Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1511790
aħbarijiet 05 IL-ĦADD 18 TA' ĠUNJU 2023 • illum aħbarijiet aħbarijiet IL-ĦADD 23 TA' LULJU 2023 • illum intervista IL-ĦADD 19 TA' NOVEMBRU 2023 • illum il-kapitlu tal-politika tan-nies għadu ħaj niġu fuq livell ta' pajjiż, int u jien irridu nirrispettaw il-liġijiet tal-pajjiż. Jekk m'aħniex se nedukaw u ninfurmaw fuq il-liġijiet tal-pajjiż u tradizzjonijiet, se jibqa' dawk il-vuċijiet li jinqdew bil- biża' biex ibeżżgħu u jniżżlu l-injoranza. Fl-aħħar mill-aħħar jekk int ma tkunx infurmat tkun qed taġixxi ta' persuna li għandha nuqqas ta' għarfien. Aħna nassumu li ċerti pajjiżi għandhom l-istess kultura, imma dan mhux minnu. Jekk inħarsu lejn Malta wkoll naraw differenzi bejn ċerti tradizzjonijiet, u anke jekk inħarsu lejn il-lingwa. Malta tħaddan 17-il djalett differenti. Id-djaletti mhux kultura wkoll? Dawn ġejjin mill- wirt tagħna. Ma nistgħux inħarsu lejn persuna u nassumu li ġej minn ċerta kultura. Għalhekk irridu pjan ta' azzjoni u niffukaw u nimu li hemm differenzi bejn il-pajjiżi. Aħna irridu nitgħallmu l-kultura tagħhom u nintervjenu kmieni sabiex ngħarrfuhom fuq x'tip ta' kultura nħaddnu aħna u huma jgħarrfuna fuq il-kultura tagħhom. Mhux kull kultura taħdem l-istess. Għalhekk hemm bżonn li jkun hemm għarfien sabiex ma jitbegħdux mis- soċjetà. L-għarfien għandu jasal fuq livelli, u anke fl-iskejjel. It-tfal lili jimpressjonawni. Is-sajf li għadda l-Malta Foundation for the Wellbeing of Society għamlet proċess mat-tfal ta' età bikrija dwar differenzi u skoprejna li t-tfal ma jarawx differenza. Iżda, meta jibdew jitfarfru naturalment jibdew jisimgħu il-fehmiet tal-kbar u nibdew ninfluwenzawhom. Irridu nkomplu naħdmu fuqha ħalli kemm jista' jkun intaffuha u tingħata l-edukazzjoni, anke lill-ġenituri. Ma nistgħux ngħoddsu rasna fir-ramel għax imkien fid-dinja mhu ħa ssib kultura waħda. Jien dort ħafna pajjiżi u dejjem sibt il-Maltin. Mela bħalma aħna nistgħu mmorru pajjiż ieħor, ħaddieħor jista' wkoll. Għandek ħafna immigranti li qed jaħarbu l-gwerer u l-persekuzzjoni bħal pereżempju xi ħadd omosesswali għax il-kultura ta' dak il-pajjiż ma taċċettax individwi bħala parti mill-komunità. Allura dawn għandhom jitħallew hemm biex jiġu ttorturati? Il-Maltin huma preokkupati bil- barranin, u l-politiċi għandhom double standards meta jitkellmu fuq il-barranin f 'pajjiżna. X'tikkummenta? Jien inħares 'il bogħod minn hekk. L-iktar importanti hu li jrid ikollna pjan li nafu x'se jkollna bżonn. Aħna nafu li kieku kellhom jitilqu l-barranin issa minn pajjiżna nistgħu nagħlqu l-isptarijiet tagħna, id-djar tal-anzjani u tad-diżabilità, l-industrija tal-ospitalità u tal-kostruzzjoni u anke l-iscammel li jiġi jiġbrilna ż-żibel. Dawn huma it oqsma li fihom ħafna ħaddiema barranin. Qabel kollox irridu pjan, x'inhi l-istrateġija ta' dan il-pajjiż u kif nistgħu nimxu 'l quddiem. Imbagħad, la darba jkollna pjan irridu nerġgħu nistaqsu u nidħlu fis-setturi li għandna bżonn sabiex inkunu nafu x'hemm bżonn. Għandna spazji fl-iskejjel biex nakkomodaw lil dawk it-tfal tal-ħaddiema barranin? San Pawl il-Baħar kellu l-ikbar skola, inbniet oħra fil-Qawra sabiex jinqasam il-piż. Illum tal-Qawra hija l-ikbar skola. Għandu jkun hemm pjan li jħares b'mod