Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1511790
14 aħbarijiet IL-ĦADD 19 TA' NOVEMBRU 2023 • illum Għal darb'oħra Palumbo Shipyards, isem magħruf fl- industrija marittima, qed testendi stedina mill-qalb lill-pubbliku għal esperjenza mill-isbaħ, l-Open Day nhar il-Ħadd, 26 ta' Novembru, mill-10:00 am sal-5:00 pm. Skopri l-eċċellenza marittima Ingħaqad magħna għal ċans esklussiv li tidħol fit-Tarzna ta' Palumbo u tidħol fid-dinja marittima. Kemm jekk int affaxxinat bil-bini tal-vapuri, u kemm jekk int interessat fl-istorja marittima jew qed tfittex ġurnata ta' tgawdija mal-familja, dan huwa ċ-ċans li m'għandekx titlef. Wieħed jista' wkoll jitkellem ma' ħaddiema esperjenzati u anke jesperjenza l-ħajja marittima – bl-attivitajiet kollha se tkun qed tappoġġja l-ekonomija l-blu u l-inizjattivi marittimi ħodor. Magħrufa għall-eċċellenza tagħha fis-servizzi ta' tiswija u manutenzjoni tal-vapuri, Palumbo Shipyards tiaħar b'wirt marbut sew mal-istorja marittima ta' Malta. Dan hekk kif it-tarzna kellha rwol ċentrali fit-tkabbir u l-iżvilupp tal- industrija. L-aqwa ħaġa hi li d-dħul huwa kompletament b'xejn! Attività għall-familja kollha Din hi attività mmirata għall- familja kollha mimlija avventura u divertiment; minn wirja tal-Ferrari għal attrazzjonijiet tat-tfal.Wieħed jista' jgawdi minn żjarat edukattivi fit-tarzna li jinkludu żoni speċjali mhux aċċessibbli fil-jiem regolari. Se jkun hemm ukoll l-aqwa artisti lokali li se jpaxxu l-widna b'mużika mill-isbaħ matul il-ġurnata kollha. Palumbo Shipyards Open Day tmur lil hinn mill-ħidma normali li ssir ta' kuljum fit-tarzna. Dan hekk kif f 'din l-okkażjoni, il-pubbliku għandu ċ-ċans, fost affarijiet oħra, isegwi dak kollu li għandu x'jaqsam mas-servizzi marittimi, ngħidu aħna d-dedikazzjoni involuta fil- bini, it-tiswija u l-manutenzjoni tal-vapuri, u aktar opportunitajiet ta' darba. Punti speċjali • Vetturi lussużi: Wirja ta' vetturi differenti tal-Ferrari; • Logħob tat-Tfal: Żona esklussiva għat-tfal b'ferrovija ddur madwar it- tarzna, JetSki Acrobatics, kompluta b'ikel kumplimentari u ħafna aktar; • Artisti Lokali: Mużika lokali għal udjenzi ta' kull età b'artisti Maltin magħrufa bħal Ivan Grech, Kantera, Freddy Portelli, Joe Demicoli, Claudia u Fabrizio Faniello, Kevin Paul u Kurt Calleja, u d-Dulli u Veronica; • Tours Informattivi: Esplora workshops, żjarat fil-baċiri, u żoni oħra li normalment ikunu ristretti; • Laboratorji Sostenibbli: Sir af aktar dwar il-ħidma ta' Palumbo u dwar kif hi kommessa li tkun kompletament sostenibbli sas-sena 2030, il-pjanti solari li għandha, il- prattiċi tar-riċiklaġġ, u li titgħallem mingħand it-timijiet tagħna dwar l-aħjar prattiċi biex tikkontribwixxi għal ambjent aħjar. "Ingħaqad magħna fis-26 ta' Novembru għal tour esklussiv tal-aqwa faċilitajiet tagħna. Ara b'għajnejk x'tinvolvi l-ħidma biex jissewwew bastimenti kbar li jbaħħru l-ibħra!" Titlifx iċ-ċans li tkun parti minn dan l-avveniment marittimu straordinarju. Għal aktar informazzjoni, żur il-paġna uffiċjali ta' Palumbo Shipyards fuq https://www.facebook.com/ palumboshipyardsofficial. Dettalji tal-Avveniment • Data: Il-Ħadd, 26 ta' Novembru, 2023 • Ħin: 10:00 am sal-5:00 pm • Post: Palumbo Shipyards, e Docks – Triq Għajn Dwieli, Raħal Ġdid SPIŻERIJI MIFTUĦIN ILLUM TEMP GĦADA TEMP ILLUM Chemimart, Ħamrun Regent Pharmacy, Valletta