Illum previous editions

ILLUM 19 November 2023

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1511790

Contents of this Issue

Navigation

Page 3 of 15

04 intervista IL-ĦADD 19 TA' NOVEMBRU 2023 • illum Il-politika tal-partit kapitlu magħluq; il-kapitlu X'kien li tkompli taħdem f 'dan il- kamp? Jien anke fil-ħajja l-oħra tiegħi, meta ta' 16-il sena mxejt mill-ħajja kattolika għall- politika, kont diġà involuta f 'dan il-kamp. Għamilt din l-għażla b'għajnejja miuħa. Sadanittant għandi din il- 'mission statement' ta' ħajti li sakemm il-Mulej isellfni l-enerġija, m'għandix naħli ħajti. Mhux kulħadd jaħsibha bħali, imma jien din hija l-missjoni tiegħi. Ħafna jgħiduli kif ma rtirajtx? Jiena poeple-centred ħafna u t-tfal huma fil-qalba ta' dak kollu li nemmen fir-rigward tas-socjetà tagħna. Għalhekk dawn huma l-oqsma li jien dejjem ħdimt fihom. Minn ċkuniti, ta' 13-il sena kont niġbor ħafna tfal ġo Ħal Qormi. Meta dawk iż-żminijiet lanqas kienet għadha teżisti l-Konvenzjoni tal- Ġnus Magħquda tad-Drittijiet tat-Tfal – fejn il-parteċipazzjoni hija mnaqqxa fl-artiklu 12 tagħha – jien kont diġà bl- idea ta' parteċipazzjoni. Forsi għax kont tfal jien stess, u forsi anke għaliex ġejja minn sfond fejn missieri kellu fiduċja fil-kompetenza tagħna. Aħna niltaqgħu erba' bniet u tellagħna f 'fehma u fi spazju ta' fejn aħna għandha nikkontribwixxu. Missieri kien għalliem u kien jgħin lil tfal ġejjin minn familji żvantaġġati u kien jgħin f 'xogħol edukattiv bla ħlas. Id-dar tagħna kienet tkun dejjem mimlija bit-tfal. Il-bniedem huwa prodott dejjem ta' dak li jara, prodott tal-mudelli li jkollu f 'ħajtu. Tista' tgħid liema xogħlijiet/inizjattivi inti l-iktar kburija bihom tul il-ħidma tiegħek fil-kamp tal-NGOs? Dak kollu li nagħmel nipprova nagħmlu b'ħafna mħabba jiġifieri diffiċli tagħżel, imma żgur fejn jidħlu tfal u żgħażagħ, speċjalment dawk li huma ġejjin minn ambjent ta' inugwaljanza u esklużjoni. Imma naħseb waħda mill-affarijiet li ngħid b'ċerta entużjażmu huwa l-manifest tat-tfal. Manifest li tnieda mit-tfal stess għall-pubbliku f 'Novembru 2021, propju fil-ġurnata Internazzjonali tad-Drittijiet tat-Tfal qabel l-Elezzjoni Ġenerali tal- 2022. Dan ma sarx minn xi ħadd li poġġa bilqiegħda u qagħad jiktbu imma dan huwa riżultat ta' proċessi ta' parteċipazzjoni li l-Malta Foundation for the Wellbeing of Society kienet ilha tagħmel fuq numru ta' snin. Fih hemm l-aspirazzjonijiet miġbura ta' wieħed minn kull ħamest itfal li jgħixu f 'dawn il-gżejjer li b'xi mod poġġew magħna u tkellimna magħhom u minnu ħarġu dawn l-aspirazzjonijiet u nġabru f 'manifest tat-tfal. Dan l-istess manifest huwa sostnut b'riċerka akkademika, għal kull 99 proposta li hemm f 'dan il-manifest hemm riċerka li ġiet imfittxija mill-Fakultà tas-Social Wellbeing tal-Università ta' Malta. M'għandniex biss parteċipazzjoni qawwija min-naħa tat-tfal iżda għandna wkoll is-sostenn akkademiku. Min jaħseb li t-tfal m'għandhomx perspettiva u jgħid 'u iva, dawn tfal' , dan il-manifest jikkontradixxi din il-perspettiva għax li qed jgħidu t-tfal huwa veru u sostnut minn riċerka akkademika li tgħid l-istess