Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1511790
Nitkelmu ma' Marie Louise Coleiro Preca www.illum.com.mt €1.25 IL-ĦADD 19 TA' NOVEMBRU 2023 • NRU 892 PAĠNI 4 - 5 Xhieda fl-inkjesta ta' Sofia turi kif nies li kienu responsabbli minn tibdil waħħlu f'ta' fuqhom meta kienu huma responsabbli Gidma ta' Pitbull tiswa lil sidu €104,021 Ħafna mix-xhieda fl-inkjesta ta' Jean Paul Sofia huma mitlufin f 'emozzjonijiet kbar u ħafna drabi l-istqarrijiet ta' persuni ma jiġux ivverifikati u ma jsirux mistoqsijiet dwar ikunux veri jew le. Infatti x-xhieda tal-Perit Martin Debono li sa it żmien ilu kien impjegat mal-Gvern stess hija interessanti. Waqt l-Inkjesta ta' Sofia tressqet xhieda li tikkontradixxi dak li ntqal mill-Perit Martin Debono meta stqarr li x-xogħol fuq Kodiċi tal-Bini kien lest u dawn inżammu b'ordni tal-Amministrazzjoni attwali. Meta kien reġa' msejjaħ biex jixhed waqt l-aħħar seduta tal-Inkjesta ta' Sofia ta' nhar it-Tnejn, il-Kap Eżekuttiv tal-Awtorità tal-Bini u l-Kostruzzjoni (BCA) Jesmond Muscat ippreżenta emails lill-Bord ta' Inkjesta li juru li f 'Ottubru 2022, it ġimgħat biss qabel it-traġedja ta' Sofia, ix- xogħol dwar il-Kodiċi tal-Bini kien għadu ma ġiex konkluż. It-tfassil tal-Kodiċi tal- Bini kien fdat f 'idejn Martin Debono. Minn informazzjoni miġbura minn din il-gazzetta jirriżulta li l-ewwel email inkitbet f 'April tal-2022 meta Jesmond Muscat kien għadu ma nħatarx Kap Eżekuttiv tal-BCA. F'din l-email lill-Perit Charles Buhagiar (Chairperson BICC) u lill-Perit Martin Debono, Karl Azzopardi – li kien il-Kap Eżekuttiv tal-BCA – kien qed jilmenta dwar il-prokrastinazzjoni li qed issir fil- konklużjoni tal-ħidma fuq dawn il-Kodiċi wara li dak li kien propost min-naħa tal- Kamra tal-Periti (KTP) ma kienx aċċettat. PAĠNA 2 Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Bernard Grech ilbieraħ żar it-tempji megalitiċi tal-Ġgantija hekk kif il-ġimgħa li għaddiet ħarġet l-aħbar li se jsir żvilupp ta' bini f 'żona tant importanti għall-istorja ta' pajjiżna. Grech saħaq li dan il-permess skandaluż huwa konferma oħra li l-Awtorità tal-Ippjanar saret Dipartiment tal-Permessi bla kawtela filwaqt li s-Sovritendenza tal-Patrimonju Kulturali ġiet imdgħajfa mill-Gvern f 'dawn l-aħħar għaxar snin. Grech sostna li kemm il-Gvern ta' Robert Abela, kif ukoll l-awtoritajiet għandhom jieħdu l-azzjonijiet kollha meħtieġa immedjatament u jeliminaw kull riskju li jista' jkun ikkawżat minn kull tip ta' żvilupp f 'din iż-żona mħarsa mill- UNESCO. "Dan għandu jsir ukoll biex dan il- wirt ikun jista' jitgawda bi sħiħ bħala sit ta' wirt nazzjonali." Grech fakkar dak li qal l-International Council on Monuments and Sites (ICOMOS) illi saħaq li l-Gvern għandu jġib l-interess pubbliku u l-wirt nazzjonali qabel l-interess privat – għaliex żvilupp bħal dan kapaċi jkollu riperkussjonijiet mill-aktar serji. Dan sostnieh il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Bernard Grech matul żjara fiż-żona tat-tempji megalitiċi tal-Ġgantija. Din iż-żjara saret fid- dawl li l-ġimgħa li għaddiet ħarġet l-aħbar li se jsir żvilupp ta' bini f 'żona tant importanti għall- istorja ta' pajjiżna u li saħansitra hija mħarsa mill- UNESCO. "Il-Ġgantija u siti oħra li jitqiesu bħala wirt dinji huma importanti ħafna għal pajjiżna u għalhekk irridu nagħmlu minn kollox biex dawn ma jintilfux minħabba nuqqas ta' azzjoni minn min huwa obbligat li jipproteġi dawn is-siti." Grech f'Għawdex biex iqajjem allarm dwar l-isfreġju ppjanat Is-sidien ta' kelb li kien attakka u fera serjament tifel ta' 14-il sena fl-2018 ġew ordnati jħallsu €104,021 f 'danni lill-vittma. Dan kien l-eżitu ta' deċiżjoni tal-Prim'Awla tal-Qorti Ċivili preseduta mill-Imħallef Toni Abela, mogħtija nhar il-Ħamis 16 ta' Novembru. Il-kawża tittratta inċident li seħħ nhar l-20 ta' Awwissu 2018 ġewwa Bormla, Malta, fejn it-tfajjel, Jean Claude Vella, safa aggredit minn kelb tar-razza American Pitbull, li kien fil-pussess ta' Marjan Lee Pantalleresco u Frances Pantalleresco. Dakinhar Vella kien mar jgħin lil missieru fil-ħanut tiegħu. F'ħin minnhom, waqt li Vella kien qed jarmi xi kaxxi tal-kartun it 'il bogħod mill-ħanut ta' missieru, kelb tar-razza pitbull – li la kien marbut u lanqas ma kellu ċinga jew sarima ma' ħalqu – kien għamel għat-tifel u weġġgħu sew. B'riżultat tal-attakk mill-kelb, Vella kien sofra ġrieħi gravi u ta' natura permanenti, kemm fiżiċi, kemm psikoloġiċi, u kemm psikjatriċi, u għaldaqstant kien fetaħ kawża għad-danni kontra s-sidien tal-kelb. PAĠNA 3 Il-Pitbull Amerikan Jean Paul Sofia