Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1510559
14 films IL-ĦADD 29 TA' OTTUBRU 2023 • illum Iċ-ċinema Brittaniku sa minn qabel it-Tieni Gwerra Dinjija wera tendenza qawwija lejn l-umoriżmu u l-poplu kien jistenna dawn il-fares, li nistgħu nsejħulhom parrokjali, jiġifieri jappellaw biss għas-sens ta' umoriżmu tipikament Brittaniku. F'pajjiżi oħra, dawn il-kwalitajiet ta' kummiedji kienu jinħassu strambi u qishom ħuta barra mill-ilma. Postijiet taħt il-ħakma Brittanika, bħal ma kienet Malta, ukoll kienu jistennew bil-ħerqa dawn il- produzzjonijiet. Tnejn mill-kummidjanti li tassew ġibdu l-interess tal-udjenzi kienu Will Hayes u George Formby li bdew lejn l-aħħar tas-snin tletin. Il-kummiedji li ħarġu mill-Ealing Studios lejn l-aħħar tas-snin erbgħin komplew fuq is-suċċess milqugħ minn dawn il-kummidjanti issa rtirati. Meta wieħed iġib quddiem għajnejh il- kummiedji sbieħ li ħarġu fis-snin ħamsin, l-udjenzi verament kellhom xalata bil- films ta' Norman Wisdom, bis-sensiela ta' Doctor In e House (1954) u s-sitta l-oħra li ġew warajh u dawk tat-tfajliet imqarbin tal-iskola St. Trinian's. Atturi oħra li ħadmu f 'kummiedji, xi kultant aktar sofistikati, kienu Ian Carmichael, Peter Sellers, Charlie Drake, eċċ. Fl-1958 wasal il-bidu tal-itwal serje farseska taċ-ċinema Brittaniku. Ta min isemmi li fis-sena ta' qabel kien ħareġ film bl-isem ta' Carry On Admiral li, minkejja li fit-titlu insibu l-kliem Carry On, dan ma kellu x'jaqsam xejn mas-serje fenominali Carry On... il-produttur Peter Rogers u d-direttur Gerald omas ħareġ għall-wiri Carry On Sergeant. Dan il- film għamel suċċess, imma dak ta' warajh, Carry On Nurse kaxkar il-"box office" u pprepara t-triq għall-aktar minn 20 sena ta' kummiedji gwappi tal-istess tip. Mela, din is-serje twila li matul is-snin saret qisha istituzzjoni Brittanika daqs il-"fish & chips" bdiet b'farsa militari addattata għal fuq il-liżar il-kbir minn Norman Hudis u meħuda minn reċta li qatt ma ġiet ippubblikata ta' R. F. Dedderfield. L-atturi tal-bidu kienu Kenneth Williams, Kenneth Connor, u Charles Hawtrey li wara saru regolari f 'din is-sensiela. Matul is-snin, l-istejjer bdew bil-mod jisparixxu taħt gozz ta' ċajt ordinarju qadim li l-quddiem sar iżjed spint, speċjalment wara l-ewwel sitt films. Talbot Rothwell daħal minflok Hudis bħala kittieb u wara l-mewt ta' dan, l-aħħar erbgħa nkitbu minn idejn differenti pero' ma rnexxilhomx jaqbdu s-sugu ta' dawk tal-bidu. Sal-1966 il-produzzjonijiet kollha tal-Carry On kienu mqassmin minn Anglo-Amalgamated Films, sakemm e Rank Organisation ħadet f 'idejha d-distribuzzjoni mill-1966 sal-1976. Taħlita ta' umoriżmu li kien jinsab fis-swali tal-mużika u fares spissjati, l-kompożizzjoni ta' kaaf kienet bil- wisq evidenti anki