Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1509249
aħbarijiet 05 IL-ĦADD 18 TA' ĠUNJU 2023 • illum aħbarijiet aħbarijiet IL-ĦADD 23 TA' LULJU 2023 • illum aħbarijiet IL-ĦADD 8 TA' OTTUBRU 2023 • illum PRE-AVVIŻ TA' SEJĦIET GĦAL PROPOSTI TA' PROĠETTI TAĦT IL-FOND GĦALL-AŻIL, IL-MIGRAZZJONI U L-INTEGRAZZJONI (FAMI) 2021-2027 Il-Ministeru responsabbli mill-Fondi tal-UE jixtieq javża li dalwaqt ser tiġi mnedija s-sejħa għall- proposti ta' proġetti li jaqgħu taħt l-objettiv speċifiku 1: tisħieħ u żviluppar ta' l-aspetti kollha tas-Sistema Ewropea Komuni tal-Ażil. • Objettiv Speċifiku 1: Niffaċċilitaw l-aċċess ta' informazzjoni fuq il-proċess ta' determinazzjoni tal-ażil għall-immigranti. Is-sejħa għall-proposti ser tiġi mnedija fis-16 t'Ottubru 2023 u ser tibqa miftuħa sat-18 ta' Diċembru 2023, sa nofsinhar. It-tnedija tas-sejħiet, flimkien mal-formola tal-applikazzjoni u d-dokumentazzjoni supplimentari ser ikunu disponibbli mat-tnedija tas-sejħa għall-proposti. Applikanti prospettivi huma mħeġġa jirreferu għall-Programm FAMI disponnibli fuq https://fondi.eu/wp-content/uploads/2023/01/AMIF-Programme.pdf, sabiex jaraw jekk il- proposti tagħhom humiex eliġibbli għal finanzjament taħt din is-sejħa għal proposti ta' proġetti. Ser issir ukoll sessjoni ta' informazzjoni fuq il-kontenut tal-formola tal-applikazzjoni kif ukoll il-linji gwidi rispettivi. L-Awtorità ta' Ġestjoni tista' tiġi kkuntattjata permezz ta' email fuq fondi.eu@gov.mt. PRE-AVVIŻ TA' SEJĦIET GĦAL PROPOSTI TA' PROĠETTI TAĦT IL-FOND GĦALL-AŻIL, IL-MIGRAZZJONI U L-INTEGRAZZJONI (FAMI) 2021-2027 Il-Ministeru responsabbli mill-Fondi tal-UE jixtieq javża li dalwaqt ser tiġi mnedija s-sejħa għall- proposti ta' proġetti li jaqgħu taħt l-objettiv speċifiku 1: tisħieħ u żviluppar ta' l-aspetti kollha tas-Sistema Ewropea Komuni tal-Ażil. • Objettiv Speċifiku 1: Niffaċċilitaw l-aċċess ta' informazzjoni fuq il-proċess ta' determinazzjoni tal-ażil għall-immigranti. Is-sejħa għall-proposti ser tiġi mnedija fis-16 t'Ottubru 2023 u ser tibqa miftuħa sat-18 ta' Diċembru 2023, sa nofsinhar. It-tnedija tas-sejħiet, flimkien mal-formola tal-applikazzjoni u d-dokumentazzjoni supplimentari ser ikunu disponibbli mat-tnedija tas-sejħa għall-proposti. Applikanti prospettivi huma mħeġġa jirreferu għall-Programm FAMI disponnibli fuq https://fondi.eu/wp-content/uploads/2023/01/AMIF-Programme.pdf, sabiex jaraw jekk il- proposti tagħhom humiex eliġibbli għal finanzjament taħt din is-sejħa għal proposti ta' proġetti. Ser issir ukoll sessjoni ta' informazzjoni fuq il-kontenut tal-formola tal-applikazzjoni kif ukoll il-linji gwidi rispettivi. L-Awtorità ta' Ġestjoni tista' tiġi kkuntattjata permezz ta' email fuq fondi.eu@gov.mt. "Il-bdoti u s-sidien tal-ajruplani mhumiex imwielda sinjuri, aħna nies komuni b'passjoni għall-ajru": AOPA u EPA LUIGI SGHENDO Bosta studenti li jixtiequ jibdew il-kors tal-bdoti qed isibuha diffiċli biex iħallsu għall-ispejjeż kollha li dan il-kors jġib miegħu u konsegwentament qed iħalli impatt negattiv fuq l-industrija li preżentament tinsab għatxana għal-iktar bdoti. Il-gazzetta ILLUM tkellmet ma' Matthew Rota, direttur tal-ewwel skola li bdiet toffri t-taħriġ lill-bdoti