Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1511790
10 aħbarijiet IL-ĦADD 19 TA' NOVEMBRU 2023 • illum aħbarijiet "Is-siġar fil-Pjazza tal-Mosta messhom ġew inkorporati fil-proġett mill-ewwel" L-Eks Ministri Michael Falzon u Evarist Bartolo, flimkien ma' Mario Thomas Vassallo, qasmu l-ħsibijiet tagħhom wara l-avvenimenti li seħħu iktar kmieni din il-ġimgħa fuq is-siġar tal-Ficus fil-Mosta LUIGI SGHENDO It-Tnejn beda l-proċess tal-qlugħ tas-siġar fil-Mosta mill-Kunsill Lokali tal-Mosta fimkien mal-approvazzjoni tal-Awtorità tal-Ambjent u r-Riżorsi (ERA). Din id-deċiżjoni qanqlet ħafna rabja u frustrazzjoni fost bosta Mostin u attivisti. Ilkoll flimkien iltaqgħu quddiem ir-Rotunda fi protesta sabiex jitwaqqaf ix-xogħol milli jkomplu jqaċċtu s-siġar u jħawluhom fl- inħawi ta' Santa Margerita sabiex minflokhom jitħawwel siġar differenti. L-ERA sostniet li l-permess inħareġ f 'perjodu adattat għall-qlugħ u t-trapjant tas- siġar tal-Ficus u li permezz tiegħu jippermetti li s-siġra tiġi akklimatizzata, u l-għasafar li jistkennu fihom huma versatili biex isibu siġar oħra ta' kenn. L-ERA kienet sostniet li ċertu "siġar urbani huma meħtieġa li jitneħħew biex jiġu implimentati proġetti ta' riġenerazzjoni urbana, tiġi indirizzata l-ħsara kkawżata mill-għeruq ta' xi speċi ta' siġar u jippermettu l-użu ta' spazji pubbliċi miuħa b'mod aktar prattiku." Wara bosta protesti minn għaqdiet mhux governattivi biex jitwaqqaf ix xogħol, l-Erbgħa s-Sindku tal-Mosta Chris Grech ħabbar li s-siġar tal-Ficus li kienu maħsuba jkunu mħawlin fiż-żona ta' Santa Margerita, se jibqgħu fi Pjazza Rotunda. Grech fakkar kif il-proġett tal-Mosta tfassal għan-nies, u għalhekk ma kellu "ebda diffikultà" li flimkien mal-Kunsill tal-Mosta, tiġi kkunsidrata mill- ġdid id-deċiżjoni li jitmexxew is-siġar tal- Ficus. Luigi Sghendo tkellem ma' Mario omas Vassallo, Lettur tal-Public Policy, mal-Eks Membru tal-Partit Nazzjonalista Micheal Falzon u mal-Eks Ministru għall-Affarijiet Ewropej u Interni Evarist Bartolo; li qasmu l-kummenti tagħhom dwar id-diżgrazzja u r-reazzjoni tal-Maltin fuq il-qlugħ tas-siġar. Id-deċiżjoni li jinqalgħu dawn is-siġar turi li l-Partiti qegħdin jirreaġixxu biss wara azzjoni mill-persuni lokali. Xi jfisser dan? Mario omas Vassallo: Mhux il-partiti biss, il-problema hija r-regolatur tal-ambjent ukoll; l-Awtorità tal-Ambjent u r-Riżorsi (ERA). Il-partiti ma jiġġidukawx kollox, kif joħorġu approvals bħal dawn li siġra ta' 50 sena tinqala' biex minflok titwaħħal oħra ġdida ma tagħmilx sens. Anke s-sistema tagħha, din ma ttihiex daqqa ta' gaffa, imbagħad tmur tħawwilha xi mkien ieħor biex titħawwel siġra oħra. Micheal Falzon: Ir-relazzjoni bejn il-partiti poltiċi u x-xewqat tal-poplu mhux dejjem tkun waħda tajba. Hu għalhekk li l-poplu jiddeċiedi li jibdel il-Gvern f 'elezzjoni. Evarist Bartolo: Ifisser li dawk li dmirhom jippjanaw proġetti bħal dak tal-Pjazza tal- Mosta, mhumiex jippjanaw sew. Proposta 329 tal-Partit Laburista fil-manifest elettorali 2022 tgħid; "ir-residenti