Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1509249
02 aħbarijiet 02 aħbarijiet IL-ĦADD 1 TA' AWWISSU 2021 • illum SPIŻERIJI MIFTUĦIN ILLUM www.gozochannel.com GOZO FERRIES Ħinijiet tat-tluq Malta u Għawdex 9.00 - 12.00 TEMP GĦADA TEMP ILLUM Collis Williams Pharmacy, Valletta Vivien Pharmacy, Marsa Tal-Ħlas Pharmacy, Qormi Remedies Pharmacy, Birkirkara St. Anthony Pharmacy, Pietà Balluta Pharmacy, San Ġiljan Harley Pharmacy, Sliema Brown's St. Mary Pharmacy, Attard St. Albert Pharmacy, Għargħur Smiths PAMA Pharmacy, Mosta St. Simon Pharmacy, Buġibba Distinction Pharmacy, Paola Victory Pharmacy, Isla May Day Pharmacy, Żabbar Green Cross Pharmacy, Żejtun Central Pharmacy, Luqa Spiżerija Ħal-Mula, Żebbuġ Spiżerija Carmen, Dingli Abela's Pharmacy, Victoria, Gozo Lauretana Pharmacy, Għajnsielem, Gozo Airport Pharmacy, MIA, Luqa Departure Mgarr, Gozo Departure Cirkewwa, Malta L-OGĦLA: 38˚Ċ L-INQAS: 26˚Ċ Temp Sabiħ Viżibilità Tajba Riħ Majjistral forza 3 għal 4 lokalment forza 4 għal 5 li jsir forza 5 lokalment forza 6 Baħar Ħafif li jsir moderat L-OGĦLA: 40˚Ċ L-INQAS: 27˚Ċ Temp Sabiħ Viżibilità Tajba Riħ Lbiċ forza 2 għal 3 lokalment forza 3 għal 4 li jsir Nofsinhar ix-Xlokk. Baħar Ħafif Albert Gauci Cun- ningham SUDOKU Imla l-kaxxi vojta bin-numri 1 sa 9 f 'kull kolonna vertikali u orizzontali kif ukoll f 'kull kaxxa 3x3. Is-soluzzjoni tkun ippubblikata nhar il-Ħadd li ġej. Is-soluzzjoni tal-Ħadd li għadda www.maltco.com/lotto/results/ Iċċekkja n-numri tal-lottu fuq - 40 organizzazzjoni sportiva jingħataw għajnuna għal 60 proġett ta' enerġija effiċjenti 40 organizzazzjoni sportiva ibbenefikaw minn investiment ta' €1 miljun grazzi għal skema maħruġa mill-Gvern biex il-klabbs sportivi jinvestu f 'apparat u tagħmir aktar effiċjenti. Permezz tal-iskema, maħruġa mill-Aġenzija għall-Enerġija u l-Ilma b'kollaborazzjoni ma' Sport Malta, 40 klabb wettqu aktar minn 60 proġett bl- għajnuna li ngħatat biex ikunu jistgħu jinstallaw sistemi moderni ta' dawl, heat pumps, appliances u pumping equipment. F'ċerimonja li saret fil-Padiljun tal-Basketball tal-Hibernians, il-Ministru għall-Enerġija, l-Intrapriża u l-Iżvilupp Sostenibbli Miriam Dalli u s-Segretarju Parlamentari għall-Isport, ir-Rikreazzjoni u l-Għaqdiet Volontarji Clifton Grima ppreżentaw rikonoxximent lill-klabbs b'tifkira tal-investiment li għamlu. Il-Ministru Miriam Dalli spjegat li l-konkorrenza għal din l-iskema kienet waħda b'saħħitha tant li ttieħdet id-deċiżjoni li jiġu allokati aktar fondi biex aktar proġetti ta' enerġija effiċjenti jkunu jistgħu jiġu implimentati. "Huwa ta' sodisfazzjoni għalina li ngħinu lil min irid ikun sostenibbli. L-investiment li qed isir għal operat aktar effiċjenti ma jfissirx biss kontijiet orħos, imma anke protezzjoni lejn l-ambjent u anqas ħela", qalet il-Ministru Miriam Dalli. Spjegat ukoll li b'kollox kien hemm mat-72 applikant u sa issa diġà ngħatat rifużjoni lil 40 klabb. 