Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1512114
14 films IL-ĦADD 26 TA' NOVEMBRU 2023 • illum Carmel Bonnici L-awtur Alistair Maclean fuq il-liżar ċinematografiku (2) SPIŻERIJI MIFTUĦIN ILLUM TEMP GĦADA TEMP ILLUM Chemimart, Ħamrun Regent Pharmacy, Valletta Anici Pharmacy, Ħal Qormi Collis William St Mark's Mackies, Birkirkata Lourdes Pharmacy, San Gwann Penny Lane, Swieqi Chemimart, Tas-Sliema St Michael, Lija Rotunda Pharmacy, Mosta Remedies, Il-Mellieħa Santa Lucia, Santa Lucija Pillhouse Pharmacy, Fgura Mediatrix Plus Pharmacy, Żabbar Martin's Pharmacy, Birżebbuġa Qrendi Pharmacy, Qrendi Remedies, Mqabba White's Pharmacy, Mtarfa Fontana Pharmacy, Fontana, Għawdex Nadur Pharmacy, Nadur, Għawdex Arport Phamacy, Luqa L-OGĦLA: 29˚Ċ L-INQAS: 20˚Ċ Temp Sabiħ Viżibilità Tajba Riħ Varjabbli forza 2 għal 3 Baħar Ħafif Imbatt Ftit li xejn li jsir baxx mill- Grigal L-OGĦLA: 30˚Ċ L-INQAS: 21˚Ċ Temp Ftit imsaħħab Viżibilità Tajba Riħ Majjistral forza 2 għal 3 li jsir varjabbli mal-lejl Baħar Ħafif Imbatt Ftit li xejn 02 aħbarijiet SPIŻERIJI MIFTUĦIN ILLUM www.gozochannel.com GOZO FERRIES Ħinijiet tat-tluq Malta u Għawdex 9.00 - 12.00 TEMP GĦADA TEMP ILLUM Collis Williams Pharmacy, Valletta Vivien Pharmacy, Marsa Tal-Ħlas Pharmacy, Qormi Remedies Pharmacy, Birkirkara St. Anthony Pharmacy, Pietà Balluta Pharmacy, San Ġiljan Harley Pharmacy, Sliema Brown's St. Mary Pharmacy, Attard St. Albert Pharmacy, Għargħur Smiths PAMA Pharmacy, Mosta St. Simon Pharmacy, Buġibba Distinction Pharmacy, Paola Victory Pharmacy, Isla May Day Pharmacy, Żabbar Green Cross Pharmacy, Żejtun Central Pharmacy, Luqa Spiżerija Ħal-Mula, Żebbuġ Spiżerija Carmen, Dingli Abela's Pharmacy, Victoria, Gozo Lauretana Pharmacy, Għajnsielem, Gozo Airport Pharmacy, MIA, Luqa Departure Mgarr, Gozo Departure Cirkewwa, Malta L-OGĦLA: 38˚Ċ L-INQAS: 26˚Ċ Temp Sabiħ Viżibilità Tajba Riħ Majjistral forza 3 għal 4 lokalment forza 4 għal 5 li jsir forza 5 lokalment forza 6 Baħar Ħafif li jsir moderat L-OGĦLA: 40˚Ċ L-INQAS: 27˚Ċ Temp Sabiħ Viżibilità Tajba Riħ Lbiċ forza 2 għal 3 lokalment forza 3 għal 4 li jsir Nofsinhar ix-Xlokk. Baħar Ħafif 40 jingħataw proġett 40 organizzazzjoni investiment maħruġa SPIŻERIJI MIFTUĦIN ILLUM GOZO FERRIES MĠARR ĊIRKEWWA Dan li ġej hu xi tagħrif qasir dwar l-aħjar produzzjonijiet mix-xogħlijiet ta' dan l-awtur. The Guns of Navarone – L-awtur Alistair MacLean ma setax ikollu debutt aħjar fuq il-liżar il-kbir daqs din il- produzzjoni mill-aktar avventuruża, mimlija azzjoni u eċitament kontinwu. Wieħed mill-klassiċi films tat-Tieni Gwerra Dinjija, b'kast imponenti u internazzjonali li jinkludu Gregory Peck, David Niven, Anthony Quinn, Gia Scala, il-Griega Irene Papas, Stanley Baker, Richard Harris, James Roberston Justice u l-Germaniż Albert Lieven. Il-film rebaħ Oscar għall-Effetti Speċjali Viżwali. Il- poplu wkoll irrikorra bi ħġaru u ħareġ mit-teatru verament sodisfatt. Żgur li l-esperjenzi li l-awtur akkwista fil-gwerra mal-flotta marittima fil-Baħar Mediterran u fl-inħawi tal-Greċja għenuh biex jikseb awtentiċità. Film maħruġ minn Columbia Pictures b'total ta' 157 minuta u dirett minn J. Lee Thompson. Il-profitt kien ta' aktar minn $20 miljun, somma kbira għal dak iż-żmien. Ice Station Zebra – Dirett minn John Sturges, b'total ta' 148 minuti. B'kast kollu maskili li jinkludu Rock Hudson, Ernest Borgnine, Patrick MacGoohan u Jim Brown, dan hu xogħol li jħallik tgiddem xufftejk fl-eqqel tal-Gwerra Bierda ġo sottomarin li jsalpa lejn it-Tramuntana