Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1511790
opinjoni 12 analiżi kultura IL-ĦADD 19 TA' NOVEMBRU 2023 • illum Dan l-artiklu inkiteb bis-sostenn tal-Kunsill Malti għall-Arti Heritage Malta torganizza 'Christmas at the Fort' għal sena oħra Is-Solstizju tax-xitwa f'Ħaġar Qim u l-Imnajdra Minkejja t-temp sħun, il-Milied daqt magħna xorta waħda. Biex jagħtu bidu għall-istaġun tal-festi, Heritage Malta qed jorganizzaw avveniment tal-Milied ġewwa Forti Sant Iermu fil-Belt Valletta. Nhar is-Sibt 2 ta' Diċembru u l-Ħadd 3 ta' Diċembru, iż-żoni ewlenin tal- forti se jiġu trasformati f 'villaġġ speċjali tal-Milied li għandu xi ħaġa x'joffri għall-familja kollha. 'Christmas at the Fort' se jkollu diversi attivitajiet biex igawdu t-tfal; Se jkun hemm żona interattiva għat-tfal b'logħob u klassijiet tat- tisjir, kif ukoll 'Meet and Greet' ma' Santa. It-tfal se jkunu jistgħu wkoll jiktbu ittri lil Santa u jaqsmu miegħu x-xewqat li għandhom għal din is- sena. Kemm jekk kienu imqarbin jew bravi, it-tfal kollha li jattendu se jitilqu b'rigal! Sadanittant, hemm ħafna attrazzjonijiet li jistgħu jgawdu l-adulti. Żur is-suq tal-artiġjanat u dur id-diversi stands li ħa jkunu qegħdin joffru prodotti magħmulin bl-idejn. Jaf issib ir-rigal tal-Milied ta' xi ħadd waqt li tkun hemm! Hekk kif qed nitkellmu fuq affarijiet magħmulin bl-idejn, tinsiex tagħti daqqa t'għajn lejn il-wirja tal- presepji. Jekk jaqbdek il-ġuħ, ħa jkun hemm varjetà ta' ikel tal-Milied kwintessenzjali, bħal qastan inkaljat, mince pies, u mulled wine. Barra minn hekk, se jkun hemm xi ħelu tradizzjonali Malti, inklużi l-qagħaq tal-għasel, l-imqaret, u l-imbuljata. Matul l-avveniment, il-kor se jtella' spettaklu ta' kant, b'selezzjoni ta' kanzunetti li tinkludi kemm għanjiet tradizzjonali u diski oħrajn bil-Malti, kif ukoll diski tal-Milied Ingliżi li huma aktar magħrufin. 'Christmas at the Fort' jibda fit- 2 ta' Diċembru mis-6 pm sal-11 pm, bl-aħħar ċans għad-dħul ikun fl-10.30 pm. Jiaħ ukoll fit-3 ta' Diċembru mill-10 am sat-8 pm, bis- 7.30 pm ikun l-aħħar ħin għad-dħul. Fl-ispirtu tal-Milied id-dħul huwa bla ħlas! Barra minn hekk, l-avveniment se jittella' b'risq il- Malta Community Chest Fund. Il-21 ta' Diċembru jimmarka s-Solstizju tax-Xitwa. Heritage Malta qed tistieden lill-pubbliku għal avveniment fl-Imnajdra hekk kif tasal xitwa oħra. L-Imnajdra tinsab fuq il- kosta tan-Nofsinhar ta' Malta, imdaħħla f 'qasma fl-irdumijiet. B'veduta ta' Filfla, għandha l-aktar tempji atmosferiċi mit- tempji kollha f 'Malta. Tliet tempji jiffurmaw is-sit kumpless tal-Imnajdra, l-eqdem minnhom inbena bejn it-3,600 u t-3,200 QK. 500m biss 'il bogħod hemm Ħaġar Qim, li nbena 5,000 sena ilu. Is-solstizju tax-xitwa jiġi fl- ewwel jum tax-xitwa u dakinhar ikun l-iqsar jum tas-sena. Parti mill-Imnajdra ġiet imtellgħa biex timmarka l-post fejn titla' x-xemx fl-ewwel jum ta' kull staġun. Kif innotat Heritage Malta, il- bdil tal-istaġuni x'aktarx kellu tifsira speċjali għan-nies ta' dak iż-żmien. Seta' wkoll kien żmien ta' laqgħat u festi, peress li l-bennejja ta' dawn l-istrutturi kienu bdiewa, li kienu jiddependu fuq l-agrikoltura għall-għejxien tagħhom. Għalhekk, Heritage Malta qed torganizza avveniment għal ma' tlugħ ix-xemx fil-21 ta' Diċembru. Dawk li jattendu jistgħu jaraw ix-xemx tiddi fuq it-tarf ta' megalith tul il- passaġġ li jgħaqqad il-*kmamar (chambers) ta' ġewwa mal- ewwel par ta' kmamar. Il-mistednin se jingħataw tour tal-binjiet tal-Imnajdra, kif ukoll tour tas-sit tan-Natura 2000. Barra minn hekk, se jirċievu kafè b'xejn qabel it-tour. Il- mistednin għandhom jiltaqgħu barra Ħaġar Qim u l-Imnajdra fis-6:20 am. Il-biljetti jiswew €30, iżda dawk li huma msieħba ma' Heritage Malta jistgħu jixtruhom għall-prezz imraħħas ta' €20. Kull min hu interessat jista' jikseb il-biljetti minn fuq is-sit uffiċjali ta' Heritage Malta (https://heritagemalta.mt/), jew inkella mis-siti u l-mużewijiet kollha ta' Heritage Malta. Il- biljetti huma limitati minħabba n-nuqqas ta' spazju u għalhekk il-pubbliku hu mħeġġeġ jaħseb kmieni biex jaqtagħhom ħalli jevita d-diżappunti. M'hemm l-ebda ħin aħjar biex iżżur l-Imnajdra!