li jgħixu f 'żoni b'popolazzjoni densa jixirqilhom aħjar. Irridu nittrasformaw lokalitajiet mill-aktar urbanizzati fi green cities bil-ħolqien ta' spazji miuħa, pocket parks, green walls, roof gardens u żoni pedonali permanenti bil- possibbiltà ta' parkeġġi pubbliċi taħt l-art." Proposti 330 u 331 iwiegħdu inċentivi biex jitħaddru l-faċċati u l-bjut ta' djar privati u jsiru ġonna fuq is-soqfa ta' bjut ta' binjiet pubbliċi. Is-siġar fil-Pjazza tal-Mosta messhom ġew inkorporati fil-proġett mill-ewwel. X'differenza Singapore! Art ta' 700 kilomteru kwadru li fiha jgħixu it iktar minn 6 miljun ruħ. Għandha popolazzjoni densa ta' 8592 persuna kull kilomteru kwadru. Imma mhix ġungla urbana, minkejja li l-bini bela' 90% tal-foresti tagħha, 67% tal-għasafar indiġeni tagħha u 40% tal-annimali tagħha. Fl-1967 il-Gvern ta' Singapore, immexxi mill-Prim Ministru Lee Kuan Yew, ħa deċiżjoni li jħaddar il-gżira. Fis-sena 2002 fassal il-pjan biex itejjeb il-kwalità tal-arja u jħejji għall-bidla fil-klima, ikollu ilma nadif flimkien ma' art nadifa, u jinkorpora n-natura f 'kull żvilupp għas-saħħa pubblika. Fl-aħħar 14-il sena Singapore għamel ġonna pubbliċi rikreattivi, ġardini bil-ħxejjex għall-ikel fuq il-bjut ta' 100 bini pubbliku u bena ħafna ħitan mimlijin pjanti. Din il-ħdura kollha mal-gżira kollha għamlet lil Singapore mudell għad-dinja kollha għax taffiet is-sħana li tiġi minn ambjent urban u tejbet il-kwalità tal-arja għax is-siġar u l-pjanti jsaffu l-arja mit-tniġġis. Il-Partiti politiċi qed jitbiegħdu mix-xewqat tal-poplu? Mario omas Vassallo: Iimni, le, m'għandhiex tittieħed li din hija bogħod mill-poplu. Din kienet deċiżjoni unanima tal- Kunsill, u kontx noħodha u kienet deċiżjoni ħażina. Jien li ma naħfirx huwa meta jkun hemm intenzjoni ħażina bħal meta tisraq jew tikkorrompi. Imma żball kulħadd jieħdu. Iridu rashom fuq platt, aħna diġà nofs ras u ħa niġu bla ras. Micheal Falzon: Ma naħsibx li tista' tikkonsidra din il-kwistjoni bħala riżultat ta' relazzjoni ħażina bejn il-poplu tal-Mosta u l-partiti politiċi. Hija kwistjoni lokali deċiża mill-Kunsill Lokali. Evarist Bartolo: Bla dubju. Stħarriġ li sar mill-Ewrobarometru fl-2021 juri li l-Maltin iqisu l-ambjent u l-bidla fil-klima bħala l-kwistjonijiet l-iżjed importanti tal-futur. Iridu iżjed spazji miuħa u ħodor, iżjed ġonna pubbliċi, iżjed natura f 'pajjiżna. Għalfejn taħseb din id-deċiżjoni ta' rilokazzjoni tas-siġar ġabet magħha rabja kbira? Mario omas Vassallo: Għax is-siġar ifissru awtorità u li huma arroganti. Is-siġra saret tfisser dak kollu li huwa vittma ta' poter li ma tissostanzjax jew ma xxebba' qatt, u b'hekk il-bniedem jieħu gost jiddefendi dak li hu żgħir u bla saħħa. Micheal Falzon: Il-kwistjoni ma tistax tkun ikkonsidrata bħal waħda dwar is-siġar. Fil- fatt ix-xogħlijiet f 'dawk l-inħawi tal-Mosta ilhom sejrin ħafna u għalhekk hemm ħafna rabja fost il-Mostin. Naħseb il-kwistjoni tas- siġar kienet l-aħħar daqqa fuq il-musmar (bl- Ingliz: the straw that broke the camel's back) tal-garr