Illum previous editions

ILLUM 29 October 2023

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1510559

Contents of this Issue

Navigation

Page 3 of 15

04 aħbarijiet IL-ĦADD 29 TA' OTTUBRU 2023 • illum CLAIRVOYANT Mr TOURE Medium and Psychic of Great Competence. Will solve your problems even in hopeless cases with efficient and speedy results. Specialist in occult work. Will quickly reunite you with your loved one and solve every difficulty finding the person of your life. Helps you fully master the man or woman you love. Provide protection against bewitchment and enchantment. Only by appointment. Payment after results and according to your means. TEL: +356 77 48 45 11 L-iskandlu tal-Isptarijiet: Kif beda u Hekk kif il-Gvern jinsab maqbud f 'tilwima f 'dan l-iskandlu, il- proċedimenti lokali issa wasslu uffiċjalment fit-tmiem tagħhom. Dan jimmarka tmiem ta' dak li suppost kellu jkun proġett ta' tisħiħ ta' sptarijiet li dam għaddej kważi għaxar snin mimli wegħdiet li qatt ma twettqu fir-realtà. Din il-linja kronoloġika turi mill-bidu nett il- proġett fuq it-tlett sptarijiet; l-Isptar San Luqa, l-Isptar Karin Grech u l-Isptar Ġenerali t'Għawdex: 2014 April Bidla fil-babinett (cabinet reshuffle): Konrad Mizzi ngħata responsabbiltajiet fis-settur tas-saħħa u fis-sħubiji pubbliċi-privati. 9 ta' Ottubru Jitwaqqfu Pivot Holding f 'Malta li kienu tal-investituri Vitals Global Healthcare (VGH). 10 ta' Ottubru Jiġi ffirmat Memorandum ta' Ftehim (MoU) bejn il-Gvern mill-Ministru tal-Ekonomija Chris Cardona u grupp ta' operaturi minn Vitals Global Healthcare (Mark Edward Pawley – Direttur ta' Bluestone Special Situation 4 Ltd., Ashtok Rattehali – Direttur ta' AGMC Inc., Mohammed Shoaib Walajhi – Direttur ta' Pivot Holding Ltd., Chaudry Saukat Ali – Direttur ta' Pivot Holdings Ltd.). Il-Memorandum iddeskriva l-interess tal-operaturi fit-twaqqif ta' Kumpless Mediku ta' Għawdex. 23 ta' Novembru Investituri jintroduċu lil Ambrish Gupta. Gupta huwa investitur li għandu 35% tal-azzjonisti, u jgħid li jridu jiżdiedu l-fondi. 9 ta' Diċembru Titwaqqaf lokalment Bluestone Investment Malta. 2015 Frar Il-VGH tiaħar bil-MoU quddiem il-Gvern – xahrejn qabel ma ġiet ippubblikata t-talba għall-proposti. Marzu Gupta jirnexxilu jilħaq ehim fuq kif se jiġu ffinanzjati l-proġetti tal- VGH. Il-ehim jinkludi lis-sidien ta' Bluestone, Mark Pawley u Ram Tumuluri, il-Portpool Investments (PIL) u Bluestone Special Situation 4Ltd. • Fil-bidu tas-sena 2015, Chaudry Saukat Ali introduċa tabib Amerikan lit-Tabib Josie Muscat, sid l-Isptar St. James. Darba minnhom, Muscat attenda laqa' ma' Shaukat Ali, Iqbal u xi investituri. Fl-4 ta' Marzu, tħabbret l-aħbar li Josie Muscat se jbigħ l-Isptar Capua u l-isem ta' St. James lin- negozjant Amerikan u dak Palestinjan. 18 ta' Marzu Il-Gvern jiffirma ehim ta' uħ ta' kampus f 'Għawdex ma' Barts Medical School. 