Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1509249
08 aħbarijiet IL-ĦADD 8 TA' OTTUBRU 2023 • illum aħbarijiet Il-Parlamentari l-ġodda. ALEX BORG X'ħajjrek tidħol għall-politika u xi tfisser il-politika għalik? Il-politika għalija hija strument kif tagħmel differenza fil-ħajja tan-nies. Billi mill-individwu hu min hu, hi min hi, noħorġu l-aħjar tiegħu jew tagħha. Kif issib il-bilanċ bejn il- karriera politika u l-ħajja personali? Heh. Diffiċli din. Nammetti li għadni qed nitghallem. Fil- politika, speċjalment f 'Malta 'il ħin kollu espost għal ħtiġijiet tan-nies li l-ebda waħda minnhom mhi bħal oħra. Pero ma hemm xejn li itini iktar sodisfazzjon meta ta' kull filgħaxija spiss tard bil-lejl nitfi dawl tal-uffiċċju - illum għamilt differenza. Li inżomm ruħi attiv fiżikament, noqghod ftit attent x'niekol u nixrob l-ilma kollha huma naħseb affarijiet li jgħinu l-menti tiegħi. Imbagħad hemm il-ħbieb tiegħi li dejjem sibthom ta' sur fit-tajjeb u il-ħażin li magħhom nagħmel mezz li imqar niltaqgħu darba fil-ġimgħa. X'tibdiliet rajt isiru f 'Għawdex f 'dawn l-aħħar għaxar snin u x'tibdil tipproponi li Għawdex għandha jkolla? It-tibdil li rajt naħseb jarah kulħadd. Rajna tbażwir kbir fl-ippjanar, probabilment irre- versibli. It-tibdil li irid isir u ma nghidiex jien biss u local plan li jagħmel sens għal Għawdex. Għawdex bnejna koċċ pero x'hin tqis għadu lura mmens fil-faċilitajiet u infrastruttura li fuq jistrieħ il-prodott turistiku. Gżejjer oħra joffru faċilitajiet li ma kasbrux l-ambjent imma fl-istess ħin sawru u ħawru l-prodott turistiku li joffru.. Hemm xi sfidi li qed jolqtu lill- Għawdxin b'mod speċifiku llum il-ġurnata u kif tipproponi li jiġu ndirizzati dawn l-isfidi? Waħda jew tnejn!! Servizz tas-saħħa li apparti li ġejna ffrodati issa ma ghandiex garanzija ta' servizz. Fl-aħħar jiem tifel li kellu bżonn sempliċi CT scan għal għajnejh ma kienx a dispossizjoni u issa dat-tifel qiegħed f 'riskju għoli li jitlef il-viżta ħabba servizz u riżorsi li ġew mneħħija mill-isptar Ġenerali t'Għawdex. Din tolqot fil-laħam il-ħaj. L-Ghawdxin jgħidulek Mater Dei ġenna tal-art. Sptar attrezzat li gvern Nazzjonalista kellu l-guts u l-viżjoni li jibnih. X'ħin fl-aħħar jiem saqsejt lil Onor. Fearne xi pjan għandu ghal isptar 'il ġdid kif wegħdu temtem koċċ u dar ħafna mal- lewża mingħajr risposta ċara dwar x'inhu il-pjan. Tħossok second class tisimgħu. L-infrastruttura - Toroq f 'Għawdex huma fi stat diżastruż degradanti. Insaqsi kemm kien hemm kuntratti imwettqa minn Infrastructure Malta kif l-Onor. Camilleri? L-għoli tal-ħajja u din tolqotna ħafna. Il-paga medja f 'Ghawdex hija inqas minn dik ta' Malta. Imma x' ħin tmur is- supermarket, x'ħin wieħed jersaq mal-pompa tal-fjuwil l-istess prezzijiet ta' Malta ha iħoss u jara. Purchasing power tal-familji hi limitata u kliem il-Gvern fuq l-ekonomija qed jinstema dejjem iktar fieragħ iktar ma jgħaddi ż-żmien u iktar ma r-realtà tal-individwi titbiegħed minn dak li qed jiddiskrivi il- Gvern. Sigurtà - Postijiet bħal Marsalforn u Xlendi qegħdin isiru bil-mod 'il mod no go areas għal nies ta' rieda tajba. F'Marsalforn kellna glieda fid-dawl tax-xemx li sarfet fi qtil. Appellajt il-Gvern biex inpoġġu ma mejda ħalli naghmly għar- riżorsi adegwati lill-pulizija u diversi entitajiet. Gvern għadu sieket bit-tama li l-problema tinkines taħt it-tapit. Gvern huwa żbaljat u nistenna li paniku issa iqum mat-tragedja li jmiss. X'inhi l-opinjoni tiegħek dwar l-aħħar żviluppi rigward Ħondoq ir-Rummien? Dwar Ħondoq tajjeb li nifhmu u naraw minn fejn ġew l-iżviluppi. F'din il-kwistjoni il- PN baqa konsistenti kemm fuq l-issue innifisha u l-valuri tiegħu jiġifieri is-sussidjarjetà li n-nies tal-lokal jiddentiaw x'inhu l-aħjar għalihom. Li kieku ma kienx għal kunsill b' maggoranza nazzjonalista qabel 2013 kieku ma kienx ikun hemm referendum li biha il- volontà tan-nies kienet toħroġ biċ-ċar, ma kienx jkun hemm l-istudji u l-EIAs li jiswew ħafna flus li ġew finanzjati mill-kunsill permezz tal-għajnuna tal-Gvern Nazzjonalista dak iż-żmien li fl-aħħar l-Awtorità tal-Ippjanar serrħet fuqhom sabiex waslet għad-deċiżjoni tar-riut. Huwa l-Gvern ta Robert li ma baqax konsistenti. X'ghamel Clint Camilleri li ghal ċertu zmien kien sindku tal-Qala? Mela daqqa s-sindku laburista attwali ġie eżiljat u minn daqqiet umiljat u issa għax il-kunsill flimkien mal- NGOs rebħu l-appell issa rridu nidhru sbieħ. Ta' min jghid li fortunatament l-NGOs ma waqgħux ghan-nasba u urew it-tħassib tagħhom li ż-żoni fejn hu projibit l-iżvilupp kif propost hi maqsuma fi tnejn b'ta li mod li tagħmel distinzjoni. Huwa każ li se nidħlu mit-tieqa flok mill-bieb? Kont, għadni u nibqa' naħdem biex f 'Għawdex ikollna sistema tas-saħħa li taħdem għall- Għawdxin kollha! Innotaw il-Ministru Fearne jibqa' jaħrab mill-mistoqsija tiegħi dwar Sptar ġdid ġewwa Għawdex kif kienu wegħdu ftit tax-xhur ilu wara li inqatgħet is-sentenza tal-isptarijiet aktar kmieni dis-sena. Tinkwetax - ser nibqa' niġġieled sakemm verament nara li għandna sptar kif jixraq ġewwa Għawdex. Avukat li jaħdem fil-qasam tal-liġi kummerċjali fost oħrjan. Alex Borg qed iservi bħala Membru Parlamentari u f'April tal-2022 ingħata l-kariga ta' kelliem tal-Oppożizzjoni għal Għawdex. Borg jemmen li hemm bżonn li jisiru bidliet fosthom fis-saħħa, sigurtà, ambjent u l-għoli tal-ħajja fost oħrajn...