Illum previous editions

ILLUM 15 October 2023

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1509677

Contents of this Issue

Navigation

Page 4 of 15

aħbarijiet 05 IL-ĦADD 18 TA' ĠUNJU 2023 • illum aħbarijiet aħbarijiet IL-ĦADD 23 TA' LULJU 2023 • illum aħbarijiet IL-ĦADD 8 TA' OTTUBRU 2023 • illum MINN PAĠNA 1 Mark Anthony Sammut: Innota li jekk tkompli tiġi mbuttata l-idea ta' sindki li jaħdmu full-time, din tista' "tistona", hekk kif wieħed ma jistennix li żagħżugħ ta' 16-il sena jidħol f 'din it- tip ta' risponsabbilità minflok ikompli l-istudji tiegħu. Sammut kompla jgħid li jekk żagħżugħ iħossu lest li jieħu l-pass biex ikun fit- tmun tal-lokalità, għandu jagħmel dan meta ma jkunx minorenni u l-ġenituri tiegħu ma jkunux responsabbli għad- deċiżjonijiet u l-azzjonijiet tiegħu. Ta' min jinnota wkoll li Sammut u Schembri mhumiex waħidhom fil- kritika tagħhom għal din il-proposta. Dan hekk kif mijiet kbar ta' persuni fuq il-midja soċjali kritikaw din il-proposta u saħansitra waqqgħuha għaż-żuett. L-ILLUM tkellmet ma' Sammut biex tiġi ċċarata l-pożizzjoni tiegħu fuq din il-proposta, fejn qal li l-PN lest biex jiddiskuti din il-proposta fiż-żmien li ġej fil-Parlament. Intant, il-Kelliem tal-Oppożizzjoni għall-Gvernijiet Lokali, Darren Carabott qal lil din il-gazzetta li l-PN qiegħed jiddiskuti dan l-abbozz ta' liġi b'mod intern, hekk kif fakkar li din l-idea ilha tiġi proposta mill-PN anke minn qabel Diċembru tas-sena l-oħra. Huwa rrefera lil din il-gazzetta għal dak li kien kiteb hu fuq il-midja soċjali, fejn innota ċertu nuqqas ta' konsistenza bejn dak li kien propost mill-PN u dan l-abbozz ta' liġi. Carabott fuq Facebook spjega li jekk tinbidel il-liġi biex żgħażagħ ta' 16-il sena jkunu jistgħu jkollhom id-drittijiet u r-responsabbiltajiet legali kollha bħala persuni li jistgħu jaqdu din il-kariga. "Eżempju, fil-liġi kif ippreżentata mill-Gvern, persuna ta' 16 jew 17-il sena li ġiet eletta Sindku tista' tiffirma kuntratt biex tixtri binja f 'isem il- Kunsill Lokali, iżda ma tistax tiffirma kuntratt f 'isimha personali biex tixtri dar għaliha personali," jispjega Carabott. Huwa kompla jgħid, "Għalhekk nemmnu li għandu jkun hemm konsistenza legali - u ċioe, li persuna magħżula u eletta Sindku fl-età ta' 16 u 17-il sena għandha tiġi titqies bħala li hi tal-età għall-obbligazzjonijiet u fl-atti ċivili kollha ta' dik il-persuna, u mhux biss fil-funzjoni ta' Sindku." Diskussjoni dwar is- sindki ta' 16-il sena fil-PN Dalli kellu l-poter li jokkontrolla l-provvisti tal- ilma fiċ-ċelel ta' iżolament MINN PAĠNA 1 Fil-Qorti ġie kkonfermat dak li kien intqal fl- artiklu miktub minn Yendrick Cioffi. Stephen Cachia, li kien direttur Ġenerali għall-Kurrikulu u Tagħlim Tul il-Ħajja fi ħdan il-Ministeru għall-Edukazzjoni, tela' jixhed fid-difiża ta' Cioffi u Balzan u kkonkluda li Dalli