Illum previous editions

ILLUM 8 October 2023

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1509249

Contents of this Issue

Navigation

Page 2 of 15

aħbarijiet 03 03 aħbarijiet 03 03 aħbarijiet 03 03 IL-ĦADD 23 TA' LULJU 2023 • illum aħbarijiet IL-ĦADD 8 TA' OTTUBRU 2023 • illum Ko-finanzjat mill- Unjoni Ewropea SEJĦA GĦALL-OFFERTI Bħala parti mill-proġett 101083556 Strengthening Knowledge on Integration and Non-Discrimination (SKIN), il-Kummissjoni Nazzjonali għall-Promozzjoni tal-Ugwaljanza (l-NCPE) qed tniedi sejħa għal sottomissjonijiet għall-provvediment ta': REFERENZA TAL-PUBBLIKAZZJONI: SPD4/2023/054 TITLU TAL-OFFERTA: Sejħa għall-offerti li jipprovdu servizz ta' post, ikel u xorb staġjonali, b'kunsiderazzjoni ta' ġenerazzjoni minima ta' skart għall-proġett SKIN fi ħdan il-Kummissjoni Nazzjonali għall-Promozzjoni tal-Ugwaljanza (l-NCPE). Mistoqsijiet għandhom jintbagħtu fuq is-sistema elettronika e-PPS sa mhux aktar tard mill-Ħamis 12 ta' Ottubru 2023 sad-9:30a.m. Is-sottomissjonijiet jintlaqgħu direttament fuq is-sistema elettronika e-PPS https://www.etenders.gov.mt sa mhux aktar tard mill-Ħamis 26 ta' Ottubru 2023 fil- 9:30a.m. NCPE, Gattard House, Triq Nazzjonali, Blata l-Bajda, ĦMR 9010 Tel: 2276 8200 E-mail: equality@gov.mt Web: www.ncpe.gov.mt Programm Ċittadini, Ugwaljanza, Drittijiet u Valuri 2021-2027 Proġett ko-finanzjat mill-Unjoni Ewropea Rata ta' ko-finanzjament: 90% fondi Ewropej; 10% fondi Nazzjonali LUIGI SGHENDO Il-Ministru tal-Ġustizzja Jonathan Attard qal li qed jistenna jisma' l-ħsibijiet tal-pubbliku rigward id-definizzjoni tal-midja u d-distinzjoni bejn diversi mezzi differenti tal-midja. Waqt intervista fuq RTK103 minn Andrew Azzopardi, Attard qal li għaddejjin diskussjonijiet dwar ir-riforma tal-midja mal- istakeholders tal-midja, kif ukoll l-akkademiċi. Dan il-kumitat, immexxi mill-Imħallef Michael Mallia, twaqqaf f 'Jannar tal-2022, wara rakkomandazzjonijiet li saru mill-Inkjesta Pubblika fuq il-qtil tal-ġurnalista Daphne Caruana Galizia, li Mallia kien ippreseda wkoll. "Hemm diskussjoni li se ssir dwar il-midja. Taħseb li n-nies hemmhekk huma kuntenti bin- nuqqas ta' struttura li tiddefinixxi u tiddistingwi stazzjonijiet tal- midja minn oħrajn?" staqsa Attard, filwaqt li kkritika wkoll lil dawk li bil-qawwa kienu kontra l-White Paper mingħajr ma pparteċipaw fil- proċess ta' konsultazzjoni. Filwaqt li afferma li Malta għandha stampa ħielsa u individwi huma liberi li jippubblikaw kull storja, il-Ministru staqsa jekk hemmx rikors xieraq għall-każijiet ta' malafama. Barra minn hekk semma l-proposta biex tiġi protetta l-informazzjoni pprovduta mis- sorsi lill-ġurnalisti u ssuġġerixxa li għandhom jiġu kkunsidrati wkoll il-ħsibijiet tal-pubbliku dwar din il-materja. Attard tkellem fuq il-leġiżlazzjoni anti-SLAPP, fejn saħaq li l-Gvern Malti "kien minn ta' quddiem biex joħroġ b'dispożizzjonijiet dwar il- protezzjoni tal-ġurnalisti iżda ntqal li għad irid jistenna." Dwar ir-racket tal-liċenzja tas- sewqan, il-Ministru sostna li l-irwol tal-Gvern huwa li jassisti lin-nies fil-konfini tal-liġi. Meta mistoqsi dwar l-għajnuna li jistgħu joffru l-politiċi f 'każijiet bħal dawn, kif ukoll dwar il- kwistjoni tan-nepotiżmu, Attard stqarr li bħalissa għaddejjin proċeduri legali. "Il-Prim Ministru qal li l-proċeduri ilhom għaddejjin sentejn il-Qorti. Qal li wieħed m'għandux juża dan il-każ biex niżviluppaw sitwazzjoni fejn dawk li huma marbuta li joffru servizz lill-pubbliku, ma jistgħux jagħmlu dan. Attard għamel referenza wkoll għall-każijiet tal-passat fi żmien il-Partit Nazzjonalista, fosthom ittra elettronika mibgħuta minn Paul Borg Olivier, is-Segretarju Ġenerali tal-PN ta' dak iż-żmien, lil Jason Micallef tal-Partit Laburista, fejn intalbu d-dettalji