Illum previous editions

ILLUM 19 November 2023

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1511790

Contents of this Issue

Navigation

Page 1 of 15

02 aħbarijiet IL-ĦADD 19 TA' NOVEMBRU 2023 • illum 02 aħbarijiet IL-ĦADD 1 TA' AWWISSU 2021 • illum SPIŻERIJI MIFTUĦIN ILLUM www.gozochannel.com GOZO FERRIES Ħinijiet tat-tluq Malta u Għawdex 9.00 - 12.00 TEMP GĦADA TEMP ILLUM Collis Williams Pharmacy, Valletta Vivien Pharmacy, Marsa Tal-Ħlas Pharmacy, Qormi Remedies Pharmacy, Birkirkara St. Anthony Pharmacy, Pietà Balluta Pharmacy, San Ġiljan Harley Pharmacy, Sliema Brown's St. Mary Pharmacy, Attard St. Albert Pharmacy, Għargħur Smiths PAMA Pharmacy, Mosta St. Simon Pharmacy, Buġibba Distinction Pharmacy, Paola Victory Pharmacy, Isla May Day Pharmacy, Żabbar Green Cross Pharmacy, Żejtun Central Pharmacy, Luqa Spiżerija Ħal-Mula, Żebbuġ Spiżerija Carmen, Dingli Abela's Pharmacy, Victoria, Gozo Lauretana Pharmacy, Għajnsielem, Gozo Airport Pharmacy, MIA, Luqa Departure Mgarr, Gozo Departure Cirkewwa, Malta L-OGĦLA: 38˚Ċ L-INQAS: 26˚Ċ Temp Sabiħ Viżibilità Tajba Riħ Majjistral forza 3 għal 4 lokalment forza 4 għal 5 li jsir forza 5 lokalment forza 6 Baħar Ħafif li jsir moderat L-OGĦLA: 40˚Ċ L-INQAS: 27˚Ċ Temp Sabiħ Viżibilità Tajba Riħ Lbiċ forza 2 għal 3 lokalment forza 3 għal 4 li jsir Nofsinhar ix-Xlokk. Baħar Ħafif Albert Gauci Cun- ningham SUDOKU Imla l-kaxxi vojta bin-numri 1 sa 9 f 'kull kolonna vertikali u orizzontali kif ukoll f 'kull kaxxa 3x3. Is-soluzzjoni tkun ippubblikata nhar il-Ħadd li ġej. Is-soluzzjoni tal-Ħadd li għadda www.maltco.com/lotto/results/ Iċċekkja n-numri tal-lottu fuq - 40 organizzazzjoni sportiva jingħataw għajnuna għal 60 proġett ta' enerġija effiċjenti 40 organizzazzjoni sportiva ibbenefikaw minn investiment ta' €1 miljun grazzi għal skema maħruġa mill-Gvern biex il-klabbs sportivi jinvestu f 'apparat u tagħmir aktar effiċjenti. Permezz tal-iskema, maħruġa mill-Aġenzija għall-Enerġija u l-Ilma b'kollaborazzjoni ma' Sport Malta, 40 klabb wettqu aktar minn 60 proġett bl- għajnuna li ngħatat biex ikunu jistgħu jinstallaw sistemi moderni ta' dawl, heat pumps, appliances u pumping equipment. F'ċerimonja li saret fil-Padiljun tal-Basketball tal-Hibernians, il-Ministru għall-Enerġija, l-Intrapriża u l-Iżvilupp Sostenibbli Miriam Dalli u s-Segretarju Parlamentari għall-Isport, ir-Rikreazzjoni u l-Għaqdiet Volontarji Clifton Grima ppreżentaw rikonoxximent lill-klabbs b'tifkira tal-investiment li għamlu. Il-Ministru Miriam Dalli spjegat li l-konkorrenza għal din l-iskema kienet waħda b'saħħitha tant li ttieħdet id-deċiżjoni li jiġu allokati aktar fondi biex aktar proġetti ta' enerġija effiċjenti jkunu jistgħu jiġu implimentati. "Huwa ta' sodisfazzjoni għalina li ngħinu lil min irid ikun sostenibbli. L-investiment li qed isir għal operat aktar effiċjenti ma jfissirx biss kontijiet orħos, imma anke protezzjoni lejn l-ambjent u anqas ħela", qalet il-Ministru Miriam Dalli. Spjegat ukoll li b'kollox kien hemm mat-72 applikant u sa issa diġà ngħatat rifużjoni lil 40 klabb. 