kellu imġiba intimidanti mnissla mir-revolver li kien iġorr miegħu u l-kelb kbir tal-għassa. Matul dik iż- żjara, li fiha kien hemm preżenti anke Evarist Bartolo, intqal li ma kienx hemm sitwazzjoni perikoluża alavolja Dalli kien tenn li dan kien jagħmlu minħabba li ċertu priġunieri kien ikunu ta' periklu. Il-Qorti kienet sabet li r-rappurtaġġ min-naħa tal-gazzetta kien sar fl-interess tal-pubbliku u mhux b'intenzjoni malafamanti. Il-ġurnalist għandu jiġi protett għaliex xogħlu jsir fl-interess tal-poplu għax għandu kull dritt ikun infurmat. Yendrick Cioffi, li kien ġurnalist mal-gażżetta ILLUM kien ħadem fuq artiklu li ġie ppubblikat fl-14 ta' Novembru 2021. Dak iż-żmien, il- gazzetta ILLUM kienet tkellmet ma' gwardjani tal-ħabs li ikkonfermaw l-inċidenti li ġraw ġewwa l-Faċilitá Korettiva ta' Kordin. Cioffi tkellem mal-gazzetta ILLUM issa la l-istorja tiegħu ġiet vvindikata u huwa qal li jinsab kuntent iżda mhux għax ingħata r-raġun, imma minħabba l-fatt li l-Qorti ndunat bit-tip ta' tmexxija li biha Dalli mexa ġewwa Kordin. Cioffi kompla jgħid li l-Qorti ddikjarat li persuna għandha d-dinjitá tagħha, u li ma kienx hekk, ma kienux jirbħu l-libell. Apparti dan, Cioffi jagħmel kuraġġ lill- ġurnalisti oħra biex qatt ma joqgħodu lura u jitkellmu fuq affarijiet li mhumiex aċċettabli. Minkejja l-kummenti ta' attakki li rċivew Cioffi, l-editur Albert Gauci Cunningham u anke l-Editur Maniġerjali Saviour Balzan, baqgħu jinsistu li dak li kien qiegħed isir fil-ħabs ma kienx aċċettabbli u "ż-żmien tana raġun." Eventwalment, Dalli nieżel mill-kariga tiegħu u tħabbru riformi ġodda għall-ħabs. Fl-aħħar, ILLUM staqsiet lil Cioffi xi tfisser għalih din ir-rebħa, u huwa qal li "it li xejn jimporta" iżda iktar x'riflessjoni titfa' din id- deċiżjoni tal-Qorti fuq Kordin. Cioffi jgħid li jekk l-istorja terġa' tirrepeti ruħha, ma tkun rebħa xejn. "Ħabs ta' kastig ma' jaħdimx" u hija għalhekk li d-deċiżjoni hija waħda – ħabs ta' kastig jew ħabs ta' rijabilitazzjoni. Hemm programmi ta' rijabilitazzjoni li għamlu suċċess bħal dawk tal-Fondazzjoni RISE. Cioffi jisħaq li biex priġunier ibiddel ħajtu u jibni futur mill- ġdid għandu jingħata inċentivi u mhux swat u theddid. Tajjeb nistaqsu it x'sar mir-riforma dwar il-kondotta li dwarha l-Gvern kien nieda konsultazzjoni pubblika. Il-kondotta, hija tabella mdendla m'għonqok ittimbrata miegħek għal għomrok, tmur fejn tmur. Cioffi qal li sakemm din ir-riforma tiġi fis-seħħ, dan il-libell huwa rebħa ċkejkna għax "fadal ħafna xi jsir" biex priġunier joħroġ miċ-ċella u ma jerġax jispiċċa f 'oħra. La darba priġunier ikun rijabilitat lura fis-soċjetá, "mhux talli tkun rebħet il-vera ġustizzja, talli tkun rebħet is-soċjetá kollha". Mark Anthony Sammut u Darren Carabott Il-Ministru Byron Camilleri

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 15 October 2023