Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1510559
IL-ĦADD 29 TA' OTTUBRU 2023 • illum Il-pajjiżi tal-Mediterran huma tassew miżgħuda bi prodotti tal-ikel ta' kull tip li għandhom għeruq fondi fil-kultura tal-biedja tal- post. Għaldaqstant dawn il-prodotti għandhom sehem mill-bijodiversità lokali filwaqt li jagħmlu parti essenzjali mid-dieta Mediterranja. Il-qasam tat-tkabbir tal-ikel f 'dawn il-pajjiżi qed jiffaċċja sfidi kbar. Naqra naqra qed jintilfu ħafna varjetajiet lokali; qed jiżdied il-faqar rurali; l-imprendituri rurali dejjem b'inqas mezzi x'jinvestu; u qed jinħass in-nuqqas ta' taħriġ fejn jidħlu s-sostenibbiltà soċjo-ambjentali, l-istrateġiji u l-ippjanar tan-negozju. il- faqar rurali l-aktar li jaffettwa lin-nisa minħabba li dawn qed jaħdmu dejjem iżjed fil-biedja fuq skala żgħira biex jitimgħu il-familja. L-għan tal proġett MedSNAIL - Sustainable Networks for Agro-food Innovation Leading in the Mediterranean huwa li jindirizza dawn il-problemi billi jsaħħaħ il-kummerċ ta' prodotti tal-ikel li jitkabbru b'mod tradizzjonali u fuq skala żgħira, biex b'hekk jitjieb il-potenzjal tas-suq u s-sostenibbiltà soċjo- ambjentali. MedSNAIL kien preżentat taħt il-Programm ENI CBC Mediterranean Sea Basin Programme 2014-2020, li huwa programm maħsub bħala ċentru għall-kooperazzjoni fil- Mediterran. Il-Programm jagħraf lir- reġjun bħala l-post li sawwar xi wħud mill-aktar ċiviltajiet antiki tad-dinja, u ċentru tal-kummerċ u t-trasport. Huwa wkoll ħolqa unika fejn il-bijodiversità qed tiffaċċja għadd kbir ta' sfidi komuni, inklużi t-tibdil fil-klima, it-tniġġis, il-qgħad fost iż- żgħażagħ u l-inugwaljanza soċjali. L-imsieħba fil-proġett huma l-Federazzjoni Andalusa tal- Muniċipalitajiet u l-Provinċji (Spanja), Slow Food Foundation for Biodiversity (l-Italja), l-Università Amerikana ta' Bejrut (il- Libanu), Rural Women's Development Society (il- Palestina), Università ta' Sfax (it-Tuneżija), Gozo Regional Development Foundation (Malta), u Nisa għall-Iżvilupp Kulturali (Ġordan). Il-firxa ta' esperjenzi li dawn l-imsieħba jġibu magħhom fil-proġett jinkludu l-ħidma ma' komunitajiet rurali, l-involviment tal- partijiet interessati, it-tisħiħ tal-parteċipazzjoni tan-nisa fit-teħid tad-deċiżjonijiet, it- trawwim tal-emanċipazzjoni tan-nisa rurali u l-promozzjoni ta' spazji ta' appoġġ fi ħdan il-komunitajiet lokali. Iġibu wkoll għarfien akkademiku siewi tal-prodotti u l-metodi tradizzjonali tal-biedja fuq skala żgħira L-attivitajiet tal-proġett huma bbażati fuq l-esperjenza, il-prinċipji u l-metodi ta' Slow Food. Din hija organizzazzjoni internazzjonali favur l-ikel tradizzjonali li tiffoka fuq il-preservazzjoni tal- bijodiversità u r-rispett tal-art u tal-kultura lokali. Il-bijodiversità hija mhedda mad-dinja kollha, speċjalment dik