70 proġett diġà tlestew filwaqt li 50 oħra għadhom għaddejjin. Dawn l-investimenti jfissru li flimkien dawn il-klabbs qed jiffrankaw mal- €100,000 f 'kontijiet tal-enerġija fis-sena. Matul iċ-ċerimonja, is-Segretarju Parlamentari Clifton Grima faħħar il-pass 'il quddiem li 40 organizzazzjoni sportiva ħadu bl-għan li jinvestu f 'enerġija aktar sostenibbli. Huwa saħaq li permezz ta' dawn l-inizjattivi numru sostanzjali ta' organizzazzjonijiet sportivi u volontarji qed jibbenifikaw finanzjarjament, liema benefiċċju finanzjarju qed jerġa' jkun investit fil-komunità. "L-għan aħħari tagħna bħala Gvern huwa li nrawmu soċjetà sostenibbli f 'kull settur. Dak li qiegħda toffri din l-inizjattiva, fejn kemm is- settur ambjentali kif ukoll is-settur sportiv qed jibbenifikaw minn traħħis fil-kontijiet tad-dawl, ambjent aktar nadif u appoġġ finanzjarju b'saħħtu", qal is-Segretarju Parlamentari. Permezz ta' din l-iskema se tkun qed tiġi ffrankata mat-340 tunellata f 'emissjonijiet CO2 fis-sena, dan filwaqt li Malta tkompli tilħaq il-miri tal-Ġnus Magħquda, CLAIRVOYANT Mr TOURE a Marabout clairvoyant medium healer and Exorcist with an exceptional gift. Specialising in disenchantment, voodoo protection against dangers, couple problems return of a loved one, impotence and sexual issues whatever the nature. Court cases. Tel: +35677484511 B'diġriet tas-16 ta' Ottubru, 2023, mogħti mill-Prim Awla tal- Qorti, din il-Qorti ordnat il-pubblikazzjoni tal-estratt li jidher hawn taħt biex iservi ta' notifika skont l-Artikolu 187(5) tal- Kodici tal-Proċedura u Organizzazzjoni Ċivili (Kap.12). Illi b'rikors ippreżentat minn APS Bank plc (C2192) fit-28 ta' Marzu, 2023, qed jintalab l-iżbank fl-ammont ta' mija u tmint elef ewro u mitejn u wieħed u disgħin ewro u wieħed u erbgħin ċenteżmu (€108,291.41) li ġew depożitati permezz ta': Ċedola numru 2134/2018 fl-ismijiet: APS Bank Limited (C2192) vs G. Caruana & Bros (P 32) bħala d-debitriċi prinċipali, Ambassador Clothing Limited (C22440), Alessia Caruana (KI 460793M) u Mirco Caruana (KI 303695M) bħala eredi tad-defunt Tonio Caruana (KI 726956M), Desiree' Caruana (KI 24468M), Ivan Caruana (KI 244563M), Marion Caruana (KI 472362M) u George Caruana (KI 554458M) ilkoll bħala garanti in solidum ta' G. Caruana & Bros Limited (P 32) U Ċedola numru 551/2022 fl-ismijiet: APS Bank plc (C2192) vs G. Caruana & Bros bħala debitriċi prinċipali u Ambassador Clothing Limited (C2244) Il-Qorti ordnat in-notifika lill-kontroparti bi żmien għaxart (10) ijiem ghar-risposta bil-visto jew notifika talavukat tal-kontroparti. Reġistru tal-Prim Awla tal-Qorti Ċivili (Malta), illum ilĦamis, 2 ta' Novembru, 2023 GAETANA AQUILINA Għar-Reġistratur, Qrati Ċivili u TribunalI Tkompli minn paġna 1 Jirriżulta wkoll li ftit ġimgħat wara l-ħatra tiegħu bħala Kap Eżekuttiv, Muscat talab lil Debono għal dettalji dwar l-istat attwali fir-rigward tax-xogħol li qed isir fuq il-Kodiċi tal-Bini. Huwa staqsa dwar il-kompiti li qed isiru, iż-żmien, min ġie assenjat għal dawn il-kompiti, liema kompiti kienu jew ma kinux relatati mal-BCA u kif ix-xogħol kien miexi fuq kull kompitu. Kif xehed fil-Qorti, f 'Novembru 2022, Muscat talab lill-Perit Debono biex jibgħatlu email bid-dettalji dwar dak li ġie ppreżentat lilu u l-progress miksub fuq kull kodiċi tal-bini. Mill-ispreadsheet ippreżentata u esebita fil-Qorti minn Muscat, irriżulta li lanqas kodiċi wieħed tal-bini ma kien għadu lest. F'Marzu ta' din is-sena Muscat kiteb lill-Bord tal- BCA biex jinfurmahom dwar punti ta' oġġezzjoni li kellu għal sezzjonijiet ta' wieħed mill-kodiċi tal-bini li rċieva li jirreferu għal "strutturi". Muscat talab lill-Membri tal-bord tal- BCA biex jevalwaw il-punti tiegħu u jagħtuh informazzjoni lura dwarhom. Dan kollu juri li x-xogħol fuq dawn il-kodiċi tal-bini kien għadu ma ġiex konkluż. U għal dak li ntqal waqt l-inkjesta mill-eks impjegat ta' BCA Michael Ferry, xehed Kurt Scerri mill-Fakultà tal-Liġi fl- Università ta' Malta li meta seħħ l-inċident ta' Jean Paul