aktar regolamenti stretti dwar l-użu tagħhom li kien hawn fl-Ewropa. Dawn kienu jinkludu limiti fuq in-numru tal-operaturi, tracking, kif ukoll mezz awtomatiku li jillimita l-veloċità. Madankollu, dan ma kienx biżżejjed, hekk kif kważi 90% tal-votanti f 'referendum qablu li dawn għandhom ikunu pprojbiti April li għadda. Dan minkejja li vvotaw biss 7.5% tar-residenti. Protesti fil-Libja In-nies ħarġu jipprotestaw fit-toroq ixejjru l-bnadar tal-Palestina, jaħarqu t-tyres u jimblokkaw it-toroq, wara li ġie mħabbar li l-Ministru għall-Affarijiet Barranin tal-Libja, Najla al-Mangoush, kellha laqgħa mhux uffiċċjali mal- Ministru għall-Affarijiet Barranin tal- Iżrael, Eli Cohen. Il-Ministeru tal-Iżrael qal li dawn id- diskussjonijiet kienu dwar "l-imporanza li jkun preżervat il-Wirt Kulturali tal- Libjani Lhud, billi jiġu restawrati sinagogi u ċimiterji." Storikament, il-Libja għandha kultura rikka ħafna, partikolarment fejn jidħol il-Ġudaiżmu, bħal ħafna mill-pajjiżi fit- Tramuntana tal-Afrika. Minkejja dan, deċenji ta' tmexxija mill-eks dittatur Muammar Gaddafi, li kien proponent kbir tal-kawża Palestinjana, wassal għat- tkeċċija ta' eluf ta Lhud mill-pajjiż, kif ukoll it-tkissir ta' ħafna sinagogi.

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 3 September 2023