meta dawn bdew jinħadmu bil-kulur, imma qatt ma laħqu dik imsejħa satira. Il-films kollha kienu diretti minn Gerald omas u prodotti minn Peter Rogers fuq baġit baxx kemm jista' jkun. Atturi oħrajn li saru regolari f 'din is- serje kienu Sidney James (speċjalment), Bernard Bresslaw, Jim Dale, Joan Sims, Barbara Windsor, Hattie Jacques, Terry Scott, Patsy Rowlands, Jack Douglas u Peter Butterworth. Okkażjonalment, f 'xi films oħrajn ħadmu wkoll Harry H. Corbett, Fennella Fielding, Juliet Mills u anki l-Amerikan Phil Silvers. Il-mużika tal-ewwel erba' films kitibha Bruce Montgomery u għall- bqija Eric Rogers, ħlief l-aħħar wieħed. Carmel Bonnici IS-SENSIELA "CARRY ON..." SPIŻERIJI MIFTUĦIN ILLUM TEMP GĦADA TEMP ILLUM Chemimart, Ħamrun Regent Pharmacy, Valletta Anici Pharmacy, Ħal Qormi Collis William St Mark's Mackies, Birkirkata Lourdes Pharmacy, San Gwann Penny Lane, Swieqi Chemimart, Tas-Sliema St Michael, Lija Rotunda Pharmacy, Mosta Remedies, Il-Mellieħa Santa Lucia, Santa Lucija Pillhouse Pharmacy, Fgura Mediatrix Plus Pharmacy, Żabbar Martin's Pharmacy, Birżebbuġa Qrendi Pharmacy, Qrendi Remedies, Mqabba White's Pharmacy, Mtarfa Fontana Pharmacy, Fontana, Għawdex Nadur Pharmacy, Nadur, Għawdex Arport Phamacy, Luqa L-OGĦLA: 29˚Ċ L-INQAS: 20˚Ċ Temp Sabiħ Viżibilità Tajba Riħ Varjabbli forza 2 għal 3 Baħar Ħafif Imbatt Ftit li xejn li jsir baxx mill- Grigal L-OGĦLA: 30˚Ċ L-INQAS: 21˚Ċ Temp Ftit imsaħħab Viżibilità Tajba Riħ Majjistral forza 2 għal 3 li jsir varjabbli mal-lejl Baħar Ħafif Imbatt Ftit li xejn 02 aħbarijiet SPIŻERIJI MIFTUĦIN ILLUM www.gozochannel.com GOZO FERRIES Ħinijiet tat-tluq Malta u Għawdex 9.00 - 12.00 TEMP GĦADA TEMP ILLUM Collis Williams Pharmacy, Valletta Vivien Pharmacy, Marsa Tal-Ħlas Pharmacy, Qormi Remedies Pharmacy, Birkirkara St. Anthony Pharmacy, Pietà Balluta Pharmacy, San Ġiljan Harley Pharmacy, Sliema Brown's St. Mary Pharmacy, Attard St. Albert Pharmacy, Għargħur Smiths PAMA Pharmacy, Mosta St. Simon Pharmacy, Buġibba Distinction Pharmacy, Paola Victory Pharmacy, Isla May Day Pharmacy, Żabbar Green Cross Pharmacy, Żejtun Central Pharmacy, Luqa Spiżerija Ħal-Mula, Żebbuġ Spiżerija Carmen, Dingli Abela's Pharmacy, Victoria, Gozo Lauretana Pharmacy, Għajnsielem, Gozo Airport Pharmacy, MIA, Luqa Departure Mgarr, Gozo Departure Cirkewwa, Malta L-OGĦLA: 38˚Ċ L-INQAS: 26˚Ċ Temp Sabiħ Viżibilità Tajba Riħ Majjistral forza 3 għal 4 lokalment forza 4 għal 5 li jsir forza 5 lokalment forza 6 Baħar Ħafif li jsir moderat L-OGĦLA: 40˚Ċ L-INQAS: 27˚Ċ Temp Sabiħ Viżibilità Tajba Riħ Lbiċ forza 2 għal 3 lokalment forza 3 għal 4 li jsir Nofsinhar ix-Xlokk. Baħar Ħafif 40 jingħataw proġett 40 organizzazzjoni investiment maħruġa SPIŻERIJI MIFTUĦIN ILLUM GOZO FERRIES MĠARR ĊIRKEWWA