Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1509249
opinjoni 09 IL-ĦADD 8 TA' OTTUBRU 2023 • illum I va, il-Papa Franġisku għadda ġuri u nstab ĦATI! Inti ħati għax instab li inti bniedem tad-demm u l-laħam u mhux anġlu. Inti ħati għax għandek l-umiltà li tammetti li tiżbalja u titlob maħfra. Tlabt maħfra mhux biss għalik innifsek imma wkoll għad- dnubiet tagħna bħala Knisja. U dan mhux aċċettabbli għal bosta nies. Inti ħati għax riduk iġġib ruħek ta' mħallef u kanonista u minflok kont xhud tal-Ħniena. Inti ħati għax għażilt li tgħix f 'dar sempliċi bħan-nies komuni minflok fil-palazz tal-Vatikan. Abbandunajt ir-rikkezzi ta' San Giovanni fil-Lateran u għażilt il-faqar tal-ħabsijiet, orfanatroi, sptarijiet mentali u djar tax-xjuħ. Inti tinsab ħati Għax waqa tbus is-saqajn "ifuħu" tal-Eminenzi u Kardinali u bdejt tbus is-saqajn "maħmuġa" tal-priġunieri, nisa, pazjenti u għannaqt nies ta' twemmin mhux kattoliku! Inti tinsab ħati għax aħt il-bibien tal-Knisja għall- "miżżewġin" u quddiem sitwazzjonijiet tal-biki u li jibqgħu diskussi għal dejjem inti weġibt sempliċiment: MIN JIEN JIEN BIEX NIĠĠUDIKA? Inti ġejt ikkundannat għax inti dgħajjef titlobna li nitolbu għalik għax inti midneb mentri suppost tkun dommatiku, intolleranti u ssegwi r-rubriki! Il-Papa Franġisku huwa ħati ta' dawk li tbiegħdu mill-Knisja għax mhumiex 'puri' u skoprew il-wiċċ veru tal-Ħniena u ndunaw li anki jekk midinbin għad għandhom post fuq l-ispalla tar-Ragħaj. Inti ħati għax issejjaħ l-affarijiet b'"isimhom" u mhux apposta tkun ambigwu biex ma tinten ma ħadd…. u kellek il-kuraġġ li tfakkar lill-isqfijiet li mhumiex ragħajja imma persuni bir-RIĦA TAL-MOGĦOŻ. Inti ħati għax qattajt il-paġni tal-intolleranza, morali bla qalb u għeruq umani, u offrejtilna s-sbuħija tal-mogħdrija, kompassjoni, ħlewwa u ċarezza. Inti ħati għax m'intix supperv f 'għajnejna, tirrispetta l-intelliġenza tagħna u l-mod kif nirraġunaw aħna l-bnedmin imma l-iktar kif tirrispetta l-qalb u l-ħsus tagħna. Inti tinsab ħati li ridt terfa' int stess is-Salib tal-Knisja tagħna minflok ħarist in-naħa l-oħra, daħħalt rasek fir-ramel, minflok bqajt tħares u indifferenti għat- tbatija u d-dmugħ tan-nies tal-lum. Inti ħati għax ma ħaristx in- naħa l-oħra quddiem id-delitti u d-dnubiet magħmula f 'isem Alla minn dawk li jitkellmu fuq Alla u jippritkaw dwaru – imma jgħixu mingħajru. Inti ħati għax minflok fittixt li tħares l-istituzzjoni fittixt li tiddefendi lill-batut, iż-żgħir, lill-abbużat. Fittixt il-ġustizzja anki meta l-ingustizzja ssir minn kapijiet tal-Knisja. Inti ħati għax ħeġġiġtna biex inkunu Knisja ta' Kulħadd imma b'mod speċjali Tal-Fqar. Ma riedx iżjed knejjes mimlija bid-deheb u l-privileġġi b'titli ta' nies u knejjes li jġibu l-firda u l-għira, l-"aħna" kontra l-"huma", "tagħna l-iktar u l-aħjar", id-damaski u l-bizzilla tan-nanna, knisja tal-monsinjuri u arċiprieti. Għallimtna l-qawwa tas-servizz u l-kobor tal-Ħasil tar-Riġlejn u l-kobor tas- sempliċità. Għażiż Papa Franġesku, ħallini nakkużak b'dawn id-"delitti" kollha, bħalma qallek xi Kardinal jew Isqof "Inti Papa xiżmatiku, antikattolika, traditur tal-fidi kattolika". Maħbub Papa Franġisku akar li m'intix waħdek. Qatt. Barra l-Mulej li poġġiek f 'din ir- responsabbiltà hemm aħna lkoll, midinbin bħalek, li qed infittxu t-tgħanniqa ta' Kristu. Aħna s-suldati mwiegħra tal-gwerra li sibna refuġju fit-Tinda miuħa tal-Knisja. F'dan l-Isptar li tilqana bil-mard, bil-feriti, bil-ġrieħi jintnu, insibu lilek tilqagħna. Hawn f 'dan l-Isptar tal-Gwerra niltaqgħu miegħek ir-Ragħaj li minflok bqajt komdu fil-Palazz ġejt hawn fostna terfa' fuq spalltek lil kull nagħġa zoppa. Żommni sew fuq spallejk. Grazzi tal-Knisja sabiħa li qed tħallas il-prezz għaliha. J'accuse: Il-Papa Franġisku jinstab ħati u ikkundannat Fr Colin Apap huwa qassis Colin Apap Il-Papa Franġisku huwa ħati ta' dawk li tbiegħdu mill- Knisja għax mhumiex 'puri' u skoprew il-wiċċ veru tal-Ħniena u ndunaw li anki jekk midinbin għad għandhom post fuq l-ispalla tar- Ragħaj