li ilu sejjer fost in-nies tal-Mosta minħabba d-dewmien fil-proġett ta' madwar il-Knisja. Ir-rabja tal-Mostin żvugat fuq il- kwistjoni tas-siġar iżda r-rabja ilha ħafna tinġema'. Evarist Bartolo: Għax qed isir bil-maqlub ta' dak li jridu u għandhom bżonn in-nies. Il-popolazzjoni tagħna issa hija iżjed minn 535,064, mill-inqas 1,672 f 'kull kilometru kwadru, l-aktar densa fl-Unjoni Ewropea u fost l-iżjed densi fid-dinja. Il-pajjiż qed ikompli jinbena u t-toroq qed jimtlew b'iżjed karozzi u ġejjin iżjed nies. Dan kollu qed iġib tbatija soċjali, kulturali u fis-saħħa mentali tan-nies. Qed nilagħbu man-nar għax iżjed nies ifisser iżjed bini, iżjed pressjoni fuq is- servizzi pubbliċi u jekk naħsbu li nistgħu nkomplu nimtlew nies, karozzi u bini u ma noħolqux problemi serji jfisser li ma narawx sal-ponta ta' mneħirna. Mhux l-ewwel darba li ttieħdet deċiżjoni u wara protesta kien hemm reazzjoni ta' U-turn. X'tikkumenta għal din it-tip ta' tmexxija? Mario omas Vassallo: Din tal-U-turn timpressjonani u ma timpressjonanix. Dan aħna qegħdin ngħixu f 'demokrazija attiva u ma tivvutax darba kull ħames snin imma tivvota kull darba li toħroġ titkellem mingħajr biża'. U dak il-ħażin, meta n-nies jibżgħu u mhux meta jitkellmu. Ħadd m'għandu ċ-ċavetta ta' kollox u ta' kulħadd, ħadd m'għandu soluzzjoni għal kollox. Imma mbagħad mhux noqogħdu nakkużaw li rġajt lura u ngħajru li int ġifa. Jekk inhu sewwa, ċedi; u jekk mhux sewwa, ibqa' miexi. Micheal Falzon: Tmexxija li tkun lesta tagħmel U-turn minħabba r-reazzjoni negattiva taċ-ċittadini mhix ħaġa li tikkundannaha. Altrimenti jkollna dittatorjat li jiġi jaqa' u jqum mill-poplu. Madankollu ħafna u-turns spissi jistgħu jagħtu l-impressjoni ta' amministrazzjoni debboli. Il-problema ta' min jiggverna hi li ma jridx jinqabad f 'waħda minn dawn iż- żewġ estremi. Evarist Bartolo: Ifisser li għandna tmexxija bla viżjoni u li kollox jgħaddi u pajjiżna jitmexxa bl-ispirtu pront, x'jiġina f 'rasna dak il-ħin bla ma naħsbu sew u fit-tul. Għandna bżonn naraw kif se ntejbu bis-serjetà l-kwalità tal-ħajja tagħna b'tip ta' żvilupp ekonomiku, soċjali, ambjentali u kulturali differenti minn dak li għamilna s'issa. Lee Kuan Yew biddel lil Singapore minn port żdingat għal wieħed mill-pajjiżi l-iżjed avvanzati fid-dinja għax mexxa b'mod onest u ħaseb għat-tul. Laħħaq l-aħjar nies fil- postijiet tat-tmexxija. Fassal u ħaddem regoli li jgħoddu l-istess għal kulħadd. Singapore kellha u għandha mexxejja lesti jieħdu deċiżjonijiet ibsin għall-ġid tal- poplu biex jevitaw uġigħ ikbar għall-poplu 'l quddiem u biex isir dak li għandu jsir biex itejbulhom ħajjithom. Dak li jwiegħdu jagħmluh. Għandna nies fil-politika u fin-negozju li joħolmu li Malta tista' ssir Singapore tal-Mediterran. Imma fl-istess ħin lesti jippermettu attitudni u mġiba ta' kollox jgħaddi, il-korruzzjoni, il-bażużliżmu u liġi għall-allat u oħra għal bhejjem. Jaħsbu li biżżejjed tibni ħafna torrijiet biex tiġi bħal Singapore. Michael Falzon, Evarist Bartolo u Mario Thomas Vassallo