Illum previous editions

ILLUM 1 October 2023

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1508763

Contents of this Issue

Navigation

Page 6 of 15

aħbarijiet 07 IL-ĦADD 1 TA' OTTUBRU 2023 • illum differenti dwar jekk għandha kemm iżuruna turisti f'sena AVVIŻ GĦAL SEJĦA GĦALL-PROPOSTI TA' PROĠETTI TAĦT Fond Soċjali Ewropew+ 2021-2027 Il-Ministeru responsabbli għall-Fondi Ewropej, jixtieq iħabbar li se tiġi mnedija sejħa għall-proposti ta' proġett kif indikat hawn taħt. Prijorità N. 1 – It-titjib tal-impjegabbiltà u r-reżiljenza tas-suq tax-xogħol. Għan Speċifiku: 4.1 - Aċċess għall-impjiegi u miżuri ta' attivazzjoni għal kulħadd. Is-sejħa se tagħlaq fil-31 ta' Jannar 2024 f'nofsinhar. Il-formola tal-applikazzjoni onlajn għas-sottomissjoni tal-proposti għall-proġetti u d- dokumentazzjoni ta' appoġġ huma disponibbli fuq https://fondi.eu/what-funding-is- available/. Min jixtieq japplika huwa mistieden jirreferi għall-Programm tal-Fond Soċjali Ewropew+ u l-Linji Gwida tal-Eliġibilità sabiex jiġi żgurat li l-proġetti proposti huma eliġibbli għall-finanzjament taħt din is-sejħa għall-proposti ta' proġetti. Aktar informazzjoni dwar din is-sejħa, kif ukoll dwar il-Fondi Strutturali u ta' Investiment Ewropej, tista' tinkiseb mis-sit elettroniku https://fondi.eu/. Il- mistoqsijiet jistu jintbgħatu fuq l-indirizz elettroniku fondi.eu@gov.mt. Qed tiġi organizzata sessjoni ta' informazzjoni apposta nhar il-Ħamis, 12 t'Ottubru 2023 mill-10:00 sas-13:00, fl-uffiċini tas-Servizzi Ewropej f'Malta – 280, Triq ir- Repubblika, Valletta. Għal aktar dettalji żur il-websajt indikata hawn fuq fejn id- dokumentazzjoni relatata mas-sejħa hija disponibbli. Kif inhu mium sew, minn lenti barranija, pajjiżna huwa magħruf bħala destinazzjoni turistika popolari u li għandu dipendenza qawwija fuq dan is-settur hekk kif is-settur turistiku jikkontribwixxi madwar 15% tal-Prodott Gross Domestiku, jew madar 2.7 biljun ewro fis-sena. Iżda wieħed ma jistax jinjora l-piżijiet u ħsarat, b'mod partikolari dawk ambjentali, li dan is-settur qed iħalli. F'Kemuna wieħed jista' jara' b'għajnejh l-emmisjonijiet u l-iskart li qed jitħalla minn dan is- settur. Moviment Graffiti għafsu fuq dan il-punt u kkritikaw l-istrateġija ekonomika tal-pajjiż li implimenta dan il-Gvern; "dik li jkabbar l-ekonomija kemm jiflaħ u mingħajr ma jagħti każ ta' kemm jifilħu l-gżejjer Maltin." Huma komplew jgħidu li dan mhux biss qed jitfa' piżijiet fuq setturi marbutin mat-turiżmu eżempju t-trasport, iżda ukoll il-kirjiet tal-bini, li qed jgħolew minħabba l-ammont għoli ta' barranin li jiġu jaħdmu f 'pajjiżna u konsegwentament qed inaqqru mill-it spazju u akkomodazzjoni li joffri pajjiżna. Minflok Moviment Graffiti qed jipproponu li biex itaffi l-konsegwenzi tal-industrija tat- turiżmu, il-Gvern għandu huwa li jbiddel l-istrateġija tiegħu fir- rigward tal-promozzjoni tal- gżejjer Maltin u fir-rigward tal- inċentivi marbutin mat-turiżmu li joffri, sabiex l-ammont ta' turisti jonqos organikament. L-MHRA u Moviment Graffiti qed jinnotaw l-ammont għoli ta' binjiet tal-akkomodazzjoni turistiċi li qed ifaqqsu madwar Malta. Filfatt fl-2022, l-MHRA flimkien mad-Deloitte kkumisjonaw studju li wera kif pajjiżna irrid jattrata 4.7 miljun turist sa 2028 sabiex jassigura li lukandi eżistenti u dawk pjanati jilħqu r-rata ta' okkupazzjoni li kellna lura 2019. Din l-istatistika xokkanti skont Moviment Graffiti hija riżultat ta' "Gvern li illaxka r-regoli tal-ippjanar biex ikunu jistgħu igawadu ċerti żviluppaturi u nies oħrajn fin-negozju" u għalhekk " irridu l-ewwel inibddlu l-politiki tal-ippjanar li ġew imfassla, kif ukoll nirriformaw l-awtoritajiet tal-ambjent u l-ippjanar li qed japprovaw lukandi bl-addoċċ, anki fejn mhux suppost." Minn naħa tagħhom il- Ministeru tat-Turiżmu jgħid li r-riżultati f 'termini ta' wasliet, nefqa u iljieli mqattgħin telgħu għall-aqwa ta' kull żmien u għalhekk saħqu li "l-pass li jmiss ser ikun li b'mod kollettiv naħdmu flimkien biex il-prodott lokali jkun wieħed awtentiku u verament ta' kwalità fuq kull livell tal-ospitalità Maltija."

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 1 October 2023