Illum previous editions

ILLUM 15 October 2023

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1509677

Contents of this Issue

Navigation

Page 6 of 15

aħbarijiet 07 IL-ĦADD 15 TA' OTTUBRU 2023 • illum sal-privat regolat X'taħseb li hemm nieqes fis-sistema edukattiva tagħna? Umiltà minn min imexxi, biex jiem verament li l-esperti huma t-tfal fil-klassi u l-edukaturi fl-iskejjel. Jekk se jibqa' jkollna Gvern Laburista li jrid iwemmen lin-nies li kollox sejjer tajjeb, saħansitra anke lilunnifsu, ma nistgħu qatt insolvu l-problemi li għandna u li ma jridx jammeti li hemm. Għalfejn taħseb li l-familji jagħżlu li jibagħtu t-tfal tagħhom ġo skejjel privati u mhux tal-gvern? Dik hija għażla tal-ġenituri, madankollu wieħed irid jirrikonoxxi li l-iskejjel privati jiswew ħafna flus u ma jistax jaffordjahom kulħadd. Jidhirli li l-ammont ta' ġenituri li jagħżlu li jitfgħu isem it-tfal tagħhom għall-polza tal-iskejjel tal-knisja, turi li ħafna jixtiequ li wliedhom ma jmorrux skola tal-Istat. Jidher li hemm marbuta l-klassi soċjali mal-iskola, u din ilha teżisti. Jien bħala prodott ta' skola statali, nemmen li kulħadd jista' jasal. Imma rridu nfornuhom bir-riżorsi meħtieġa u nnaqqsu n-numri. Għandha tkun il-prijorità ta' kull Ministru tal- Edukazzjoni li jifhem li l-irwol tiegħu huwa li jkun il-Ministru ta' kulħadd u mhux tal-iskejjel statali biss. Is-sistema ta' l-assessjar li ġiet introdotta taħseb li ser tirnexxi? Li għandna t-tfal li ser jibdew jieħdu l-marki għas-SEC fl-aħħar tliet snin tas-sekondarja huwa bla dubju pass fid- direzzjoni t-tajba, u aħna naqblu miegħu għalkollox. Jekk din is-sistema hix ser tirnexxi jew le, ma nistax nikkummenta. Madankollu nista' ngħid, li jekk irridu ntejbu r-riżultati, irridu ntejbu l-livell tal-istudenti. Dan ma nistgħux nagħmluh jekk se jibqa' jkollna numru kbir ta' tfal li jibdew il-Year 9 mingħajr il-ħiliet bażiċi (li semmejt aktar 'il fuq). Għala taħseb li eluf ta' studenti ikollhom bżonn l-privat, kemm f ' livell sekondarju u dak post sekondarju? Din hija dejjem għażla personali. Wisq nibża' li ħafna studenit jeħtieġu l-attenzjoni individwali li sfortunatament mhumiex jieħdu mill-iskola minħabba li l-klassijiet huma kbar wisq fin-numru. Taħseb li għandu jiġi regolat l-privat? Iva. Primarjament ma nistgħu qatt nittoleraw li għandna nies li jagħtu l-lezzjonijiet tal-privat meta dawn mhumiex għalliema. Bħalma ebda persuna ma tista' tipprattika ta' tabib, avukat jew perit jekk ma għandhiex il-liċenzja biex tagħmel dan, għandu jkun reat li xi ħadd jagħti l-lezzjonijiet tal-privat meta ma jkunx għalliem bil-warrant jew qiegħed jgħallem fi skola rikonoxxuta fl-irwol ta' għalliem regolari jew supply. Għalhekk, iridu jsiru d-diskussjonijiet meħtieġa kif din tista' tkun regolata sabiex kull għalliem li jagħti l-privat ikun reġistrat mal- Ministeru tal-Edukazzjoni. Il-privat għandu jkun vat-exempt. Justin Schembri: Ma nistax inkun kuntent meta kontinwament tara l-edukaturi tagħna taħt pressjoni kontinwa minħabba deċiżjonijiet ħżiena LUIGI SGHENDO Il-ħajja ta' sajjied qatt mhi faċli, u dawk li jaqilgħu l-għajxien tagħhom mill-baħar żgur li jimu dan. F'Malta, l-istaġun tal- lampuki huwa żmien ta' antiċipazzjoni u tradizzjoni kbira, hekk kif din l-ispeċi ta' ħut migratorju jgħaddi mill-ibħra tal- Mediterran, u joffri qabda ta' valur lis- sajjieda lokali. Madankollu, l-aħħar staġun tal-lampuki kien wieħed iebes għas-sajjieda, u ppreżenta sett ta' sfidi uniċi li ħallewhom jitħabtu għas- soluzzjonijiet. Biex niksbu aktar għarfien dwar l-isfidi li affaċjaw is-sajjieda Maltin matul l-aħħar staġun tal-lampuki, il-gazzetta ILLUM intervistat lil Alan Deidun, Professur fl-Università ta' Malta u bijoloġista. Rigward l-ilmenti li nstemgħu matul dan l-istaġun, Alan Deidun qal li ma hemmx raġuni waħda li tikkawża qabda iżgħar ta' ħut, iżda wieħed