Anici Pharmacy, Ħal Qormi Collis William St Mark's Mackies, Birkirkata Lourdes Pharmacy, San Gwann Penny Lane, Swieqi Chemimart, Tas-Sliema St Michael, Lija Rotunda Pharmacy, Mosta Remedies, Il-Mellieħa Santa Lucia, Santa Lucija Pillhouse Pharmacy, Fgura Mediatrix Plus Pharmacy, Żabbar Martin's Pharmacy, Birżebbuġa Qrendi Pharmacy, Qrendi Remedies, Mqabba White's Pharmacy, Mtarfa Fontana Pharmacy, Fontana, Għawdex Nadur Pharmacy, Nadur, Għawdex Arport Phamacy, Luqa L-OGĦLA: 29˚Ċ L-INQAS: 20˚Ċ Temp Sabiħ Viżibilità Tajba Riħ Varjabbli forza 2 għal 3 Baħar Ħafif Imbatt Ftit li xejn li jsir baxx mill- Grigal L-OGĦLA: 30˚Ċ L-INQAS: 21˚Ċ Temp Ftit imsaħħab Viżibilità Tajba Riħ Majjistral forza 2 għal 3 li jsir varjabbli mal-lejl Baħar Ħafif Imbatt Ftit li xejn 02 aħbarijiet SPIŻERIJI MIFTUĦIN ILLUM www.gozochannel.com GOZO FERRIES Ħinijiet tat-tluq Malta u Għawdex 9.00 - 12.00 TEMP GĦADA TEMP ILLUM Collis Williams Pharmacy, Valletta Vivien Pharmacy, Marsa Tal-Ħlas Pharmacy, Qormi Remedies Pharmacy, Birkirkara St. Anthony Pharmacy, Pietà Balluta Pharmacy, San Ġiljan Harley Pharmacy, Sliema Brown's St. Mary Pharmacy, Attard St. Albert Pharmacy, Għargħur Smiths PAMA Pharmacy, Mosta St. Simon Pharmacy, Buġibba Distinction Pharmacy, Paola Victory Pharmacy, Isla May Day Pharmacy, Żabbar Green Cross Pharmacy, Żejtun Central Pharmacy, Luqa Spiżerija Ħal-Mula, Żebbuġ Spiżerija Carmen, Dingli Abela's Pharmacy, Victoria, Gozo Lauretana Pharmacy, Għajnsielem, Gozo Airport Pharmacy, MIA, Luqa Departure Mgarr, Gozo Departure Cirkewwa, Malta L-OGĦLA: 38˚Ċ L-INQAS: 26˚Ċ Temp Sabiħ Viżibilità Tajba Riħ Majjistral forza 3 għal 4 lokalment forza 4 għal 5 li jsir forza 5 lokalment forza 6 Baħar Ħafif li jsir moderat L-OGĦLA: 40˚Ċ L-INQAS: 27˚Ċ Temp Sabiħ Viżibilità Tajba Riħ Lbiċ forza 2 għal 3 lokalment forza 3 għal 4 li jsir Nofsinhar ix-Xlokk. Baħar Ħafif 40 jingħataw proġett 40 organizzazzjoni investiment maħruġa SPIŻERIJI MIFTUĦIN ILLUM GOZO FERRIES MĠARR ĊIRKEWWA Stedina esklussiva fit-tarzna ta' Palumbo Nindirizzaw il-bullying fuq il-post tax-xogħol: Il-kampanja ta' sensibilità ta' bBrave matul il-ġimgħa kontra l-bullying 2023 bBrave, NGO pijuniera f 'Malta kontra l-bullying, tiżvela l-Kampanja ta' Għarfien innovattiva tagħha dwar il-Bullying u l-Ostraċiżmu fuq il-Post tax Xogħol. Mibnija fuq l-Istudju ta' Riċerka komprensiv tagħha tal-2023 dwar il-Bullying u l-Ostraċiżmu fuq il-Post tax-Xogħol f 'Malta, din il-kampanja għandha l-għan li tqajjem kuxjenza dwar il-bullying fuq il-post tax-xogħol u tenfasizza l-ħtieġa li l-kwistjoni tiġi indirizzata direttament. Għan ewlieni ieħor tal-kampanja huwa li jiġi evitat li jidħlu miti u sterjotipi madwar il-kwistjoni tal-bullying fin-narrattiva. bBrave għandha l-missjoni li tqanqal l-għarfien, tipprovdi informazzjoni lill- pubbliku u tippromovi mekkaniżmi ta' appoġġ għal dawk milquta. Mhijiex sempliċement kwistjoni ta' li tiġi identifikata l-problema: hija kwistjoni ta' għoti tas-setgħa lill-individwi biex iwettqu bidla. Fuq il-bażi tal-istudju tagħha tal-2023, bBrave fformat sett ta' għodod li jinkludi mudell ta' politika dwar il-bullying u l-ostraċiżmu fuq il-post tax-xogħol. bBrave użat ukoll is-sejbiet tal-istudju biex organizzat sessjonijiet ta' ħidma dwar is-suġġett. bBrave tixtieq tistieden lill-pubbliku biex jgħin billi jxerred il-kelma.