affarijiet. Ovvjament, għandha iktar proġetti. Wieħed riċenti fl-2021 huwa ċ-Ċentru għall-Mużika u l-Arti għal tfal b'diżabilità fiċ-Ċentru ta' Villa Bianca. Kull proġett li għandha l-Malta Trust Foundation fejn jittratta t-tfal huwa għal qalbi. e Emanuele Cancer Research Foundation Malta – tista' tagħtina spunt fuq x'inhu l-iskop ta' din il-fondazzjoni u x'inhu jsir bħalissa? Aktar u aktar għax hemm NGOs oħra jaħdmu f 'dan il- qasam? Isimha magħha, riċerka dwar il-kanċer. Din hija inizjattiva li ħadet il-Malta Trust Foundation f 'kollaborazzjoni mal- Università ta' Malta u l-fondazzjoni Taljana Fondazione Terzo Pilastro Internazionale. Din tagħti fondi għall-research grants, iżda mhux biss. Din il-fondazzjoni kienet katalista għal-laboratorji tal-Università fejn ipprovdiet €2.5 miljun f 'apparat biex ir-riċerkaturi jkollhom fejn jaħdmu u biex jaħdmu. Sal-lum investejna sa €1.2 miljun f 'research grants. Bħalissa l-Università ta' Malta bis-saħħa tal-ECRF hemm tliet proġett kbar ta' riċerka dwar il-kanċer. Hemm proġetti maħsuba anke ta' edukazzjoni fuq prevenzjoni u programm ta' edukazzjoni. ECRF hija membru u tikkollabora ma' organizzazzjonjiet fuq livell Ewropew pereżempju l-European Cancer Leagues u qiegħda f 'xi żewġ organizzazzjonijet oħra. Tapprezza li hemm kwistjonijiet bl- integrazzjoni tal-immigranti? X'għandu jsir iktar f 'dan il-qasam? Bla dubju ta' xejn. Inħarsu lejn l-immigrant bħala 'l-ieħor', jew kif ngħidu bl-Ingliż 'the other', imma l-integrazzjoni ma ssirx waħidha. Dan bħalma ġralhom il-Maltin meta emigraw l-Awstralja, ma marrux hemm u integraw mil-lum għal għada. Illum nistgħu ngħidu li dawn integraw. Mill-esperjenza li kelli fl-Awstralja hemm ħafna Maltin li issa għandhom tfal u tfal tat-tfal, li kienu jgħiduli li jinkwetaw għax dawn iħossuhom Awstraljani; jien kont ngħidilhom biex jieħdu gost la hekk xtaqu. Tifel li għadu jibda d-dinja u qed iħossu li hawnhekk mhux pajjiżu, mhux se jimxu 'l quddiem u jagħmel l-avvanzi li hemm bżonn. L-integrazzjoni ma ssirx waħidha u jrid ikollha pjan ta' azzjoni. L-integrazzjoni trid tkun maħsuba, u mhux overarching biss jew politika iżda jrid ikollha wkoll niċeċ partikolari. Aħna rridu nammettu li aħna soċjetà multikulturali bħal kumplament tad-dinja. Dan stat ta' fatt. Jekk se noqogħdu naħsbu li aħna differenti, m'aħniex inħarsu lejn ir-realtà. Jiġifieri l-integrazzjoni jrid ikollha pjan u rridu nimu xi tfisser il-kelma integrazzjoni. L-integrazzjoni hija li wieħed jirrispetta lill-ieħor u mhux tiddetta x'għandu jagħmel wieħed. Però rridu wkoll nirrispettaw il-liġi ta' pajjiż. Filwaqt li l-integrazzjoni tfisser li jien nirrispettak kif int, u int tirrispettani kif jien. Meta Elaine Camilleri tkellmet mal-President Emeritus Marie Louise Coleiro Preca dwar l-involviment tagħha fis-settur soċjali tas-soċjetà Maltija. Tul il-kariga tagħha, l-Eks President ta' Malta, Coleiro Preca tat sehemha fis-soċjetà Maltija speċjalment fid-dedikazzjoni tagħha li tgħin lil dawk iż- żgħażagħ vulnerabbli li jkunu qed jesperjenzaw xi diffikultajiet.

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 19 November 2023