Sofia, il-BCA ma kinitx responsabbli għar-regolamenti ta' ġestjoni tal- Maniġment tal-Kostruzzjoni tas- sit peress li dawn ġew trasferiti lill-BCA fis-16 ta' Diċembru 2022, ftit jiem wara t-traġedja ta' Sofia. Dawn qabel kienu taħt ir-responsabbiltà formali tal- Awtorità tal-Ippjanar. Waqt ix-xhieda ta' Scerri qamu dubji serji dwar jekk xi regolamenti dwar il-kostruzzjoni fil-fatt jittrattawx għal bini indipendenti peress li l-fokus ewlieni ta' dawn ir-regolamenti jidher li huwa dwar ħsara lil terzi persuni u lill-ambjent. Il- Fakultà tal-Liġi fl-Università ġiet fdata mill-Ministru ta' Xogħlijiet Pubbliċi u l-Ippjanar Stefan Zrinzo Azzopardi, biex tiġbor kompendju tal-liġijiet kollha li jittrattaw il-kostruzzjoni bl- għan li dawn il-liġijiet jiġu kkonsolidati u ssimplifikati. Xogħol li kellu jsir ma sarx Suċċess doppju għal Josianne Cutajar F'Novembru 2022, il-Kap tal-BCA kien talab lill-Perit Debono biex jibgħatlu email bid-dettalji dwar dak li ġie ppreżentat lilu u l-progress miksub fuq kull kodiċi tal-bini. Irriżulta li lanqas kodiċi wieħed tal-bini ma kien għadu lest Din il-ġimgħa, id-deputata parlamentari fil-Parlament Ewropew Josianne Cutajar kellha ħidma ta' suċċess doppja f 'negozjati bejn il-Parlament u l-Kunsill, fil-preżenza tal- Kummissjoni Ewropea, fuq żewġ liġijiet importanti li se jwasslu għal aċċessibbiltà diġitali aktar b'saħħitha u ekosistema tat- turiżmu aktar ibbilanċjata. Intant, matul il-ġurnata tat- Tnejn, bħala n-negozjatriċi tas- Soċjalisti f 'isem il-Kumitat għall- Industrija u t-Teknoloġija (ITRE), Dr Cutajar ikkonkludiet b'suċċess in-negozjati dwar l-Att Ewropew għall-Interoperabbiltà, liġi li għandha l-għan li tiffaċilita l-aċċess tad-data online, kif ukoll li twassal għal servizzi pubbliċi faċilitati fl- Istati Membri kollha. L-Att jagħti prijorità lit-tnaqqis tal-piżijiet amministrattivi, jiżgura aċċess ugwali għaċ-ċittadini u n-negozji kollha, u jippromovi t-tisħiħ kontinwu tal-ħiliet tal-ħaddiema tas-settur pubbliku. Matul il-jum tal-Erbgħa, imbagħad Cutajar tat sehem importanti biex intlaħaq ehim bejn l-istituzzjonijiet Ewropej dwar ir-Regolament dwar il-Kirjiet għal Żmien Qasir (Short Term Rentals). Bħala n-negozjatriċi ewlenija f 'isem il-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu, Cutajar imbuttat għal qafas regolatorju u ta' qsim ta' informazzjoni u data li ser jgħin bis-sħiħ sabiex ikollna ekosistema tat-turiżmu aktar trasparenti, ibbilanċjata u sostenibbli. Dan anke fil-kuntest li s-suq tal-Kirjiet għal Żmien Qasir, akkomodazzjoni li hi offruta anke fuq pjattaformi rinomati bħal Airbnb u Booking. com, qed ikompli jikber b'mod kontinwu. Ir-Regolament se jġib vantaġġi diversi, b'benefiċċju għall-awtoritajiet lokali, sidien li jikru l-propjetà tagħhom għal żmien qasir, pjattaformi online, lukandiera, turisti u anke l-komunitajiet lokali. Fost l-elementi importanti li ġew innegozjati b'suċċess, hemm proċess ta' reġistrazzjoni aktar faċli u bi spejjeż minimi għal dawk li se jikru l-propjetà tagħhom, flimkien ma' protezzjoni akbar biex jiġu identifikati propjetajiet offruti għall-kiri b'mod illegali. F'kummenti relatati, Cutajar esprimiet is-sodisfazzjon tagħha lejn il-kontribuzzjoni effettiva tagħha fil-qasam diġitali u sabiex nimxu lejn setturi pubbliċi u industrijali aktar effiċjenti, inklussivi u sostenibbli. Josianne Cutajar tikkonkludi negozjati dwar l-Att Ewropew għall-Interoperabbiltà u r-Regolament dwar il-Kirjiet Għal Żmien Qasir

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 19 November 2023