Illum previous editions

ILLUM 29 October 2023

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1510559

Contents of this Issue

Navigation

Page 0 of 15

Intervista mal-kandidat għall-elezzjoni tal- Parlament Ewropew, David Agius www.illum.com.mt €1.25 IL-ĦADD 29 TA' OTTUBRU 2023 • NRU 889 PAĠNA 16 L-inkjesta tal-isptarijiet qed tiġi konkluża - Il-Gvern Laburista jistenna' uġigħ ta' ras oħra Il-Maġistrat Gabriella Vella waslet fl- aħħar stadju tal-inkjesta tagħha dwar it-trasferiment ta' tliet sptarijiet tal- Gvern lil Vitals Global Healthcare. Il-konklużjoni ta' din l-inkjesta tista' tfisser li l-Pulizija tinvestiga irjus kbar mill-Gvern ta' Joseph Muscat, fosthom Edward Scicluna, li llum huwa l-Gvernatur tal-Bank Ċentrali ta' Malta, Konrad Mizzi, Chris Cardona, u Muscat innifsu. L-għeluq ta' din l-inkjesta għandha potenzjal enormi li ġġib magħha numru ta' riperkussjonijiet serji fil-pajjiż, hekk kif jekk jiġi ordnat li Muscat u l-eks Ministri tiegħu jiġu arrestati u jittellgħu l-Qorti, din se toħloq pressjoni kbira fuq il-Gvern preżenti. Fil-fatt, il-pressjoni diġà bdiet tinħass min-naħa tal-Partit Laburista, hekk kif il-possibilità li Muscat jitressaq il-Qorti toħloq terremoti fi ħdan il-Laburisti. Dan kollu jħalli lill-Prim Ministru Robert Abela f 'pożizzjoni skomda ħafna. Abela diġà irriuta darba wara oħra li jsemmi lil Muscat b'ismu minkejja l-kliem ħorox li l-Qorti tal-Appelli kellha fuq l-aġir tal-Gvern li kien imexxi b'rabta mal-każ ta' Vitals. B'hekk, jekk Muscat jittella' l-Qorti, mhux se tibqa' daqshekk faċli li Abela ma jindirrizax dan kollu, iżda jirriskja li jiksirha minn għadd kbir ta' Laburisti li għad għandhom lil Muscat f 'qalbhom. Il-Partit Laburista llum il-ġurnata diġà jidher li naqqas ħafna mill-fiduċja tal-elettorat, hekk kif l-aħħar sondaġġi politiċi jixhdu numru kbir ta' Laburisti li ma jridux jivvutaw. Intant, fl-aħħar jiem bosta kienu dawk li kkundannaw lil Abela minħabba li kien qiegħed jilgħab logħba perikoluża. Wara li ġiet ikkonfermata s-sentenza ta' Vitals, Abela allega li l-Partit Nazzjonalista u s-soċjetà ċivili jintimidaw il-ġudikatura jekk il-Qorti toħroġ b'deċiżjoni li ma jaqblux magħha. Hawn huwa għamel referenza għall- president tal-għaqda Repubblika Robert Aquilina. Ftit tal-jiem wara, l-istess Aquilina qal li qed jibża' għas-sigurtà tal- familja tiegħu, f 'ittra lill-Kummissarju tal-Pulizija. Għalkemm ir-riżultat u d-data ta' meta se tiġi ppubblikata l-inkjesta għadhom m'humiex ċerti, li hu ċert hu li pajjiżna jista' jsib ruħu jħares lejn xeni bħal dawk ikkaratterizzati min-nuqqas ta' stabbilità politika tal-2019, fejn għal darb'oħra, Muscat se jkun fiċ-ċentru tagħhom. PAĠNA 3 Hekk kif il-baġit għas-sena d-dieħla mistenni jiddomina d-diskussjoni pubblika għall-it jiem li ġejjin, l-imsieħba soċjali huma fost dawk li qed jistennew il-jum tal-baġit b'attenzjoni kbira. Dan sabiex jaraw li l-interessi tagħhom u tal-membri tagħhom jiġu indirizzati, iżda l-anteċipazzjoni hija hemm anke sabiex jaraw id-direzzjoni ekonomika li l-Gvern se jieħu lil pajjiżna fis-sena li ġejja, fid-dawl ta' sfidi u realtajiet ġodda li pajjiżna jinsab fihom. X'qed jistennew l-imsieħba soċjali mill- Baġit 2024? Nhar it-Tnejn l-attenzjoni tal-imsieħba soċjali se tkun fuq dak li se jgħid il-Ministru għall-Finanzi dwar il- viżjoni ekonomika għas-sena d-dieħla L-eks prim ministru Joseph Muscat

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 29 October 2023