Illum previous editions

ILLUM 29 October 2023

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1510559

Contents of this Issue

Navigation

Page 4 of 15

aħbarijiet 05 IL-ĦADD 18 TA' ĠUNJU 2023 • illum aħbarijiet aħbarijiet IL-ĦADD 23 TA' LULJU 2023 • illum aħbarijiet IL-ĦADD 8 TA' OTTUBRU 2023 • illum Tkellimna ma' Jerome Caruana Cilia, Membru Parlamentari mill-Partit Nazzjonalista dwar id-deċiżjoni li ħadet il-Qorti fejn qalet li l-ehim huwa wieħed "null". Caruana Cilia qal li kull min hu ta' rieda tajba, jew bi it sens komun, ma ndunax li din kienet ħadma mal-mument li tkellmet il- Qorti. "Il-Partit Nazzjonalista sa mill-bidu nett, kien ċar li kien hemm bosta bozoz ħomor jixegħlu quddiem din l-istorja". Huwa kompla jgħid li ma kienx hemm bżonn ta' due diligence kkumplikata biex il-Gvern ikun jaf li Vitals ma kellhom x'jaqsmu xejn mas-settur tas- saħħa u li ma kellhom ebda esperjenza, u li n-nies wara din il-kumpanija kienu persuni mhux wisq rakkomandabbli. Dak iż-żmien, ġurnalisti investigattivi kienu żvelaw li filwaqt li l-Gvern prova juri li dan il-proċess kien wieħed trasparenti, fil-verità, kollox kien miiehem qabel stqarr Caruana Cilia. Minkejja dan, u għaliex kien hemm interessi oħrajn, dan il-ehim baqa' għaddej. Naturalment, "il-froġa issa saret, imma b'daqshekk ma jfissirx li l-awtoritajiet jistgħu jibqgħu ċassi quddiem dan kollu". Huwa sostna li l-Partit Nazzjonalista, bħall-poplu Malti, jistenna azzjoni fuq żewġ fronti – ħidma mill-Gvern biex kemm jista' jkun malajr ifittex li jikseb lura dak li jista' mill-€400 miljun li tefa' f 'din il-konċessjoni frawdolenti. It-tieni, jekk wieħed jixtarr sew x'qalet il-Qorti tal- Appell, din ma kinitx ħadma ta' Vitals jew Steward waħedha, iżda ħadma mal-Gvern Malti. Caruana Cilia saħaq li l-Qorti, fi it kliem, għamlitha faċli lill- Kummissarju tal-Pulizija, biex jibni l-investigazzjoni tiegħu u diġà jista' jieħu passi kontra xi persuni li huma direttament imsemmija fil-konklużjonijiet tal-istess Qorti. Caruana Cilia qal li l-poplu, iċ-ċittadin komuni li ta' kuljum jara l-għoli tal-ħajja tagħmillu ħajtu aktar diffiċli, huwa verament irrabjat u mweġġa' meta jara flus il-poplu jintremew b'dan il-mod. "Huwa verament irrabjat meta jara tliet ġojjelli tas-saħħa abbandunati b'dan il-mod. Dan hu għaliex ngħidu li għall-korruzzjoni, tħallas int". Huwa kompla jgħid li llum spiċċajna fi stat fejn it- tobba, l-infermiera u ħaddiema oħra ħabrieka fis-settur tas- saħħa jinsabu taħt stress kbir bl-ammont ta' xogħol li waqa' fuqhom, partikolarment l-Isptar Mater Dei. "Id-dinjità tal- pazjent tkissret" għaliex mijiet ta' pazjenti li setgħu ngħataw il- kura fit-tliet sptarijiet – kellhom jittieħdu Mater Dei minħabba "l-pjan djaboliku ta' Joseph Muscat u Robert Abela li llum qed inħallsu prezz qares għalih". Fl-aħħar huwa saħaq li jispera "li ma jiġix fil-Budget, il-Ministru tal-Finanzi, u jgħid li kellu