27 ta' Marzu Il-Gvern jippubblika talba għall- proposti għall-konċessjoni ta' tliet sptarijiet pubbliċi, jiġifieri l-Isptar San Luqa, l-Isptar Karin Grech u l-Isptar Ġenerali ta' Għawdex. Il-konċessjoni hija mmexxija mill-Ministeru għall- Enerġija u s-Saħħa, immexxi minn Konrad Mizzi. Fl-istess ġurnata, Ram Tumuluri nħatar bħala Direttur ta' Bluestone Investment Malta Ltd. 13 ta' Mejju Il-VGH irreġistrat f 'Malta bl-ishma kollha li kellha Bluestone Investments Malta Ltd. 18 ta' Mejju Jirreġistraw f 'Malta VGH Management Ltd u VGH Assets Ltd. Mark Pawley u Ram Tumuluri huma d-diretturi ta' dawn il-kumpaniji. 19 ta' Mejju Data tal-għeluq għas-sottomissjoni tal-offerti. Il-kumpaniji li ġejjin issottomettew offerti: 1. Vitals Global Healthcare 2. Image Hospitals Ltd 3. BSP Investments Ltd Ġunju Il-Kabinett japprova l-momerandum sottomess minn Konrad Mizzi bit-talba tiegħu lill- ministri sabiex japprovaw l-għoti tal- istatus ta' offerent preferut lill-VGH u jingħata bidu għan-negozji. 2 ta' Settembru Josie Muscat iħabbar li l-ehim tal- bejgħ tal-Isptar Capua tħassar. 9 ta' Settembru Vitals Global Healthcare jirbħu l-konċessjoni u jibdew id- diskussjonjiet fuq il-kuntratt. Vitals Global Healthcare ma kellhom l-ebda esperjenza fil-qasam mediku jew kif jitmexxa sptar. 13 ta' Ottubru Konrad Mizzi jaġġorna lill-Kabinett fuq l-isħubiji pubbliċi-privati u saħaq li kien intlaħaq ehim fuq li ġej: • Ftehim tal-Konċessjoni – Concession Agreement (CA) • Servizzi tas-Saħħa/Healthcare Services Agreement (HSA) • Labour Supply Agreement (LSA) • Emphtyteutical deed (ED) 30 ta' Novembru Vitals Global Healthcare, flimkien mal-kumpaniji sussidjarji tagħhom jiffirmaw ehim ta' konċessjoni tas- servizz mal-Gvern. 7 ta' Diċembru Il-Gvern u l-Management tal-VGH jiffirmaw l-ewwel u t-tieni addenda tas-servizzi tas-saħħa (HSA). Saru diversi tibdiliet fis-servizzi, l-attivitajiet u l-operazzjonijiet li għandhom isiru mill-VGH, u l-Gvern qabel li jieħu 100 sodda addizzjonali. 2016 8 ta' Jannar Il-Gvern u l-VGH Management jidħlu fil-Labour Supply Agreement. Dan jippermetti lill-Gvern iforni impjegati lill-VGH Management sabiex il-kumpanija tkun tista' tissodisfa t-termini tal-ehim tat- tranżazzjoni. 29 ta' Marzu Il-pjan ta' handover kellu jiġi sottomess lill-Gvern, iżda l-VGH naqset milli tagħmel dan sad-data speċifikata. 29 ta' April Konrad Mizzi jitlef l-inkarigu ta' Ministru tal-Enerġija u s-Saħħa u jieħu ġurament ta' Ministru mingħajr inkarigu speċifikat fi ħdan l-Uffiċċju tal-Prim Ministru. Chris Fearne ġie elett Ministru tas- Saħħa. Mejju Daphne Caruana Galizia tippubblika rapport ta' due diligence u sostniet li Keith Schembri u l-ambaxxatur ta' Malta f 'Dubai wiegħdu lil Shapoorji Pallonji u lil Global Health Care bbażata fl- UAE, li se jingħataw il-proġett ta' privatizzazzjoni tal-isptarijiet jekk jaħdmu ma' Ram Tumuluri u Shaukat Ali Chaudry. 