f 'pajjiżna, il-European Pilot Academy kif ukoll ma' Mark de Marco, Chairperson tal-organizazzjoni mhux governattiva AOPA sabiex niksbu iktar tgħarif fuq l-ispejjeż li studenti qed jaffaċjaw matul l-kors tagħhom. Id-Direttur Matthew Rota kif ukoll iċ-Chairperson Mark De Marco qablu li l-istudenti għandhom jingħataw xi forma ta' stipendju, dan minħabba l-ispejjeż kbar (spejjeż li jlaħħqu mal-€65,000) li student jaffaċja. Sabiex itina eżempju, Matthew spjega kif test mediku li jsir sabiex jikkonferma li l-bdot jista' jtir jiswa madwar €1,200, barra minn hekk wara diversi eżamijiet li jlaħħqu flejjes kbar, hekk jgħaddi l-istudent għandu bżonn jakkwista l-liċenzja mingħand Transport Malta. Sabiex itir ma' linja tal-ajru l-ewwel irid jikseb il-PPL, (liċenzja li tippermettilek issuq ajruplan żgħir) din tiswa madwar €120 mingħand TM, umbgħad irid iħallas is-CPL (liċenzja li tippermettilek issuq ajruplani kbar) tiswa kważi €500 mingħand TM. "Dawn huma uħud mill-flejjes kbar li jaffaċjaw bdoti" saħaq Matthew, u spjega li minekjja li ma jistenniex li kull kors mill-bidu sal-aħħar jiġi kopert mill-Gvern, huwa jemmen li ta' l-inqas ċertu spejjeż għandhom jiġu mnaqqsa għall-istudenti. Huwa kompla jgħid li kien hemm xi studenti li sfortunatament minkejja l-ambizzjoni li sawwret fihom biex jilħqu bdoti, spiċċaw kellhom jaqtgħu qalbhom għalkollox. Mark De Marco ukoll qasam ħsibijiet simili, hekk kif qal "jiena naqbel li stipendu jingħata lill-istudenti li qed jistudjaw is- CPL, anke' hekk jagħmluh bħala bażi ta' Part Time". S'issa l-unika għajnuna finanzjarja offruta mill-Gvern hija l-iskema 'Get Qualified'. Din hija skema li tappoġġja l-iżvilupp personali ta' individwi għall-kisba ta' kwalifiki u ċertifikazzjonijiet meħtieġa mill-industrija, meta jitlesta l-kors b'suċċess l-istudent jibbenefika minn kreditu tat-taxxa li jippermettilhom jirkupraw parti mill-ispejjeż imġarrba. Iżda minkejja li faħħru din l-iskema li qed tgħin diversi studenti, xorta waħda jemmnu li għandha tingħata xi tip ta' għajnuna addizjonali għaliex fl-isfond ta' kemm jiswa' il-kors b'kuntrast ma' kemm jibbenifika l-istudenti sempliċiment mhuwiex biżżejjed. Kemm Matthew kif ukoll Mark saħqu li s-settur tal-avjazzjoni tant qed jikber, speċjalment issa li ħriġna sew mill-pandemija, li d-domanda mhix tlaħħaq mal- ammont ta' bdoti li hawn fis-suq. "Din għanda tiġi mħarsa bħala opportunità fejn pajjiżna jista' juri l-kapaċitajiet tiegħu f 'dan is- settur filwaqt li joffri xogħlijiet ta' paga tajba u garanzija ta' post tax-xogħol sigur" temm jgħid Matthew. Barra minn hekk effetivament mill-5 ta' Ottubru (possibilment sa Marzu), waħda mir-runways tal-Malta International Airport se tingħalaq minħabba raġunijiet ta' manutenzjoni u tiswija, iżda din se titfa piż enormi fuq l-unika runway li se tkun qed topera matul dan il-perjodu. Minħabba f 'hekk il-President tal-AOPA saħaq li għandhom isiru diskussjonijiet bejn dawk konċernati sabiex jiġi żgurat li l-lezzjonijiet tal-istudenti jsiru xorta waħda u jingħataw ħinijiet raġonevoli. Il-kors tal-bdoti jiswa' madwar €65,000 u minkejja li jitqiesu bħala studenti, huma ma jingħataw ebda tip ta' stipendju jew għajnuna fil-ħlas tal-eżamijiet