jaqta' l-fondi minn hawn jew minn hemm – biex imbagħad komdu jħalli €400 miljun jintilfu qisu qatt ma ġara xejn". Filwaqt li kompla jtenni li din hi r-realtà li għandna quddiemna u diġà qegħdin tard; tal-inqas, grazzi għall-Partit Nazzjonalista pajjiżna ma tilifx it-tliet sptarijiet; iżda issa huwa fid-dmir tal-Gvern li jara li kull ewro mhux dovut jintradd lura u kull minn seraq lil pajjiżi, jaffronta l-ġustizzja kif jixraq. Il-gazzetta staqsiet għall- kummemt tal-Whip tal-Partit Laburista Andy Ellul rigward x'responsabbiltajiet politiċi għandhom jittieħdu issa, però t-tweġibiet tiegħu baqgħu ma waslux. u x'imiss issa? 30 ta' Settembru Id-data ta' meta suppost kellhom jingħataw 80 sodda ta' riabilitazzjoni lill-Isptar San Luqa ma ntlaħqitx. • Il-Gvern ħallas €33 miljun lill- VGH fl-2017. 2018 17 ta' Jannar Joseph Muscat jikkonferma li teżisti klawsola ta' xiri lura ta' €80 miljun fil- ehim tal-Vitals. 16 ta' Frar Bluestone Investments tittrasferixxi 1,140 sehem lil Steward Healthcare u 60 sehem ieħor lil Ashak Rattchali ta' nazzjonalità Amerikana. Armin Ernst u Michael Callum jieħdu post Tumuluri u Pawley bħala diretturi. 19 ta' Frar L-Eks Kap tal-Oppożizzjoni Adrian Delia fetaħ kawża fil-Qorti kontra Vitals tal-Gvern fejn talab li l-kuntratt jiġi kkanċellat u li t-tliet sptarijiet jingħataw lura lill-pubbliku. • Fl-ewwel xhur tal-2018 Steward ħallset €3.2 miljun lill-azzjonisti tal- VGH permezz tal-organizzazzjoni Żvizzera Accutor AG. 31 ta' Mejju Kellu jitkompla l-bini ġdid tal-Isptar Ġenerali t'Għawdex iżda dan ma sarx. 30 ta' Settembru L-Isptar Ġenerali l-ġdid ta' Għawdex suppost kellu jitlesta u jibda joffri servizzi tiegħu. 31 ta' Diċembru Suppost kellhom jingħataw 80 sodda lill-Isptar San Luqa imma dan baqa' ma sarx. 2019 Awwissu Jissawwar ehim ġdid, hekk kif Konrad Mizzi jagħti lil Steward escape clause li ddawwar kull terminazzjoni tal-konċessjoni fuq il-Gvern. Novembru Minuti qabel jirriżenja minn Ministru, Konrad Mizzi jixhed fil-Qorti li l-Gvern qagħad fuq rakkomandazzjonijiet mill-bord ta' evalwazzjoni qabel ma daħal fil-ehim ta' privatizzazzjoni. 2020 Jannar Joseph Muscat jipperswadi lil Robert Abela sabiex jerġa' jinnegozja l-ehim ta' Steward Hospital. • Madwar l-istess żmien, Joseph Muscat isiefer l-Iżvizzera u jżur lill- uffiċjali ta' Accutor li kienu jiġbru flus għall-azzjonisti ta' VGH. Huwa jabbozza kuntratt indefinit ma' Spring X Media, li għandu x'jaqsam ma' Accutor. Marzu Joseph Muscat jirċievi ammont ta' €15,000 bħala pagament mingħand Accutor. 7 ta' Ġunju Konrad Mizzi jgħid li ma kienx hu li ffirma l-MoU mal-investituri tal- Vitals iżda l-Malta Enterprise. Mizzi appella lill-Gvern biex jippubblika l-MoU wara li ntilef. Lulju Robert Abela japprova r-rapport tal-NAO u jwiegħed li jieħu l-azzjoni meħtieġa. Ma jeskludix li jirrevoka l-kuntratt. 