Illum previous editions

ILLUM 19 November 2023

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1511790

Contents of this Issue

Navigation

Page 2 of 15

aħbarijiet 03 03 aħbarijiet 03 03 aħbarijiet 03 03 IL-ĦADD 23 TA' LULJU 2023 • illum aħbarijiet IL-ĦADD 19 TA' NOVEMBRU 2023 • illum Tkompli minn paġna 1 Fir-rapport li kien għamel mal-Pulizija, u li mbagħad kien ikkonferma taħt ġurament fil- Qorti, Vella kien ta rakkont tal- inċident. "Jiena tfajt il-kaxxa u kien hawn li kien ġie 'rakant għalija u beda jnejjeb għalija. F'daqqa waħda rajtu quddiemi, fejn ma 'ċċaqlaqtx imma bdejt ngħajjat lil missieri u kien hawn li ħatafli saqajja 'l-leminija, taħt l-irkoppa. Il-kelb imbagħad waqqagħni mal-art u dar għas- sieq ix-xellugija u kien hawn li jiena żidt fl-għajjat u l-kelb beda jifferoċja aktar u … qabad iqattagħni u kompla sakemm telaqni. Imbagħad ġiet sidu, mara, fejn qbadtha mill-flokk taċ-ċingi u it wara nara lil missieri u ntli minn sensija". Il-konvenuti Pantalleresco ma daħlu l-ebda risposta għall-kawża u lanqas ma kienu dehru l-Qorti. L-imħallef Abela qal li mill- provi fil-kuntest tal-inċident, il- Qorti kienet moralment konvinta li dak li ġara kien seħħ minħabba li l-konvenuta ħarġet lill-kelb mingħajr ċinga u sarima. "Li kienet toħroġ lil dan il-kelb mingħajr ċinga, jidher li kienet ħaġa abitwali anke jekk skont il- konvenut kien hemm ċinga wara l-bieb. Fil-fatt l-istess konvenut jixhed li kien xeba' jgħidilha sabiex il-kelb toħorġu biċ-ċinga. Jew jekk mhux biċ-ċinga bis- sarima milbusa sew." Il-Qorti saħqet li l-Kodiċi Ċivili jagħmilha mandatorja li kelb, anke meta ma jkunx temperamentali, għandu dejjem jinżamm fuq ċinga. "Imma anke kieku ma kienx hemm dan l-Avviż Legali, is-sens komun jiddetta li sid l-annimal għandu dejjem jara li dan ma jkunx ta' periklu għal ħaddieħor." Diversi sentenzi ċitati mill- Qorti saħqu li r-responsabbiltà ta' sid l-annimal li jweġġa' bniedem hija waħda assoluta. "L-uniku difiża li jista' jkollu huma l-forza maġġuri jew li ddanneġġjat ikun ġab is-sitwazzjoni b'idejh bħal meta jkun nibex lill-annimal jew prova jsawtu, li ma kienx il-każ hawnhekk." B'żieda ma' dan, qalet il- Qorti, hemm il-fatt li s-Sinjura Pantelleresco mhux biss baqgħet ma dehritx għall-kawża, iżda lanqas m'offriet li tixhed sabiex tipprova tirribatti l-verżjoni ta' Vella. L-inċident kien wassal għal proċeduri kriminali kontra Frances u Marjan Pantelleresco, fejn dawn kienu nstabu ħatja u ġew ikkundannati għal ħmistax-il ġurnata priġunerija kull wieħed. Fid-deċiżjoni tiegħu fil-kawża għad-danni, l-Imħallef Abela qabel ma' din is-sentenza. Il-Qorti tal-Maġistrati kienet korrettement ikkonkludiet li Frances Pantellersco messha l-ewwel aċċertat li l-kelb kien fuq iċ-ċinga biex tevita li jaħarbilha. "Għalhekk fid-dawl ta' dan kollu, din il-Qorti lanqas tista' ma ssibx lill-konvenuta responsabbli għall-inċident. Il-konvenut Marjan Pantelleresco kien stqarr fil-Qorti li l-kelb huwa tiegħu, bl-Imħallef jinnota li "tant kien tiegħu li saħansitra jgħid li jekk joħduhulu jmur jaqbeż. "Huwa sostna li kien rieqed fil-ħin meta seħħ l-inċident u meta ommu kienet ippruvat tqajmu biex tgħidlu x'ġara, kien qalilha biex tħallih jorqod. "Jiġifieri anke wara li seħħ l-inċident ma tax kas għalkemm kien jaf x'ġara tant li qajmuh il- Pulizija," innutat il-Qorti. '… li kien xeba' jgħidilha sabiex il-kelb toħorġu biċ-ċinga. Jew jekk mhux biċ-ċinga bis-sarima milbusa sew.' Il-Pitbull Amerikan huwa fost l-iktar kelb aggressiv

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 19 November 2023