Illum previous editions

ILLUM 15 October 2023

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1509677

Contents of this Issue

Navigation

Page 15 of 15

16 aħbarijiet IL-ĦADD 15 TA' OTTUBRU 2023 • illum Il-Qorti tal-Appell presjeduta mill-Prim Imħallef Mark Chetcuti, flimkien mal-imħallef Joseph R. Micallef u l-imħallef Tonio Mallia ikkonfermat li l-awtorizzazzjoni mogħtija lill- Enemalta plc sabiex tħott is-Sea Malta Building kienet nulla, u ċaħdet l-appelli tal-Awtorità tal- Ippjanar u l-Enemalta. Fis-sena 2018, il-Kamra tal- Periti u l-organizzazzjonijiet non- governattivi Din l-Art Ħelwa u Flimkien għal Ambjent Aħjar kienu fetħu proċeduri ta stħarriġ ġudizzjarju kontra l-Awtorita tal-Ippjanar u l-Enemalta fuq l-awtorizzazzjoni għat-twaqqigħ tal-binja ġewwa l-Marsa, magħrufa bħala s-Sea Malta Building, li kienet twaqggħet f 'Ottubru tas-sena 2017. Il-Prim'Awla tal-Qorti Ċivili, permezz ta' sentenza mogħtija fl-4 ta' Novembru 2022 kienet iddikkjarat li l-awtorizzazzjoni li nħarġet mill-Awtorita tal-Ippjanar kienet nulla minħabba li l-perit ma kienx mar jispezzjona l-post, u ddikkjarat ukoll li "b'dana li kull xogħol li sar mill-Enemalta plc taħt tali ordni sar b'mod illegali." Fid-deċżjoni tagħha dik il- qorti m'aċċettatx l-argumenti tal Awtorita u Enemalta, li kienu saħqu, fost affarijiet oħra, li stħarriġ ġudizzjarju ta' ordni ma jistax isir jekk l-għemil ordnat ikun laħaq sar. Qalet ukoll li kienet "tkun qiegħda tibgħat messaġġ ħażin li kieku kellha taċċetta din l-eċċezzjoni tal-Awtorità tal- Ippjanar u ta' Enemalta plc… Tassew mhuwiex xieraq li wieħed jgħid li l-istħarriġ ġudizzjarju ta' għemil amministrattiv ma jistax isir, jekk dak l-għemil jilħaq jiġi attwat. Is-setgħa legali mogħtija lill- qorti jew lil kull organu ġudizzjarju ieħor, biex jgħarbel is-siwi legali ta' għemil amministrattiv, għandu jibqa' dejjem miuħ sakemm l-azzjoni tal-istħarriġ ġudizzjarju ssir fit-terminu li tgħid il-liġi. Kemm l-Enemalta plc kif ukoll l-Awtorità tal-Ippjanar kienu appellaw minn dik id-deċiżjoni. Fost id-diversi argumenti li għamlu f 'l-appell tagħhom kienet li din il- kawża għall-istħarriġ ġudizzjarju kienet biss "akkademika" minħabba f-fatt li l-binja kienet diġà twaqqgħet. Ilmentaw ukoll li l-organizzazzjonijiet rikorrenti kienu marru "direttament għall- media biex jippubblikaw id- deċiżjoni li ngħatat," minkejja l-fatt li kienu jafu li l-kontroparti għad kellhom id-dritt li jappellaw. Barra minn hekk, skonthom, l-organizzazzjonijiet kienu messhom inqdew b'rimedji legali oħrajn li kellhom għad- dispozizzjoni tagħhom. Skont rapport mogħti mill- Enemalta lill- Kummissarju għall-Ambjent u l-Ippjanar fi ħdan l-Uffiċċju tal-Ombudsman, il-perit Alan Saliba, x-xogħlijiet neċessarji sabiex tissaħħaħ il-binja li eventwalment kienet twaqqgħet "ma kienux jagħmlu sens finanzjarjament." Iżda l-perit kien innota wkoll li fil-fajl