Illum previous editions

ILLUM 15 October 2023

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1509677

Contents of this Issue

Navigation

Page 5 of 15

06 aħbarijiet IL-ĦADD 15 TA' OTTUBRU 2023 • illum aħbarijiet Mil-eżamijiet tal-Matsec sal-privat F'intervista ma' Luigi Sghendo l-kelliem tal-PN tal-Edukazzjoni Justin Schembri jaqbel li l-privat għandu jiġi regolizzat sabiex jitnaqqsu l-abbużi fit-tagħlim, u jitkellem ukoll fuq ir-realta' tal- eżamijiet tal-MATSEC Il-politika tal-Partit Nazzjonalista xi tfisser għalik? Matul is-snin tgħallimt li l-politika tal- Partit Nazzjonalista hija waħda li sservi l-ħtiġijiet tan-nies f 'demokrazija msejsa fuq viżjoni, fuq il-ġustizzja u fuq il- libertà (araha mil-liema perspettiva trid). Għall-Partit Nazzjonalista, il-politika ma hix biss mil-lum għal-lum, u dan nafuh mill-Istorja ta' pajjiżna skont il-ġrajja tal-Indipendenza, tal-Unjoni Ewropea, tal-munita ewro. Dawn kienu kisbiet li biddlu l-Istorja. Madankollu, il-Partit Nazzjonalista kellu viżjoni wkoll meta saħħaħ l-Università, meta wessa' s-suq ħieles, meta ġab l-investiment barrani, meta welled niċeċ ekonomiċi ġodda, meta mmodernizza l-infrastruttura tal-pajjiż u l-bqija. Għalija, il-Partit Nazzjonalista jibqa' dejjem validu jekk kemm-il darba jqiegħed lill-pajjiż qabel il-Partit. Dan, jidhirli li għamlu fil-passat u għadu qiegħed jagħmlu llum. Kif bdejt fil-politika? Ftit jafu eżatt kif sibt ruħi fil-politika. Fis-sena 2013, eżatt wara t-telfa elettorali, fi żmien meta kien evidenti li l-Partit Nazzjonalista jeħtieġlu jirriforma internament, fittixt li nagħti sehmi. Dħalt f 'fergħa interna. Madankollu, ridt nipprogressa. Bdejt nemmen anke fil- kapaċitajiet tiegħi. Kont iddeċidejt li rressaq ismi biex nikkandida l-elezzjoni għall-Parlament Ewropew tal-2014, u għalkemm ma kontx ġejt magħżul bħala kandidat (wara li sar il-proċess tal- evalwazzjoni intern), il-Kap ta' dak iż- żmien, Dr. Simon Busuttil, xi żmien wara kif talabni nikkontesta l-elezzjoni ġenerali (li kellha ssir fl-2018). Kienet esperjenza sabiħa, imma diffiċli għaliex ma kellix wisq rabtiet mal-Partit Nazzjonalista u kont prattikament ġdid fil-politika. Madankollu, għaddast rasi u ħdimt kemm flaħt biex fl-elezzjoni tal-2017 (kienet issejħet qabel) kelli riżultat tajjeb ħafna u li tani aktar kuraġġ għall-futur. Eventwalment, fuq talba tas-Segretarju Ġenerali Clyde Puli u mbagħad il-Kap tal-Partit Dr. Adrian Delia, ikkontestajt l-elezzjoni tal-Kunsill Lokali tal-2019 u kelli riżultat eċċezzjonali. Il-fiduċja tan- nies, sarraha f 'aktar ħidma, u bqajt naħdem kuljum sakemm fl-2022 ingħatajt il-privileġġ li nirrappreżenta lin-nies tat- 8 Distrett fil-Parlament wara li ġejt elett l-ewwel fost id-Deputati Nazzjonalisti. Ilek sena u nofs Membru Parlamentari f 'isem il-PN, kif tħares lejn il-ħajja Parlamentari? Li tkun Membru Parlamentari huwa privileġġ. Li sservi lil niesek f 'din l-ogħla istituzzjoni hija indeskrivibbli. Hemm differenza bejn li tkun kandidat għal deputat. Meta tkun kandidat tiffoka biss fuq id-distrett u fuq