Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1512575
14 films IL-ĦADD 3 TA' DIĊEMBRU 2023 • illum Carmel Bonnici Il-film mużikali: Porgy and Bess SPIŻERIJI MIFTUĦIN ILLUM TEMP GĦADA TEMP ILLUM Chemimart, Ħamrun Regent Pharmacy, Valletta Anici Pharmacy, Ħal Qormi Collis William St Mark's Mackies, Birkirkata Lourdes Pharmacy, San Gwann Penny Lane, Swieqi Chemimart, Tas-Sliema St Michael, Lija Rotunda Pharmacy, Mosta Remedies, Il-Mellieħa Santa Lucia, Santa Lucija Pillhouse Pharmacy, Fgura Mediatrix Plus Pharmacy, Żabbar Martin's Pharmacy, Birżebbuġa Qrendi Pharmacy, Qrendi Remedies, Mqabba White's Pharmacy, Mtarfa Fontana Pharmacy, Fontana, Għawdex Nadur Pharmacy, Nadur, Għawdex Arport Phamacy, Luqa L-OGĦLA: 29˚Ċ L-INQAS: 20˚Ċ Temp Sabiħ Viżibilità Tajba Riħ Varjabbli forza 2 għal 3 Baħar Ħafif Imbatt Ftit li xejn li jsir baxx mill- Grigal L-OGĦLA: 30˚Ċ L-INQAS: 21˚Ċ Temp Ftit imsaħħab Viżibilità Tajba Riħ Majjistral forza 2 għal 3 li jsir varjabbli mal-lejl Baħar Ħafif Imbatt Ftit li xejn 02 aħbarijiet SPIŻERIJI MIFTUĦIN ILLUM www.gozochannel.com GOZO FERRIES Ħinijiet tat-tluq Malta u Għawdex 9.00 - 12.00 TEMP GĦADA TEMP ILLUM Collis Williams Pharmacy, Valletta Vivien Pharmacy, Marsa Tal-Ħlas Pharmacy, Qormi Remedies Pharmacy, Birkirkara St. Anthony Pharmacy, Pietà Balluta Pharmacy, San Ġiljan Harley Pharmacy, Sliema Brown's St. Mary Pharmacy, Attard St. Albert Pharmacy, Għargħur Smiths PAMA Pharmacy, Mosta St. Simon Pharmacy, Buġibba Distinction Pharmacy, Paola Victory Pharmacy, Isla May Day Pharmacy, Żabbar Green Cross Pharmacy, Żejtun Central Pharmacy, Luqa Spiżerija Ħal-Mula, Żebbuġ Spiżerija Carmen, Dingli Abela's Pharmacy, Victoria, Gozo Lauretana Pharmacy, Għajnsielem, Gozo Airport Pharmacy, MIA, Luqa Departure Mgarr, Gozo Departure Cirkewwa, Malta L-OGĦLA: 38˚Ċ L-INQAS: 26˚Ċ Temp Sabiħ Viżibilità Tajba Riħ Majjistral forza 3 għal 4 lokalment forza 4 għal 5 li jsir forza 5 lokalment forza 6 Baħar Ħafif li jsir moderat L-OGĦLA: 40˚Ċ L-INQAS: 27˚Ċ Temp Sabiħ Viżibilità Tajba Riħ Lbiċ forza 2 għal 3 lokalment forza 3 għal 4 li jsir Nofsinhar ix-Xlokk. Baħar Ħafif 40 jingħataw proġett 40 organizzazzjoni investiment maħruġa SPIŻERIJI MIFTUĦIN ILLUM GOZO FERRIES MĠARR ĊIRKEWWA Porgy And Bess hija opera bl-Ingliż ikkomponuta fl-1934 minn George Gershwin, bil-libretto miktub minn De Bose Hayward u Ira Gershwin min- novella ta' Hayward stess, Porgy u wara mir-reċta tal-istess isem. Porgy And Bess saret għall-ewwel darba fuq il-palk f 'Boston, fl-10 ta' Settembru 1935 u fiha ħadmu grupp ta' kantanti Afrikani/ Amerikani mħarrġa klassikament. Naturalment, għal dak iż-żmien, dan kien riskju kbir ta' falliment. Wara li fil-bidu din sofriet minn nuqqas ta' popolarità mill-pubbliku minħabba t-temi razzjali li fiha, fl-1976 il-produzzjoni Houston Grand Opera taha popolarità ġdida tant li saret waħda mill-aktar xogħlijiet magħrufa u l-aktar li ġiet esebita. Fl-1926, Gershwin (wieħed mill-aktar kompożituri famużi, anki f 'Hollywood għall-kompożizzjonijiet mużikali), qara