tal-permess kien hemm rakkomandazzjoni li din tiġi revokata, kemm minħabba li l-applikazzjoni sottomessa kien fiha informazzjoni inveritiera fuq l-iskedar tal-bija, kif ukoll minħabba żball li wessgħa ż-żona li kellha tiġi mwaqqgħa. Iżda la l-ewwel qorti u lanqas dik tal-Appell ma laqgħu dawn l-argumenti. Il-kwistjoni dwar jekk ingħatatx informazzjoni korretta dwar l-iskedar jew le tas-sit, jidher li ma kienx ser jaffettwa l-ħruġ tal- permess, qalu l-imħallfin, minħabba proviso fil-liġi li tgħid li l-Bord tal- Ippjanar "m'għandux jirrevoka jew ibiddel permess għall-iżvilupp fuq il-bażi ta' frodi jew informazzjoni, dikjarazzjoni jew pjanta inkorretta jew żball f 'dokument li jidher minn eżami tal-istess dokument, fejn tali ċirkostanza ma kellha l-ebda inċidenza materjali fuq il-ħruġ tal- permess għall-iżvilupp b'tali mod illi kieku l-informazzjoni korretta kienet disponibbli fil-mument tad- deċiżjoni, ir-riżultat ma kienx ikun differenti." Fir-rigward tal-kwistjoni dwar id- diskrepanza bejn dak li ġie dikjarat bħala perikoluż u dak li fil-fatt ġie approvat u mwaqqa, il-Qorti qalet li kollha u għalhekk lanqas jista' jingħad li hemm diskrepanza bejn dak mitlub u dak ordnat, b'mod li jista' forsi jitqies bħala "żball" fit-termini tal liġi,magħmul mill- Awtorità tal-Ippjanar hija u tilħaq iddeċiżjoni tagħha. Dan l-aggravju ġie għalhekk, ukoll miċħud bħala nfondat. il-Qorti tal-Appell qablet mar-raġunar tal-Prim Awla u kkonfermat li la darba l-Awtorità tal-Ippjanar għamlet xi ħaġa li ma kelliex is-setgħa legali li tagħmel -għax injorat ħtieġa proċedurali mandatorja - "din tebbgħet ukoll ix-xogħlijiet imwettqa minn Enemalta bis-saħħa ta' ordni li ma jiswiex. Huwa f 'dan is-sens li l-Ewwel Qorti qieset ix-xogħlijiet bħala illegali." F'l-aħħarnett, il-Qorti ribattiet l-ilment dwar il-fatt li l-atturi kienu rrikorrew għall-medja sabiex jippubblikaw id-deċiżjoni tal-ewwel Qorti. It-tliet iimħallfin qiesu li tali pubblikazzjoni, mhux talli ma kienx "nuqqas ta rispett lejn l-awtorita tal- Qorti tal-Appell,' "iżda jikkostitwixxi dritt tal-libertà tal-espressjoni u ma hu xejn differenti mir-rapporti tas-sentenzi tal-qrati tal-ewwel istanza li sikwit u regolarment jiġu ppubblikati fil-gazzetti minkejja li dawk is- sentenzi jkunu għadhom suġġetti għal appell." L-appell tal-Awtorità tal- Ippjanar, kif ukoll dik tal-Enemalta plc ġew miċħuda b'l-ispejjeż. Il-Qorti tiddeiċiedi li kull xogħol fuq il- binja tas-Sea Malta huwa kontra l-liġi Il-Prim'Awla tal-Qorti Ċivili, permezz ta' sentenza mogħtija fl-4 ta' Novembru 2022 kienet iddikkjarat li l-awtorizzazzjoni li nħarġet mill- Awtorita tal-Ippjanar kienet nulla minħabba li l-perit ma kienx mar jispezzjona l-post, u ddikkjarat ukoll li "b'dana li kull xogħol li sar mill- Enemalta plc taħt tali ordni sar b'mod illegali."

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 15 October 2023