bil-kaptan (Hudson) jistenna l-ordnijiet u li ma jafx li dalwaqt iseħħ inċident li se jqajjem gwerra kbira. MacGoohan, aġent Brittaniku, ippreparat li jonsob spija Russu li wkoll jinsab fis-sottomarin maħruġ mill-MGM. Where Eagles Dare – Produzzjoni spettakulari mill-aktar elaborata b'azzjoni kontinwa u b'żewġ protagonisti ta' kalibru – Richard Burton u Clint Eastwood. Dawn it-tnejn, wieħed Brittaniku u l-ieħor Amerikan, ikunu mqabbdin jeħilsu uffiċjal Amerikan maqbud f 'kastell fuq muntanja min-Nażisti. Jaħdmu wkoll Mary Ure, Michael Hordern, Patrick Wymark, Anton Diffring u s-sexy Ingrid Pitt. Dan il-film hu dirett minn Brian Hutton u maħruġ mill-MGM b'total ta' 158 minuta. The Satan Bug – Dirett minn John Sturges u jdum 114-il minuta. Xogħol ieħor kontinwament eċitanti dwar ġirja wara miġnun li seraq xi fliexken minn laboratorju tal-Gvern li fihom likwidu potenti ta' virus fatali. Puppet On a Chain – Ispirat b'xi mod mill-bestseller ta' Alistair MacLean. Dan hu attentat medjokri dwar traffiku internazzjonali tad-drogi. Dirett minn Geoffrey Reeve bil-ħin ta' 90 minuta, din il-produzzjoni tilħaq il-qofol tagħha b'ġirja sfrenata ta' "speedboats". Fear is the Key – Attentat ieħor mhux sodisfaċenti minn volum ta' MacLean dwar raġel (Barry Newman) li b'furja palpabbli jsus wara ħażna misruqa u biex jagħmel vendetta fuq min qatel lil martu u lit-tifel. Dirett minn Michael Tuchner, b'total ta' 103 minuti, din hi produzzjoni konfuża u mill-anqas sodisfaċenti. When Eight Bells Toll – Film ta' 94 minuta, dirett minn Etienne Perier, b'Anthony Hopkins bħala l-protagonist fi stil ta' James Bond. Il-ktieb hu bestseller ieħor dwar piraterija tad-deheb fl-ibħra. Hopkins mhux addattat bħala spija meta mqabbel ma' 007. Breakheart Pass – Dan hu Western kompetenti mimli azzjoni, ambjentat fil- maġġoranza tiegħu fuq ferrovija. Charles Bronson bħala aġent sigriet qed ifittex lil dawk li qed ibigħu l-ixkubetti u jitqabad kontra epidemija falza. Il-qofol ta' dan il-film dirett minn Tom Gries, b'total ta' 95 minuta, hu ġlieda inkredibbli bejn Bronson u Archie Moore, li qabel fir- realtà kien boxer rinomat. Force 10 From Navarone – Għal darb'oħra, l-esperjenza li akkwista fil- gwerra MacLean meta kien lejn il- Balkani, ispirawh biex jikteb sequel għas- suċċess kbir ta' The Guns of Navarone. Grupp ta' esperti mħarrġa jintbagħtu fuq missjoni biex jisplodu pont ta' importanza kbira għan-Nazi, b'wieħed minnhom ikun traditur. Minkejja kast imponenti – Harrison Ford, Edward Fox, Franco Nero (it-traditur), Barbara Bach, Carl Weathers u Richard Kiel, il-film dirett minn Guy Hamilton (direttur ta' diversi films ta' James Bond) b'total ta' 118-il minuta, fl-ebda ħin ma jista' jiġi kkumparat ma' The Guns of Navarone. Bear Island – Wieħed mill-aqwa rumanzi ta' Alistair MacLean jaħasra ġie trasformat ġo film medjokri, b'taħlita ta' intriċċi, qtil u deheb misruq, ġo xenarju ta' ksieħ u silġ. Għal darb'oħra, grupp ta' atturi rinomati, li jinkludu lil Donald Pleasance, Vanessa Redgrave, Christopher Lee, Barbara Parker, Lloyd Bridges u direttur kapaċi bħal Don Sharp, megħjuna minn fotografija eċċellenti, ma kinux biżżejjed biex isalvaw din il- produzzjoni ta' 118-il minuta minn xogħol ta' kafkaf. F'perjodu ta' kważi 20 sena, il-films addattati mill-volumi – ħafna minnhom bestsellers – tal-awtur Skoċċiż Alistair MacLean, taw gost u spettaklu lil dawk kollha li jħobbu produzzjonijiet imfawra b'intriċċi, avventuri eċitanti u, fuq kollox, azzjoni sfrenata. Xena minn Where Eagles Dare