Illum previous editions

ILLUM 8 October 2023

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1509249

Contents of this Issue

Navigation

Page 3 of 15

04 aħbarijiet IL-ĦADD 8 TA' OTTUBRU 2023 • illum 55 YEARS AND OVER? AN ADULT SUFFERING FROM A CHRONIC DISEASE? PREGNANT? A HEALTHCARE WORKER? FROM ALL HEALTH CENTRES AND SCHEDULED COMMUNITY CLINICS FROM MONDAY 9 TH OCTOBER 2023 GET VACCINATED For more information call 21 231 231 PROTECT YOURSELF AGAINST INFLUENZA ARE YOU? C M Y CM MY CY CMY K Influenza Advert Newspaper 2023 FINAL.pdf 1 03/10/2023 10:57:46 Ikompli minn paġna 1 Ir-rikors il-qorti segwa numru ta' twissijiet li ħarġu mill-awtorità lill- media.link fl-aħħar snin u kienu ffirmati minn uffiċjali u avukati tal-Awtorità tax- Xandir. Fil-fatt jirriżulta wkoll li media.link dejjem qalet li se tħallas, imma mbagħad ma ħalset qatt, tant li fir-rikors ntqal: "minkejja bosta wegħdiet da parti tagħha li ser tħallas l-ammont kollu għas-saldu, xorta waħda baqgħet inadmpjenti mingħajr ebda raġuni valida fil-liġi." Jirriżulta li whud mill-'invoices' annessi mal-kawża jmorru lura diversi snin. Ħafna mill-liċenzji li jridu jitħallsu huma relatati mal-liċenzji biex jixxandru t-televiżjoni u r-radju u anke mal-użu tal-antenna tal-Għargħur. Din mhux l-ewwel darba li l-qagħda finanzjarja tal-Partit Nazzjonalista spiċċat fl-aħbarijiet tant li l-Kap tal-Partit Nazzjonalista Bernard Grech tkellem fit- tul dwar dan meta reġa' kkontesta għall- kariga ta' Kap tal-Partit. Dakinhar kien qal li s-sitwazzjoni fi- nanzjarja tal-Partit Nazzjonalista hi mwiegħra tant li hi waħda mir-raġuni- jiet għal ħafna m i l l - p r o b l e m i tal-Partit Nazz- jonalista, inkluż elettorali. Huwa mifhum li d-dejn tal-PN huwa estimat li hu aktar minn 25 miljun ewro. Liċenzja tat-television u radju mhux imħallsa għal bosta snin Is-Sindku ta' Ħ'Attard qal li għandu t-tama li l-ispeed camera li ġiet installata fis-Central Link, tnaqqas l-ammont ta' inċidenti tat-traffiku. L-ispeed camera se jkollha veloċità massima ta' 60km/h u tinsab fi Triq Tumas Chetcuti Dan wara numru ta' inċidenti li seħħew matul din it-triq, inkluż każ riċenti fejn żgħażugħa ta' 17-il sena Kacey Sciberras, li kienet passiġiera, mietet wara li kienet involuta f 'ħabta kerha. Is-sindku ta' Ħ'Attard Stefan Cordina qal li l-Kunsill Lokali kien ilu jilmenta mill-2021 rigward l-illegalitajiet ta' veloċità eċċessiva u issa jinsab sodisfatt li xi it ġimgħat ilu wara żmien twil, fl-aħħar Transport Malta ħadet azzjoni u installat speed camera f 'din it-triq. Is-Sindku qasam it-tħassib tiegħu rigward il-volċità massima ta' 60 kilometru fis-siegħa li ġiet deċiża, minħabba l-fatt li t-toroq viċin din it-triq għandhom veloċitajiet massimi differenti; għalhekk jittama li sewwieqa ma' jitfixklux, speċjalment hekk it-tabelli jkunu installati kif suppost. Finalment is-Sindku qal li ma xtaqx li din it-triq tispiċċa b'speed camera iżda minħabba l-ammont għoli ta' abbużi li kienu qed isiru, il-kunsill lokali flimkien mal-awtoritajiet ma kellhomx għażla oħra għajr li jwaħħlu speed camera. "Nittama li s-speed camera tnaqqas il- veloċità eċċesiva" - Is-Sindku ta' Ħ'Attard Ritratti: NET

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 8 October 2023