ħolistiku lejn il-bżonnijiet tal-pajjiż u dwar l-ippjanar, jekk se nikbru, u b'liema mod se nikbru. Xogħol tal-prekarjat qatt m'għandu jkun. Dawk li se jiġu jaħdmu hawn għandhom jitħallsu bħalna għaliex kulħadd għandu l-istess drittijiet quddiem id-Dikjarazzjoni tal-Ġnus Magħquda għad-Drittijiet tal-Bniedem. Dawn huma nies li qed jikkontribwixxu b'mod soċjo-ekonomiku għas-soċjetà tagħna u għandna napprezzawhom. Fl-opinjoni tiegħek, x'inhuma l-isfidi li tara fis-soċjetà tal-lum u liema hija l-iktar sitwazzjoni soċjali li hemm bżonn tiġi indirizzata fis-soċjetà Maltija? Dan l-aħħar kien hemm żewġ statistiċi li inkwetawni. Wieħed juri li aħna ġejna kklassifikati bħala l-iktar pajjiż irrabjat fl- Ewropa. U t-tieni statistika turi li 70% taż- żgħażagħ Maltin iridu jitilqu minn Malta. X'inhi r-raġuni? Hemm min ikun irid jitlaq biex iġib l-esperjenza mbagħad jerġa' lura Malta, imma dawn is-70% lanqas jikkontemplaw jerġgħu jiġu 'l hawn. Jien nemmen li rridu nindagaw għalfejn u x'inhuma r-raġunijiet. Jekk huma raġunijiet li se jagħtuhom iktar sens f 'ħajjithom, tajjeb, imma fir- riċerka rriżulta li jridu jitilqu għax Malta għejjiethom. Għejjiethom fiex? Hemm bżonn iktar indaġni biex nimu l-għaliex. La darba jitilqu ż-żgħażagħ, bir- raġuni iktar li nġibu ħaddiema barranin għax Malta tispiċċa biss bil-ġenerazzjoni l-kbira. Dan huwa ċiklu. U dawn it-temi jinkwetawni. Hija wġigħ ta' qalb mhux għall-familja imma anke għall-pajjiż stess. Il-pajjiż qiegħed jinvesti fl-edukazzjoni biex ikollna professjonisti, imbagħad dan l-investiment li għamel il-pajjiż ma nieħdu xejn minnu għaliex it-tfal marru xi mkien ieħor. It-tieni statistika hija li aħna rrabjati. Għaliex aħna rrabjati? Dik hi l-mistoqsija, għax jien meta niltaqa' man-nies dejjem jgħiduli kemm ħadu gost Malta. Mat- tema tar-rabja se norbot dawn it-tfal li jingħaqdu fi gruppi u jiġġieldu u jkunu vjolenti. X'qed jurina dan il-fatt? Konna għamilna proċess ta' parteċipizzjoni għat-tfal fis-sajf 2021 ta' età bikrija u rajna li dawn jinkwetaw fuq il-familja u fuq il-gwerer. Dak iż-żmien kienet għadha friska l-invażjoni fl-Ukrajna u l-pandemija. Dawn it-tfal kellhom ansjetà u kienu mbeżżgħin u inkwetati fuq l-annimali tagħhom, fuq l-imwiet. Dan għax sfortunatament kien hemm min esperjenzaha fil-pandemija. It-tfal tagħna, bejn it-3 u s-6 snin, diġà jinkwetaw, diġà hemm ċertu stress. Dawn il-fatturi ta' stress, ansjetà u inkwiet qegħdin jesperjenzawha tfal ta' skejjel primarji u sekondarji wkoll li mbagħad jesprimuha fl-imġiba tagħhom. Din taraha anke fl-adulti mhux biss tfal. Il-kwistjoni tar-rabja mhi feliċi xejn u hawnhekk għandna sitwazzjonijiet soċjali li rridu narawhom. Fuq nota personali, taħseb li xi darba tirritorna għall-ħajja politika anke fi rwol differenti? Jien kuljum nagħmel politika, imma politika tan-nies għan-nies. Għall-politika tal-partit le, dak issa kapitlu magħluq. Nieħu gost li hemm ħafna żgħażagħ fuq spettru politiku li għandhom ħafna validità u anke biex imexxu pajjiż. Konvinta li jien posti huwa fejn jien qiegħda bħalissa, fis- settur soċjali ngħin lil dawk żvantaġġjati. Ninsab għal qalbi. Coleiro Preca tkellmet fuq il-ħidma soċjali tagħha u l-kontribut li għadha tagħti sal-lum il- ġurnata (Ritratt: James Bianchi/Mediatoday)