19 ta' Mejju Konrad Mizzi u Ram Tumuluri jiffirmaw ittra sekondarja għall- ehimiet tat-tranżazzjoni. L-obbligu tal-VGH li tippreżenta ehim ta' finanzjament lill-Gvern ġie rrinunzjat għad-19 ta' Frar 2017. Ġunju Il-VGH fl-aħħar tissottometti pjan ta' handover biex iwettaq it-tragward tal-konċessjoni. 30 ta' Awwissu Kellhom jiġu sottomessi pjanijiet ta' disinji lill-Gvern. VGH naqset milli tagħmel dan sad-data speċifikata u sakemm il-konċessjoni ġiet trasferita lil Steward Healthcare. 15 ta' Settembru Il-Gvern u l-VGH jidħlu fit-tieni ittra sekondarja għall-ehimiet tat- tranżazzjonijiet. Hawnhekk, huma jirrikonoxxu li VGH kienet ikkalkulat il-valur preċiż tal-ħlasijiet għall- impjegati tal-Gvern skjerati lill-VGH u r-riżorsi umani sottokuntrattati. 13 ta' Ottubru 2 kumpaniji anonimi huma reġistrati minn taħt f 'Jersey, li wħud minnhom għandhom ismijiet simili bħal Vitals Global Healthcare Ltd u VGH Malta. • Ian Vassallo xtara Technoline mingħand Tumuluri u Shaukat Ali b'self ta' €5.14 miljun permezz tal- kumpaniji offshore tagħhom f 'Jersey. 11 ta' Diċembru Daphne Caruana Galizia tirrapporta li l-VGH tefgħet Chris Party fil- lukanda Westin Dragonara f 'San Ġiljan. "L-ospiti kienu Ram Tumuluri u xi rġiel Indjani oħra minn barra." • Il-Gvern ħallas €16-il miljun lill- VGH fl-2016. 2017 14 ta' Frar Il-Gvern u l-VGH jidħlu fl-ewwel ittra sekondarja għall-Ftehim ta' Konċessjoni tas-Servizz. Permezz ta' din l-ittra, il-Gvern irrinunzja mill-obbligu li jipprovdi ehimiet ta' finanzjament sad-19 ta' Frar 2017 iżda estenda l-iskadenza sat-30 ta' Ġunju tal-istess sena. Ġunju Ram Tumuluri u Mark Pawley jiffirmaw kuntratt datat b'lura fejn jgħid li t-tnejn se jitħallsu miljun ewro bejniethom fis-sena b'director's fees minn Vitals. 23 ta' Ġunju Il-Gvern u l-VGH jidħlu fit-tieni ittra sekondarja għall-Ftehim ta' Konċessjoni tas-Servizzi, bil-Gvern jestendi l-iskadenza għall-ehimiet ta' finanzjament sal-31 ta' Diċembru 2017. Konrad Mizzi jitla' fil-kariga ta' Ministru tat-Turiżmu wara l-Elezzjoni Ġenerali fl-2017. Chris Fearne jibqa' l-Ministru tas-Saħħa. 30 ta' Ġunju Ġew iffirmati diversi emendi għall- Ftehim ta' Konċessjoni tas-Servizz, HSDA, u LSA: • SCA: Irreveduta l-iskadenza għax-xogħlijiet minn data fissa għal waħda relattiva għall-kisba tal- permessi tal-kostruzzjoni. • HSA: Data tal-provvediment għal sodod addizzjonali estiża mill-1 ta' Jannar 2018 sal-1 ta' Jannar 2020. • LSA: Formalizzazzjoni tal-lista tar-riżorsi li tikkorrispondi għal 1,536 impjegat. 1 ta' Lulju Il-kostruzzjoni ta' Barts Medical School ma titlestiex fil-ħin kif miiehem u sakemm il-konċessjoni ġiet trasferita lil Steward Healthcare. Settembru Vitals jibdew id-diskussjonijiet ma' Steward biex jieħdu akkwist tal- isptarijiet.

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 29 October 2023