jista' jibni ipoteżi fuq dak li nafu s'issa. Deidun beda billi fakkar li l-lampuka hija speċi migratorja, cioe' li tpassi, u għalhekk ma hemm l-ebda garanzija li kull sena ser tgħaddi mill-istess qata' ta' baħar. Huwa kompla jgħid li r-rotta li tieħu tvarja xi it kull sena, skont it-temperatura tal-baħar u l-ispeċi li hi tiekol fuqhom fost fatturi oħra; filfatt, tul is-snin, il-qabda tal-lampuki varjat ħafna f 'Malta, sostna l-Professur. Huwa kompla jgħid li wieħed irid jirrikonoxxi wkoll li s-sajda għall-lampuki żdiedet ħafna fil-pajjiżi ta' madwar Malta, bħal fit-Tuneżija u fi Sqallija, fejn żdiedu ħafna n-numru ta' kanizzati li jintużaw għall-qabda tal-lampuki; Deidum qal ukoll li l-istaġun tal-lampuki fadallu xagħrejn u nofs oħra u għalhekk għad hemm lok għal tibdil fix-xejra li rajna s'issa. Speċi Aljeni Invażivi: Tħassib dejjem jikber Lil hinn mill-isfidi maħluqa mill- imprevedibbiltà u l-kompetizzjoni tal- lampuki minn reġjuni ġirien, is-sajjieda Maltin jaffaċċjaw ukoll speċi aljeni invażivi. Deidun qal li "ħafna aljeni mhumiex ta' tħassib, billi jibqgħu f 'numri żgħar, iżda l-problema huma dawk il-it aljeni magħrufa bħala 'invasive alien species' li jilħqu numri kbar ħafna f 'qasir żmien, tant li jibdew jikkompetu ma' l-ispeċi indiġeni". Konsegwentement dan jista' iwassal għal- qerda tal-ispeċi indiġeni hekk kif dawk aljeni jieħdulhom posthom. Xi wħud minn dawn l-ispeċi invażivi, bħall-qawsall, ħmar tal-lvant, u l-gurbell tal- port, tant infirxu li issa għandhom ismijiet Maltin. Dawn l-invażuri huma ta' theddida serja għall-popolazzjonijiet tal-ħut lokali, u jbiddlu l-bilanċ ekoloġiku fl-ilmijiet madwar Malta stqarr Deidun. Fuq dan is-suġġett, finalment Deidun semma ukoll speċi invażivi ta' granċijiet, bħal-'blue swimmer crab', li jinstab tista' tgħid f 'kull bajja li fiha baħar baxx u ramel jew ħama fil-qiegħ. Dan l-ispeċi qed iżid fin- numri u konsegwentement qed joħloq sfidi żejda għall-ispeċi li jabitaw fl-ibħra Maltin. Allura, jeżistu soluzzjonijiet sostenibbli? Fid-dawl ta' dawn l-isfidi, Deidun saħaq li l-immaniġjar sostenibbli tal-baħar u r-riżorsi tiegħu hija essenzjali. Huwa semma' xi miżuri li diġà huma fis-seħħ, bħal restrizzjonijiet fuq il-qbid ta' ħut taħt ċertu daqs. Madankollu, Deidun qal li għandu jsir iktar infurzar u regolamenti li jassiguraw is-saħħa u sigurtà tal-popolazzjoni tal-ħut lokali. Deidun qal ukoll li "Wasal iż-żmien li nibdew naħsbu bis-serjetà f 'żoni magħluqa għas-sajd, bħal ma' hemm f 'ħafna pajjiżi oħra Mediterranji, fejn is-sajd ma jitħalliex isir għal perjodu fis-sena jew saħansitra għal numru ta' snin. Dan sabiex jingħata ċans għal popolazzjonijiet tal-ħut biex jirpilja." Deċiżjonijiet iebsin li ħadu sajjieda fid- dawl ta' staġun iebes Quddiem il-qabdiet tal-lampuki li qed jonqsu u ż-żieda fil-kompetizzjoni, is- sajjieda lokali qed jevalwaw il-vijabilità li joħorġu jistadu, qal Deidun. Għal xi wħud, l-isfidi huma tant skoraġġanti li għażlu li jħallu l-kummerċ tas-sajd għall-kollox, speċjalment dawk part- time li qed isibuha dejjem aktar diffiċli biex ilaħħqu. Oħrajn qed jiddiversifikaw l-attivitajiet tas-sajd tagħhom, billi jirrikorru għal speċijiet alternattivi bħall-pixxispad biex jagħmlu tajjeb għan-nuqqas tal-lampuki. Alan Deidun qal li wieħed irid jiakar li dawn is-sajjieda huma adattabbli u nvestew f 'dgħajjes mgħammra għal diversi tipi ta' sajd biex jiżguraw dħul tul is-sena kollha. Bit-tama li tittaffa t-tensjoni fuq is-sajjieda lokali, Deidun qal li hemm sejħa dejjem li qed tikber għal estensjoni tal-istaġun tas-sajd tal- lampuki sal-aħħar ta' Jannar, għalhekk dan jipprovdi soluzzjoni temporanja u serħan għal dawk li l-għajxien tagħhom jiddependi fuq is-suċċess tal-istaġun tal-lampuki. Sfidi kbar għas-sajjieda fl-istaġun tal-lampuki

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 15 October 2023