Illum previous editions

ILLUM 8 October 2023

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1509249

Contents of this Issue

Navigation

Page 6 of 15

aħbarijiet 07 IL-ĦADD 8 TA' OTTUBRU 2023 • illum PRE-AVVIŻ TA' SEJĦA TAĦT IL-FAEŻR 2014-2020 Il-Ministeru responsabbli għall-Fondi tal-UE qed jinnotifika l-ħruġ ta' sejħa taħt miżura li tagħmel parti mill-Programm tal-Iżvilupp Rurali (PŻR) 2014-2020: • Sotto-Miżura 10.2: L-appoġġ għall-konservazzjoni u għall-użu u l-iżvilupp sostenibbli tar-riżorsi ġenetiċi fl- agrikoltura Is-sejħa tiftaħ nhar it-Tnejn 16 t'Ottubru 2023 u tagħlaq nhar il- Ġimgħa 12 ta' Jannar 2024 f'nofs inhar. Għal aktar informazzjoni u biex tirreġistra għas-sessjoni ta' informazzjoni li se ssir fit-23 t'Ottubru 2023, ikkuntattjana fuq fondi.eu@gov.mt jew billi ċċempel fuq 2779 7300. Sannat bl-aktar rapporti ta' kostruzzjoni f'ħinijiet mhux adegwati Kostruzzjoni Stanley Zammit, lill-Ministru għall-Ippjanar, Stefan Zrinzo Azzopardi. Hawn wieħed jista' jinnota li f '39 lokalità madwar Malta u Għawdex kien hemm mill-inqas rapport wieħed f 'kull lokalità ta' xogħol ta' kostruzzjoni li mhux qed isir fil-ħin adegwat. Fost dawk li kellhom l-aktar rapporti kien hemm San Pawl il-Baħar b'sitt rapporti u Marsaskala, Birkirkara, Ta' Sliema u x-Xagħjra f 'erba' rapporti kull wieħed. L-ogħla numru ta' rapporti ġew minn Ta' Sannat f 'Għawdex, hekk kif dan ir-raħal, li xi darba kien magħruf għall-kwiet tiegħu, ra mal-10 rapporti ta' kostruzzjoni f 'ħin mhux adegwat fl-ewwel disa' xhur tas- sena. Intant, f 'mistoqsija Parlamentari oħra minn Stanley Zammit ħareġ ukoll li f 'Ta' Sannat kien hemm żewġ rapporti ta' trabijiet lill-BCA. L-ogħla numru ta' rapporti ta' dan it-tip ġew minn Marsaskala u Birkirkara bi tliet rapporti kull wieħed. Ta' Sannat kien beda jsir sinonimu mal-bini u l-kostruzzjoni mindu bdew jiġu approvati ammont ta' permessi għall-bini sostanzjali f 'dan ir-raħal. Fosthom hemm proġett ġgantesk li se jara 125 appartament ġdid fil- lokalità, liema proġett kien sab oppożizzjoni minn 12-il organizzazzjoni lura fi Frar tal- 2022. Il-proġett xorta waħda ġie approvat, minkejja li l-kumpanija ta' Joseph Portelli, li hija wara dan il-proġett, qasmet il-proġett f 'numru ta' applikazzjonijiet, biex b'hekk ma tkunx soġġetta għal skrutinju li huwa normali għal proġett ta' dan id-daqs. B'hekk, dan il-proġett se jkun l-ogħla bini f 'Ta' Sannat u se jibdel il- karatteristiċi ta' dan ir-raħal għal dejjem. Minkejja d-daqs tal-proġett, dan mhux l-unika żvilupp le bħalissa qiegħed jibdel lil dan ir-raħal, hekk kif ftit passi l-bogħod minnu hemm proġett ieħor ta' 26 appartament li ġie approvat mill-Awtorità tal- Ippjanar. Dawn iż-żewġ proġetti huma fost il-ħafna li tefgħu dawl fuq il-kostruzzjoni bla rażan fil- gżejjer Maltin li għadu jseħħ sal-lum il-ġurnata, filwaqt li l-mitigazzjoni għal dan il- fenomenu hija waħda b'passi ta' fekruna. Din il-ġimgħa l-Gvern ħabbar li se jkun qed jiftaħ konsultazzjoni pubbliku b'rabta ma' regolamenti ġodda li meta jidħlu fis-seħħ, se jaraw li xogħolijiet ta' kostruzzjoni jiġu sospiżi ladarba jkunu soġġetti għal oġġezzjonijiet. Dawn ir- regolamenti kienu tħabbru għall-ewwel darba fl-ewwel ta' Mejju li għadda, u ġew approvati mill-Kabinett. Hawn intqal li l-oġġezzjonijiet għall- permessi iridu jagħtu spjegazzjoni valida għar- raġuni tal-oġġezzjoni. Il- konsultazzjoni pubblika se tiddetermina l-ħin li fih iridu jiġu deċiżi l-oġġezzjonijiet u l-appelli quddiem it-Tribunal ta' Reviżjoni tal-Ambjent u l-Ippjanar, kif ukoll fil-Qorti. Għal dan il-għan, il-Gvern qal li se jkun qed isaħħaħ ir- riżorsi tat-tribunal hekk kif qed jistenna' li l-oġġezzjonijiet se jiżdiedu hekk kif jidħlu fis-seħħ dawn ir-regolamenti. L-ikbar uġigħ ta' ras sabiex jiddaħlu fis-seħħ ir-regolamenti tħoll u torbot mar-riżorsi tal- qrati, hekk kif filwaqt li l-Gvern irid li l-oġġezzjonijiet jinstemgħu fi żmien adekwat iżda mhux twil ħafna li jxekkel is-settur tal- kostruzzjoni b'dewmien twil, il-qrati huma magħrufa għan- nuqqas ta' riżorsi tagħhom, u għalhekk x'aktarx li dawn se jiġġieldu għal aktar żmien sabiex jagħmlu xogħolhom. Il-konsultazzjoni pubblika se tibqa' għaddejja sat-tlieta ta' Novembru 2023, iżda l-Gvern ma kkommettix ruħu għal data sa meta se jidħlu fis-seħħ dawn il-liġijiet. Ta' Sannat kien beda jsir sinonimu mal-bini u l-kostruzzjoni mindu bdew jiġu approvati ammont ta' permessi għall-bini sostanzjali f 'dan ir-raħal. Fosthom hemm proġett ġgantesk ta' Joseph Portelli li se jara 125 appartament ġdid fil-lokalità, liema proġett kien sab oppożizzjoni minn 12-il organizzazzjoni lura fi Frar tal-2022

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 8 October 2023