Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1508763
Carmel Cacopardo 11 editorjal IL-ĦADD 1 TA' OTTUBRU 2023 • illum ILLUM, MEDIATODAY LTD, VJAL IR-RIĦAN, SAN ĠWANN SĠN 9016 Tel: (356) 21 382741-3, 21 382745-6 • Fax: (356) 21 385075 Ittri u Kummenti, Imejl: illum@mediatoday.com.mt G ħada t-Tnejn il-Ministru tal-Finanzi Clyde Caruana ser iħabbar li l-linja tal-ajru AirMalta effettivament ser tingħalaq u tispiċċa, u minflok ser tiġi kkreata kumpanja ġdida. Ser jenfasizza li l-klijenti mhux ser jindunaw bil-bidla. Infatti l-branding u l-marketing ser jibqgħu l-istess. Dan ser iseħħ wara diskussjonijiet twal u ibsin mal-Kummissjoni Ewropea, diskussjonijiet ibsin imma skont is-sorsi sa ċertu punt kienu pożittivi. L-istorja tal-Air Malta ssib l-għeruq tagħha fis-sebgħinijiet. Il-Kumpanija serviet bħala l-linja Nazzjonali ta' pajjiżna u kienet it- tarbija tal-Prim Ministru Duminku Mintoff, immexxija fil-bidu tagħha minn Bertu Mizzi, negozjant li kien ħaġa waħda ma' Mintoff. Matul is-snin kienet immexxija minn għexieren ta' nies appuntati, mhux dejjem għax kienu kapaċi, imma għax kienu leali politikament. Matul is-snin l-Air Malta serviet il-pajjiż billi tatna indipendenza fil- konnettività u kif ukoll niedet negozji ġodda għal pajjiżna. Eluf ta' impjegati għexu minn fuqha u miljuni ta' passiġġiera użaw is-servizz tagħha. Iżda min-naħa l-oħra kien hemm ukoll abbuż sfrenat tal-Air Malta mill- politiċi, fejn saru ħniżrijiet kbar u ġew ingaġġati ħaddiema b'pagi redikoli li ma jagħmlux sens. Kien hemm patrunaġġ politiku flagranti. Kien hemm infatti telf ta' miljuni u skemi ta' rtirar li spiċċaw faqqru l-kaxxa ta' Malta. Ma kien l-ebda mistħija għal mod kif din il-kumpanja baqgħet titlef il-miljuni. U bil-wasla tal-kumpaniji bħar-RyanAir, il-futur tal-Air Malta kien wieħed inċert. Il-linja l-ġdida ser iżżomm tmien ajruplani iżda ser ikun hemm aktar titjiriet u passiġġiera. Il-business plan skont is-sorsi ser iħalli profitti u mhux ser ikun hemm l-istess infiq u spejjeż. It-375 impjegat ser jinżammu. It-tranżizzjoni skont is-sorsi ser tkun waħda bla ntoppi għall-passiġġiera. Rapporti fil-media kkwotaw liċ- Chairman tal-Air Malta David Curmi li qal li l-Kummissjoni Ewropea ppreferiet li Malta tadotta l-mudell li użat l-Italja, li laħqet ftehim ma' Brussell biex tagħlaq il-kumpanija Alitalia u tiftaħ linja tal-ajru nazzjonali ġdida. Wieħed irid jara jekk din il- kumpanija tal-ajru hux ser tirnexxi jew le. Jidher li l-ingredjenti kollha hemm qegħdin. Issa rridu naraw jekk fil-kuntest internazzjonali u l-kompetizzjoni mil-low cost, din il- linja nazzjonali hix ser tirnexxi u taqdi servizz li fi gżira żgħira bħal tagħna hija kruċjali. Aħna nawguraw li iva! Il-linja l-ġdida tal-ajru