Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1509677
aħbarijiet 03 03 aħbarijiet 03 03 aħbarijiet 03 03 IL-ĦADD 23 TA' LULJU 2023 • illum aħbarijiet IL-ĦADD 15 TA' OTTUBRU 2023 • illum Il-Partit Nazzjonalista ma jippubblikax il-kontijiet u d-donazzjonijiet ta' sentejn sħaħ Il-Partit Nazzjonalista għadu ma ppubblikax ir-rapporti dwar il- kontijiet tiegħu jew id-donazzjonijiet li rċieva, għall-aħħar sentejn. Konferma oħra kif il-PN għaddej minn kriżi amministrattiva kbira. Dawn ir-rapporti jridu jkunu sottomessi lill-Kummissjoni Elettorali ta' kull sena skont il-liġi tal-finanzjament tal-partiti u wara li tagħmel l-iskrutinju tagħha l-Kummissjoni Elettorali tippublikahom fuq is-sit elettroniku tagħha. Fil-fatt jekk wieħed jidħol fis- sit tal-Kummissjoni Elettorali jsib ir- rapporti għas-snin 2021 u l-2022, li kienet is-sena tal-elezzjoni ġenerali. Bil-liġi l-partiti politiċi huma obbligati jippubblikaw iż-żewġ rapporti b'mod separat. Wieħed mir- rapporti huwa dwar min ikun tahom id-donazzjonijiet, b'donazzjonijiet ta' ċerti ammonti jridu jkunu ddikjarati mingħand min ġew. Fil-każ tal-kontijiet awditjati l-partiti jridu jagħtu rendikont tal-finanzi tagħhom tul is-sena li tkun għaddiet. Hekk kif ninsabu fit-tielet kwart tal- 2023 ir-rapport fiż-żewġ każi suppost kienu sottomessi lill-Kummissjoni Elettorali u iktar minn hekk ippubblikati. Iżda, fil-każ tal-Oppożizzjoni dawn għadhom mhumiex hemm. Tagħrif li għandha l-Illum mid-Dar Ċentrali jgħid li f 'dan l-istadju lanqas sottomessi lill-Kummissjoni Elettorali ma ġew. Dan ifisser ukoll li b'hekk pubblikament għad m'hemmx rendikont tal-ewwel sentejn sħaħ tat- tmexxija ta' Bernard Grech bħala Kap tal-Partit Nazzjonalista hekk kif l-aħħar kontijiet ppubblikati huma tal-2020, is-sena li fiha Bernard Grech inħatar Kap f 'Ottubru. Meta Bernard Grech reġa' kkontesta għat-tmexxija tal-Partit Nazzjonalista kien tkellem fit-tul dwar il-finanzi tal-Partit Nazzjonalista u kien qal li l-qagħda hija waħda ħażina. Sal- lum wieħed għad ma jistax janalizza dan mid-dokumenti, hekk kif għadhom mhux ippubblikati. Il-Partit Nazzjonalista għadu ma ppubblikax ir-rapporti dwar il-kontijiet tiegħu jew id- donazzjonijiet li rċieva, għall-aħħar sentejn