3 ta' Lulju Il-kap ta' Nexia BT jammetti li ma saret l-ebda diliġenza dovuta fuq Vitals qabel ma ngħataw il-ehim. 14 ta' Lulju MoU li kien mitluf, jinsab għand il- Malta Enterprise. 2021 18 ta' Jannar Joseph Muscat jiddefendi l-ehim ta' Vitals fil-Qorti. Jgħid li l-klawsola ta' terminazzjoni ta' €100 miljun iggarantiet self bankarju mingħajr ma jinkisru r-regoli tal-UE dwar l-għajnuna mill-istat. Ġunju Vitals fil-Qorti: Il-permessi ta' kostruzzjoni fuq xogħol li kellu jsir minn Vitals Global Healthcare fuq tliet sptarijiet Maltin kienu skadew qabel ma bdew bix-xogħlijiet. 28 ta' Lulju Steward jiffriża l-masterplan ta' San Luqa hekk kif il-PM jonqos milli jwettaq il-wegħda li jemenda l-ehim imċappas. Awwissu Steward tippreżenta kopja mhux redattata tal-ehimiet kollha relatati mal-proġett u l-ittri sekondarji fil- Qorti bil-miuħ. 12 ta' Settembru Kumpanija legali ta' VGH ġiet ordnata sabiex tgħaddi d-dokumenti lill-pulizija. 16 ta' Novembru l-Imħallef Franceco Depasquale aċċetta l-proposta ta' Adrian Delia biex jinkludi dokumenti li ġew deskritti bħala frawdolenti minn Steward Healthcare fil-kawża. 2022 19 ta' Jannar Il-pulizija marru jfittxu f 'dar l-Eks Prim Ministru Joseph Muscat u anke fl-uffiċċju tiegħu Sa Mansion. 7 ta' Frar Il-President ta' Steward ammettiet li Vitals ingħataw ammonti kbar ta' flejjes meħuda mit-taxxi, u qalet li l-konċessjoni ma kinitx maħsuba tajjeb. Hija qalet li l-konċessjoni għamlet is-sitwazzjoni agħar minħabba l-fatt li investituri ħolqu katina ta' kumpaniji li għaddew beni bejniethom waqt li nefqu l-flus mill-fondi. 2023 24 ta' Frar Il-qrati jirrevokaw il-konċessjoni u jirritornaw it-tliet sptarijiet lill-Gvern. Steward tressaq appell it ġimgħat wara fil-15 ta' Marzu. 15 ta' Mejju Jiġi ppubblikat l-aħħar rapport minn tlieta tal-awditur ġenerali li jiżvela li total ta' €456 miljun tħallsu lill-Vitals u Steward matul il-perjodu ta' konċessjoni. 17 ta' Mejju Tiġi ppubblikata l-investigazzjoni Hospitals X-Rayed, investigazzjoni konġunta bejn Times of Malta, il- Proġett ta' Rappurtaġġ tal-Kriminalità Organizzata u l-Korruzzjoni u e Shi. L-investigazzjoni żvelat il-fluss ta' fondi minn Steward għal Accutor, l-infiq ta' nies ewlenin ta' Vitals u l-Eks Direttur tagħha, Rum Tumuluri. 19 ta' Lulju Il-Qorti tal-Appell tiċħad it- talba ta' Steward Healthcare għal referenza preliminari tas-sentenza ta' annullament biex titwieġeb mill-Qorti Ewropea tal-Ġustizzja. 23 ta' Ottubru L-annullament tal-konċessjoni huwa kkonfermat mill-Qorti tal- Appell li nstabet kollużjoni bejn Steward u uffiċjali għolja tal-Gvern jew l-aġenziji tiegħu, b'differenza mis- sentenza oriġinali, li kienet tefgħet it- tort tal-ehim frodulenti direttament fuq Steward. 2046 21 ta' Marzu Jiskadu t-30 sena ta' Emphyteutical Deed. Il-Gvern ireġġa' lura t-titlu ta' GGH u KGRH, suġġett għall-ħlas ta' 80,000,000. Membru Parlamentari mill-Partit Nazzjonalista, Jerome Caruana Cilia

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 29 October 2023