Illum previous editions

ILLUM 29 October 2023

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1510559

Contents of this Issue

Navigation

Page 12 of 15

13 kultura IL-ĦADD 29 TA' OTTUBRU 2023 • illum Dan l-artiklu inkiteb bis-sostenn tal-Kunsill Malti għall-Arti It-Teatru Manoel jippreżenta dramm oriġinali 'The Haunting' għall-Halloween Nhar it-Tlieta Ottubru 31, il- Halloween, it-Teatru Manoel fil-Belt Valletta ħa jtella dramm oriġinali ġdid bl-isem 'The Haunting: Dare To Face The Darkness' bħala parti mill- Programm teatrali tagħhom 'TOI TOI'. Din il-produzzjoni ġiet mitkuba u direttata mill-moħħ tal-attur- direttur rebbieħ Stephen Oliver, magħruf ukoll għad-direzzjoni ta' 'Allo 'Allo, The Weir, Equus, Twelve Angry Men u oħrajn. 'The Haunting' tissellef l-ispirazzjoni minn stejjer tal-fantażmi Maltin, poeżiji tal-biża, kif ukoll siltiet teatrali. Dawn flimkien mas-stage effects u r-wrap-around sound joħloq esperjenza tant immersiva u beżżanti li kapaċi ssibha diffiċli biex torqod bid-dawl mitfi għal xi jumejn jew tlieta. Il-kast hija magħmula minn Edward Caruana Galizia, Victor Debono, Michael Mangion, Cassandra Spiteri, Edward Thorpe, u Isabel Warrington. Ironikament, hemm ħafna għajdut ta' attività sopranaturali u preżenza tal-fantażmi fit-Teatru Manoel stess, li ma tantx hi sorpriża meta wieħed iqis li huwa t-tielet eqdem teatru li jaħdem fl-Ewropa. Xi kontijiet sostnew li raw figura dellija bilqegħda f 'Box 1, filwaqt li l-artisti rrappurtaw il-bibien jinfetħu u jingħalqu waħedhom fil-backstage. Madankollu, l-aktar għajdut komuni, u forsi l-aktar notevoli, huwa dak ta' mara li tkanta l-lullabies billejl. Ħafna jemmnu li l-vuċi huwa tal-mistress tal-Granmastru de Vilhena, li bena t-teatru fl-1732. Il-fattur miżjud tal-atmosfera stramba tat-Teatru Manoel bla dubju se jħajjar lil dawk fostkom li jħobbu l-orrur. Jekk int kemxejn beżżiegħ, ġib l-akbar xettiku li taf miegħek. Għalkemm żomm f 'moħħok li d-dramm huwa adattat għal udjenzi ta' 11-il sena u 'l fuq, 'The Haunting' idum 70 minuta u s-spettaklu se jitella' kemm fis-7:30 pm u fl-10:30 pm, lejl il- Halloween. Dawk kollha li huma interessati jistgħu jixtru l-biljetti minn din i-sit https://booking. t e a t r u m a n o e l . m t / e v e n t / 7 0 9 3 / the_haunting, għalkemm ftakru - oqgħodu attenti minn Box 1!

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 29 October 2023