Illum previous editions

ILLUM 1 October 2023

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1508763

Contents of this Issue

Navigation

Page 0 of 15

Mixja oħra fil-Belt favur l-abort www.illum.com.mt €1.25 IL-ĦADD 1 TA' OTTUBRU 2023 • NRU 885 PAĠNA 16 "Il-kurrikulu għandu jiqsar sewwa" L-Air Malta ser tingħalaq "F'dinja fejn l-informazzjoni ssibha malajr billi tagħfas buttuna fuq il-kompjuter, huwa iktar importanti li l-istudenti jitgħallmu jgħarblu din l-informazzjoni b'mod kritiku skont il-boxxla ta' valuri umani u demokratiċi milli jitgħallmu l-informazzjoni bl-amment." Dan saħqu d-Direttur ta' De Le Salle Stephen Cachia flimkien mal-Prinċipal tal-Junior College Paul Xuereb u l-Prinċipal tal-MCAST James Calleja. Tanbru fuq l-importanza li studenti ma jkunux bħal pappagalli li jitgħallmu u jemmnu dak li jisimgħu biss iżda li jivverefikaw, jesploraw u jagħmlu sens minn dak kollu li l-istituzzjonijiet edukattivi jgħallmuhom sabiex irawmu ħiliet li jippermettu għarfien ibbażat fuq il-fatti u s-sens komun. Hekk kif l-istudenti qed iħejju ruħhom għal sena skolastika ġdida, il-gazzetta ILLUM staqsiet lil diversi edukaturi b'esperjenza profonda sabiex jaqsmu magħna l-ħsibijiet tagħhom fuq is-sistema edukattiva u kif din tista' titjieb fil-futur. Studju riċenti ppubblikat mill-Università ta' Malta wera li minn total ta' 1,216-il student li għamlu l-eżamijiet tal-A levels, 24 student kisbu A li hija l-ogħla marka, 81 student kisbu marka ta' B, 249 kisbu C, 240 student kisbu D, 122 kisbu E, filwaqt li l-ammont ta' studenti li m'għaddewx (249) kien kważi daqs l-ammont ta' studenti li ma marrux għall-eżamijiet (251). PAĠNA 5 PAĠNA 3 Operaturi żgħar tal-Y plates ser jingħataw nifs biex joperaw Il-Gvern biħsiebu jbiddel ir-regolamenti li nieda dwar il-Y plates biex ma jiddiskriminax kontra self-employed żgħar li għandhom xi karozza jew tnejn. Bit-tir biex jiġu mrażżna dawk il-persuni li għandhom ħafna karozzi Y plates u qed jimpjegaw bl-addoċċ numru mdaqqas ta' barranin fosthom Indjani, Nepaliżi u mill-Bangladesh, il-Gvern qed jenforza regolamenti li kumpanija jew persuna li għandu karozzi tal-Y-Plates irid iżomm il-karozzi ġo garaxx kummerċjali li huwa rreġistrat. Dan l-obbligu wassal biex ħafna operaturi żgħar Maltin jipprotestaw li dak li qed jiġi mitlub minnhom huwa impossibbli. Il-mira tal-Gvern skont sors għoli fil- Gvern: "Huwa kontra dawn il-cowboys inkluż xi operaturi barranin li qed jabbużaw minn dawn il-barranin u qed jagħmlu balla flus ... aħna ma rridux li dan ikompli. Qed nitkellmu fuq min għandu mitt karozza jew iktar minn tliet karozzi." Kompla jgħid li "dan ma jfissirx li ma rridux operaturi żgħar ikomplu." Fl-aħħar xhur bosta operaturi bona fede lmentaw mal-Gvern fuq l-anarkija fis-settur tat-taxis. Ilmentaw ukoll fuq l-abbuż sfrenat ta' xi operaturi b'mod specjali operatur Libjan li għandu status ta' refuġjat u jgħix ħajja ta' papa u għandu flotta enormi. Ma rridux ninsew ukoll il-problema li l-karozzi Y plates qed jitħallew kullimkien fit-toroq, fl-għelieqi u f 'żoni mitluqin. Il-Gvern ukoll min-naħa tiegħu qed jipprova jara kif inaqqas in-numru ta' karozzi fit-toroq u l-isplużjoni tal-Y plates hija waħda mill-miri tal-Gvern biex iseħħ dan. Edukaturi jaqsmu l-fehma tagħhom fuq l-edukazzjoni Id-dettalji tal-linja nazzjonali tal-ajru l-ġdida mistennija jitħabbru għada mill-Ministeru tal-Finanzi Clyde Caruana waqt konferenza tal-aħbarijiet . Sorsi viċin il-linja tal-ajru qalu li tmien ajruplani se jintużaw fil-flotta imma ser ikun hemm iktar titjiriet u passiġġiera. L-għan hu li l-business plan iħalli profitti bi tnaqqis ta' miljuni fl-infiq

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 1 October 2023