70 proġett diġà tlestew filwaqt li 50 oħra għadhom għaddejjin. Dawn l-investimenti jfissru li flimkien dawn il-klabbs qed jiffrankaw mal- €100,000 f 'kontijiet tal-enerġija fis-sena. Matul iċ-ċerimonja, is-Segretarju Parlamentari Clifton Grima faħħar il-pass 'il quddiem li 40 organizzazzjoni sportiva ħadu bl-għan li jinvestu f 'enerġija aktar sostenibbli. Huwa saħaq li permezz ta' dawn l-inizjattivi numru sostanzjali ta' organizzazzjonijiet sportivi u volontarji qed jibbenifikaw finanzjarjament, liema benefiċċju finanzjarju qed jerġa' jkun investit fil-komunità. "L-għan aħħari tagħna bħala Gvern huwa li nrawmu soċjetà sostenibbli f 'kull settur. Dak li qiegħda toffri din l-inizjattiva, fejn kemm is- settur ambjentali kif ukoll is-settur sportiv qed jibbenifikaw minn traħħis fil-kontijiet tad-dawl, ambjent aktar nadif u appoġġ finanzjarju b'saħħtu", qal is-Segretarju Parlamentari. Permezz ta' din l-iskema se tkun qed tiġi ffrankata mat-340 tunellata f 'emissjonijiet CO2 fis-sena, dan filwaqt li Malta tkompli tilħaq il-miri tal-Ġnus Magħquda, Libra mit-23 ta' Settembru sat-22 ta' Ottubru F'din il-ġimgħa taż-żodjaku ta' Libra għalik l-istess Libra se jkun il-waqt li tanalizza l-pożizzjoni finanzjarja tiegħek għalkemm int persuna li tagħraf taħdem sew il-finanzi tiegħek. Issa wasal dak il-waqt li tkun aktar iffukat .Dan minħabba d- diversi nfieq li hemm riesaq lejk. Libra huma magħrufin bħala persuni ta' moral effettiv ħafna. Namaste Scorpio mit-23 ta' Ottubru sal-21 ta' Novembru F'din il-ġimgħa taż-żodjaku ta' Libra għalik Scorpio se jkun il-waqt li tkompli isaħħaħ lilek innifsek, lejn dawk il- miri prinċipali . Għalhekk tħoss li dawn qegħdin jintlaħqu xorta. Waħda għandek tagħraf tkun iktar iffukat sabiex ma jkun hemm l-ebda tagħrif li xi ħadd jista' jxekkel dak li int tixtieq twettaq. Scorpio huma magħrufin għat-twebbis ta' rashom. Namaste Sagittarius mit-22 ta' Novembru sal-21 ta' Diċembru F'din il-ġimgħa taż-żodjaku ta' Libra għalik Sagittarius se jkun il-waqt li tagħmel riflessjoni dwar l-imħabba li fil-preżent qed tesperjenza għalkemm bla dubju tħoss li kollox qiegħed miexi sew però trid tara li dak li esperjenzajt fil-passat ma jerġax ikun ripetut fil-preżent. Sagittarius huma magħrufin għall- immaġinazzjoni tagħhom. Namaste Capricorn mit-22 ta' Diċembru sad-19 ta' Jannar F'din il-ġimgħa taż-żodjaku ta' Libra għalik Capricorn se jkun il-waqt li tagħraf tagħti attenzjoni fl-abitatt tiegħek , issa għandek iċ-ċans li d-dar tatiha aktar attenzjoni u fejn hemm bżonn ta' tibdil toqgħodx tibża iżda wettaq dak li hemm meħtieġ, għaraf li l-bejta tiegħek hija l-post li jagħtik dik l-enerġija meħtieġa. Capricorn huma magħrufin għall-motivazzjoni tagħhom. Namaste Aquarius mill-20 ta' Jannar sat-18 ta' Frar F'din il-ġimgħa taż-żodjaku ta' Libra għalik Aquarius se jkun il-waqt li tirrefletti dwar ħbiberija tal-passat li reġgħet feġġet madwarek. Issa li taf li tista' tesperjenza aktar ħin f 'din il-ħbiberija trid tara kemm din ser tkun ta' effett fuq it tkomplija ta' ħajtek. Aquarius huma magħrufin għad-direzzjoni pożittiva tagħhom. Namaste L-OROSKOPJU GĦALIK WAQT IŻ-ŻODJAKU TA' LIBRA MILL-ĦADD 8 TA' OTTUBRU SAS-SIBT 14 TA' OTTUBRU Aries mill-21 ta' Marzu sad-19 ta' April F'din il-ġimgħa taż-żodjaku ta' Libra għalik Aries se jkunil-waqt ta' aktar konċentrazzjioni dwar il-ħtiġijiet personali, fejn minn issa trid issib dak il-ħin għalik għar-rilassament, taħriġ fiżiku jew f 'dak il-passatemp li tixtieq. Analizza Aries huma magħrufin li jimxu mal-mument. Namaste Taurus mill-20 ta' April sal-20 ta' Mejju F'din il-ġimgħa taż-żodjaku ta' Libra