kull 'issue' politika li jidhirlek. Bħala Deputat, issir Kelliem ta' Settur għall-pajjiż kollu. Trid taderixxi aktar għall-ħidma tal-Partit u l-pożizzjonijiet li jkun ħa. Fl-istess waqt, trid tibqa' sservi lin-nies tad-distrett anke fuq materji lokali u li ħafna drabi ma jkollokx kontroll fuqhom. Int kuntent bis-sitwazzjoni edukattiva fil- pajjiż? X'tibdel kieku? Jekk inkun kuntent inkun l-aktar Kelliem tal-Edukazzjoni medjokri li qatt kellha Malta. Ma nistax inkun kuntent meta għandna ħafna nuqqasijiet serji li mhux qed nagħtu kashom. Nibda biex insemmi t-tranżizzjoni mill-primarja għall-medja. Sal-lum għad għandna mijiet ta' tfal kull sena li jitilgħu Year 7 (Form 1) mingħajr il-ħiliet bażiċi bħal fil-qari u l-kitba (fil- Malti u fl-Ingliż), fil-matematika u fil- ħiliet diġitali. Sal-lum għad għandna riżultati tas-SEC li qed juru li kważi nofs l-istudenti Maltin, wara 11-il sena ta' skola obbligatorja, ma jgħaddux mis-SEC jew ma jiksbux marki sodisfaċenti. Fl- 2023, fl-Ingliż kellna 23%, fil-Malti kellna 30% u fil-Matematika kellna 41%. Mhux biss, imma għandna konferma li dawk l-istudenti li mhumiex inklinati għall- akkademja, ma għandhomx rotot oħrajn. Għalkemm teżisti r-rotta tas-SEAC (fil- MATSEC stess), huma it wisq dawk it- tfal u żgħażagħ li qed jagħżlu din ir-rotta applikata għaliex mhux isir biżżejjed biex tkun mogħtija biżżejjed investiment u promozzjoni. Għandna ħafna tfal li qed jintilfu fil-klassijiet. Mhux biżżejjed li jkollna l-LSEs (importanti li ntejbu l-kwalità u narawhom jispeċjalizzaw hawnhekk) imma rridu naraw li kulħadd ikollu l-ispazju biex jitgħallem skont il-pass tiegħu, dak li bl-Ingliż ngħidulu 'equity'. Sal-lum għandna wisq mingħalina li 'equality' se ssolvi l-problemi. Għad għandna ħafna tfal li mhumiex inklużi fis-sistema edukattiva, u mhux ngħinu biex ikunu la darba neqsin serjament minn investiment speċifiku għal tfal b'ċerti kundizzjonijiet. Ma jistax ikun li jibqa' jkollna klassijiet iffullati, skejjel iffullati (minħabba ż-żieda fil- popolazzjoni) u nuqqas ta' għalliema. Ma nistax inkun kuntent jekk nibqgħu naraw aktar minn 800 student li minkejja li jkomplu bil-livell terzrarju jieqfu milli jkomplu javvanzaw għaliex ma ħadux il-bażiku biex ifornihom f 'livell aktar avvanzat u mbagħad jintilfu fid-dinja tax-xogħol neqsin mill-ħiliet l-aktar essenzjali. Dan qiegħed jagħti stampa qarrieqa lill-istatistika tal-Early School Leavers, għax għalkemm qed niffokaw fuq dawk li japplikaw biex ikomplu l-livell terzjarju, mhux qed naraw il-mijiet kull sena li jieqfu milli jlestu. Ma nistax inkun kuntent bil-fatt li għalkemm qed isir xi investiment fl-iskejjel, għad għandna wisq skejjel li jeħtieġu manutenzjoni serja u immedjata. Ma nistax inkun kuntent meta kontinwament tara l-edukaturi tagħna taħt pressjoni kontinwa minħabba deċiżjonijiet ħżiena, minħabba kundizzjonijiet iebsa u nuqqas serju ta' rispett u remunerazzjoni finanzjarja. Ċertament hemm ħafna li se nbiddlu, la darba nkunu fil-Gvern.

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 15 October 2023