marbuta mal- biedja tal-familja u fuq skala żgħira. Ir-raġunijiet huma ħafna, u hawnhekk nistgħu nsemmu xi ftit minnhom: l-industrijalizzazzjoni tal- biedja, it-tnaqqir tal-wirt ġenetiku, id-drawwiet dejjem jinbidlu marbuta mal-ikel, it- tibdil fil-klima, l-abbandun taż-żoni rurali, il-migrazzjoni u l-konflitti. Kollha kemm aħna jeħtieġ nagħmlu kull m'hemm bżonn biex insalvaw li fadal. Għaqdiet mhux governattivi u għaqdiet oħra qed jagħmlu li jistgħu sabiex jiddefendu l-wirt imprezzabbli tagħna ta' frott, ħaxix, razez tal-bhejjem, ġobon, ħobż, ħelu u prodotti tal-laħam. Biss kull wieħed minna jista' jagħżel bil-għaqal meta nkunu qed nixtru l-ikel, jiġbed l-attenzjoni fuq prodotti li qed jonqsu u jgħin biex isalvahom. Din hija l-ideja tal- programm Ark of Taste ta' Slow Food: li jagħti l-mezzi biex ilkoll kemm aħna nkunu nistgħu nagħmlu xi ħaġa. Slow Food kienet nediet l-Ark of Taste fl-1996. Il- programm idur id-dinja jiġbor tagħrif fuq prodotti ta' kwalità fuq skala żgħira li jappartjenu għall-kulturi, l-istorja u t-tradizzjonijiet tad-dinja kollha. L-Ark of Taste nħolqot biex ixxandar lil dawn il- prodotti u r-riskju li fi żmien ftit ġenerazzjonijiet jistgħu jisparixxu għal kollox. Bħalissa fiha aktar minn 5000 prodott minn 150 pajjiż. Bis-saħħa tal-kontribut ta' ħafna nies minn madwar id-dinja, Slow Food s'issa kkatalogat eluf ta' prodotti. Minkejja dan, għad fadal ħafna xi jsir. Il-proġett MedSNAIL qed jiskopri prodotti oħra fil- pajjiżi tagħhom u jqegħedhom fl-Ark of Taste, u għalhekk permezz tal-proġett l-Ark of Taste issa qed iddur il-Ġordan, il-Libanu, Malta, il-Palestina, Spanja u t-Tuneżija. Il-Gozo Regional Development Foundation qed taħdem mal-Gozo Artisan Network, fit-twaqqif tal-MedSNAIL Gozo Food Council fi ħdan l-istrutturi tan-Network sabiex iġġib 'l quddiem il-prinċipji tas-Slow Food u tmexxi prodotti agrikoli u artiġjanali Għawdxin. Flimkien mal-Kunsill Lokali Ta' Kerċem, iż-żewġ għaqdiet se jagħmlu l-ewwel suq lokali bħala attività għall-familja nhar il-Ħadd 29 ta' Ottubru. Il-proġett MedSNAIL issa wasal fi tmiemu. Kien bla dubju vjaġġ importanti li fih ħadu sehem produtturi, awtoritajiet lokali, koki u komunitajiet fil-Ġordan, il- Libanu, Malta, il-Palestina, Spanja u t-Tuneżija. Kien ukoll ġabra ta' imħuħ li ħadmu flimkien fi sforz biex jiġi iħarsu il-wirt kulinari immens tar- reġjuni għall-generazzjonijiet li ġejjin warajna. Għal aktar dettalji dwar il- proġett MedSNAIL tista żżur il-website tal-proġett GRDF fl- indirizz t'hawn fejn issib ukoll dettalji fuq is-suq lokali MedSNAIL, Sustainable Networks for Agro-food Innovation Leading in the Mediterranean, huwa proġett iffinanzjat mill-Unjoni Ewropea fi ħdan il-Programm ENI CBC Med. L-Ark of Taste ta' Slow Food iddur il-Mediterran bis-saħħa tal-proġett MedSNAIL