għalik Taurus se jkun il-waqt li tiffoka it aktar fuq l-imħabba ta' madwarek, meta taf li għandek kollox organizzat fit-tqassim tal-ħidma tiegħek. Issa għaraf ikkonċentra sabiex b'hekk ir-relazzjioni tiegħek tkompli tissaħħah u titkattar kif finalment tixtieq. Taurus huma magħrufin għat-tmexxija intensiva tagħhom. Namaste Gemini mill-28 ta' Mejju sal-20 ta' Ġunju F'din il-ġimgħa taż-żodjaku ta' Libra għalik Gemini se jkun il-waqt sabiex torganizza għarfien aħjar il-ħin għal saħħtek, minħabbal-pressjoni li fil-preżent int qed tesperjenza. Trid tagħraf iżżomm is-saħħa tiegħek fl-aħjar kundizzjoni għalhekk wettaq attenzjoni profonda ħalli dejjem tkun fiżikament tajjeb. Gemini huma magħrufin għat-tfassil iddettaljat tagħhom. Namaste Cancer mill-21 ta' Ġunju sat-21 Ta' Lulju F'din il-ġimgħa taż-żodjaku ta' Libra għalik Cancer huwa il-waqt ta' attenzjoni lejn il- ħajja personali tiegħek. Trid tagħraf għalkemm int persuna li tħobb tkun ta' għajnuna għall-oħrajn iżda dan ma għandux iżommok milli int tkun protetta kontra kull intenzzjonijiet mhux mixtieqa. Għalhekk ħejji ruħek sew. Cancer huma magħrufin għas-sensittività tagħhom. Namaste Leo mit-23 ta' Lulju sat-22 ta' Awwissu F'din il-ġimgħa taż-żodjaku ta' Libra għalik Leo se jkunil- waqt li titkellem iktar dwar it- tqassim ta' ideat li int għandek. Dawn l-ideat li qegħdin jiżvilupaw madwarek għandek bżonn tatihom aktar attenzjoni u għalhekk ikun tajjeb li int tibda tiddiskuti ma' dawk li int tagħraf il-gwida tagħhom. Leo huma magħrufin għall-gwida li joffru. Namaste BIDU TAS-SEBA ŻODJAKU : LIBRA Iż-żodjaku ta' Libra jifforma parti mill element tal-Arja fejn miegħu nsibu l-kombinazzjonita' żewġ żodjaki, dawk ta' Aquarius u ta' Gemini sabiex b'hekk dan huwa kunsidrat bħala l- aqwa element mill erba elementi li nsibu fl-astroloġija. Bħal kull żodjaku f'dan iż-żodjaku ta' Libra ser inkunu qegħdin nesperjenzaw żewġ qmura ferm interessanti fejn l-ewwel ser nesperjenzaw il-qamar kwinta li jibda l-ġimgħa 29 ta' Settembru waqt li n-new moon ser nesperjenzawh is-Sibt 14 ta' Ottubru. Nies famużi taħt iż-żodjaku ta' Libra nsibu lil John Lennon, Olivia Newton John, Julie Andrews, Luciano Pavarotti, Simon Cowell, Catherine Zeta Jones, Cliff Richard, Sting, Margaret Thatcher, Mahatma Gandhi, Roger Moore, Brigitte Bardot, Vladimir Putin, Francis of Assisi, Sir Bob Geldof, Michael Douglas u Will Smith fost oħrajn Namaste L-OROSKOPJU MWASSAL MILL- ASTROLOĠISTA PAULJON Pisces mid-19 ta' Frar sal- 20 ta' Marzu F'din il-ġimgħa taż-żodjaku ta' Libra għalik Pisces se jkun ta' aktar motivazzjoni fil- ħidma tiegħek. Il-karriera tiegħek miexja 'l quddiem tajjeb, Għalhekk int trid tibqa' motivat u ma tħalli l-ebda monotonija tersaq jew b'xi mod taffetwa dak li int teħtieġ twettaq. Pisces huma magħrufin kemm huma nies ta' fehma soda. Namaste Virgo mit-23 ta' Awwissu sat-22 ta' Settembru. F'din il-ġimgħa taż-żodjaku ta' Libra għalik Virgo se jkunil-waqt li tagħraf tieħu pawsa żgħira. Dan sabiex int tkun tista' twettaq riflessjoni profonda ta' dak li qed tesperjenza.Int ma tistax twettaq ċertu deċiżjonjiet jekk ma tkunx f 'qagħda stabbli. Għalhekk tajjeb tkun f 'qagħda ta' riflessjoni. Virgo huma magħrufin għall- motivazzjoni tagħhom. Namaste IL-ĦADD 8 TA' OTTUBRU 2023 • illum