tal-klijenti li lmentaw mal-Ministeri. Iżda Azzopardi fakkru li l-Partit Nazzjonalista sofra telfa elettorali sinifikanti bħala konsegwenza. Andrew Azzopardi appella lill- persuni li jaħdmu fid-Dipartimenti tal-Customer Care u l-Ministeri tal-Gvern biex jirriutaw li jimxu ma' struzzjonijiet bħal dawn, għax fl-aħħar mill-aħħar jaffaċċjaw konsegwenzi negattivi. Il-Ministru ġie mistoqsi wkoll dwar każijiet fil-Qorti li jinvolvu żbalji amministrattivi li saru mill- pulizija, bħal fil-każ Matteo Grima, persuna li weġġa' serjament wara li ttajjar minn sewwieq li ġie lliberat minn kull akkużi. "Ninsab inkwetat dwar is- sitwazzjoni. Jiena kontinwament f 'kuntatt ma' diversi vittmi u qraba tagħhom u ninsab irrabjat dwar dawn l-istanzi." temm jgħid Attard. Il-Ministru Attard jistieden il-pubbliku biex jagħti l-ħsibijiet tiegħu dwar il- proposti tal-media commission "Bħalissa kulħadd jista' jkun għalliem u jibda jagħti l-privat. Dan hu l-abbuż li jrid jiġi rregolarizzat" – President tal-MUT Waqt programm tar-radju, il- Ministru tal-Ġustizzja wieġeb ukoll numru ta' mistoqsijiet, fosthom anke dwar ir-racket tat- testijiet tal-karozzi Il-President tal-MUT Marco Bonnici saħaq li edukaturi mingħajr liċenzja tat-tagħlim, m'għandhomx ikollhom id-dritt li jgħallmu, iżda ma kkummentax fuq jekk dan is-settur għandux jiġi regolat. LUIGI SGHENDO Ma jistax ikun li kulħadd jista' jgħallem il-privat. Dan kien kliem il-President tal-Union Maltija tal-Għalliema, Marco Bonnici, rigward in- nuqqas ta' regolamenti fuq is- servizz ta' privat edukazzjonali. Il-gazzetta ILLUM tkellmet ma' Bonnici rigward il-lezzjonijiet tal-privat li huma offruti f 'Malta u Għawdex, u jekk dawn għandhomx jiġu rregolati. Il-President tal-MUT ma ddikjarax il-pożizzjoni tiegħu jekk huwiex favur jew kontra li dan is-settur jiġi rregolarizzat, iżda saħaq li dan is-settur fih periklu fejn persuni jistgħu jibdew joffru servizzi ta' privat, minkejja l-kwalifiċi tagħhom. Għalhekk saħaq li "dan hu l-abbuż li jrid jiġi rregolarizzat." Bonnici kompla jgħid li l-kwalità tal-privat titjieb "jekk jinqatgħu l-abbużi minn persuni li qed jagħtu l-privat minkejja li mhumiex għalliema" iżda ma kkummentax fuq il-ħsibijiet tiegħu rigward l-impatt li jħalli r-regolarizzazzjoni ta' dan is- settur. Meta mistoqsi kif jaħseb li r-regolamentazzjoni tista' taffettwa l-aċċessibbiltà u l-affordabbiltà tal-lezzjonijiet privati għall-istudenti u l-familji tagħhom, huwa qal li ma "jeskludix li dan jaffettwa l-aċċessibbiltà". Dan għaliex jekk jiġi regolat dan is-settur, l-ispejjeż bla dubju jitilgħu u min attwalment se jispiċċa jkopri l-ispejjeż tar-regolamentazzjoni? Din tibqa' mistoqsija fuq fomm kulħadd. Finalment il-President tal- MUT qal li l-uniku prinċipju li għandu jiġi inkorporat huwa li "s-servizz ikun marbut mal- warrant tal-għalliem, kull għalliem għandu warrant biex jaħdem u għalhekk l-istess għandu jsir meta persuna tagħmel dan ix-xogħol fil-privat." Apparti dan l-ispunt, il- President ma kkummentax fuq l-importanza ta' regoli li għandhom x'jaqsmu mal- Assigurazzjoni tal-Kwalità, protezzjoni tal-konsumatur, kompetizzjoni ġusta, trasparenza u bosta oħra. Regolamentazzjoni tista' twassal bidliet fis-settur fejn preżentement m'hemmx rendikont ta' min qed jgħallem. Id-dħul tal-edukatur u dan is- settur m'għandux standards ta' kwalità li jipprovdu rikors f 'każ ta' tilwim, rifużjonijiet, jew servizzi mhux sodisfaċenti. Sadanittant, il-Ministru tal- Edukazzjoni Clion Grima ma wiġibx il-mistoqsijiet mibgħuta minn din il-gazzetta rigward il-pożizzjoni tal-Gvern fuq regolamenti f 'dan is-settur u kif il-bidla ta' regolamenti tista' taffettwa s-servizz ta' privat li qed jiġi offrut f 'pajjiżna.

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 8 October 2023