l-ktieb "Porgy" u ppropona li għandu jikkollabora mal-awtur Hayward fuq Porgy And Bess. Fl-1934, flimkien bdew ix-xogħol fuq dan il-proġett billi żaru l-post fejn twieled l-awtur, Charleston, South Carolina. Gershwin spjega għaliex sejjaħ lil Porgy And Bess opera folkloristika f 'artiklu fin-New York Times. Hu kiteb hekk: "Porgy And Bess hija ħrafa tal-folklor. Naturalment, in- nies tagħha jkantaw mużika folkloristika. Meta bdejt għall-ewwel naħdem fuq il- mużika ddeċidejt kontra l-użu ta' materjal folkloristiku oriġinali għax xtaqt li l-mużika tkun kollha konformi. Għalhekk, ktibt il-kanzunetti tal-folklor u dawk spiritwali tiegħu. Imma dawn xorta huma mużika tal-folklor u għaldaqstant billi huma forma ta' opera, Porgy And Bess issir opera folkloristika." Il-libretto jgħid l-istorja ta' Porgy, tallab tat-triqat b'diżabilità li jgħix fil-kwartieri foqra u maħmuġa ta' Charleston. Il-qofol qiegħed fuq l-attentat tiegħu biex jeħles lil Bess minn idejn Crown, il-maħbub vjolenti u possessiv tagħha u Sportin' Life li jġibilha d-drogi. Fejn in-novella u r-reċta ta' qabel kienu differenti, l-opra issa timxi wara kif miktuba għall-palk minn Gershwin u Hayward. Fis-sena wara l-mewt ta' Gershwin fl-1938, Porgy and Bess ġiet addattata għall-wirjiet fuq skala iżgħar u wara nħadmet f 'film fl-1959. Fuq dan ix-xogħol ċinematografiku se niġi għalih aktar 'il quddiem. Xi it mill-kanzunetti tal-opera bħal Summertime saru popolari u ġew irrekordjati ta' spiss. Lejn l-aħħar tas-seklu għoxrin u fil-bidu tat-tletinijiet, ix-xejra kienet li dak li jipproduċu jkun aktar fidil lejn dak li kiteb Gershwin fl-intenzjonijiet oriġinali tiegħu, għalkemm xorta baqgħu jsiru produzzjonijiet ta' skop limitat u ta' ħin inqas. Verżjoni kompluta tal-mużika ħarġet fl-1936 u minn dak iż-żmien ġiet irrekordjata diversi drabi. Kien fil-ħarifa tal-1933 meta George Gershwin u Hayward iffirmaw kuntratt mat-eater Guild biex jiktbu opera. Fis-sajf tal-1934 huma marru Folly Beach, South Carolina (gżira żgħira qrib Charleston) fejn Gershwin daħal sewwa fl- atmosfera tal-lokal u l-mużika tal-post. Hu beda jaħdem fuq il-mużika hemm stess u fi New York. Ira Gershwin kiteb il-liriċi ta' xi it mill-kanzunetti klassiċi ta' din l-opera fil-belt kapitali, l-aktar It Ain't Necessarily So. Ħafna mill-liriċi, inkluż Summertime, ġew miktuba minn Hayward stess li wkoll kiteb il-libretto. L-ewwel dehra oriġinali fuq Broadway saret fl-1935. L-ewwel verżjoni tal-opera ta' Gershwin ħadet 4 sigħat (inkluż żewġ intervalli) u saret privatament f 'verżjoni ta' kunċert f 'Carnegie Hall fil-ħarifa tal- 1935. Il-premiere dinji sar fil-Colonial eater f 'Boston nhar it-30 ta' Settembru 1935; naturalment dan kien eżerċizzju biex jaraw kif toħroġ qabel tiaħ fuq Broadway, New York, fit-Teatru Alvin fl-10 ta' Ottubru 1935. Waqt il-provi f 'Boston, Gershwin beda jnaqqas sewwa minnha u jirfina fejn hemm bżonn biex iqassar il- ħin u jqawwi l-azzjoni drammatika. Fuq Broadway saret 124 darba. Il-produzzjoni u d-direzzjoni kienu fdati f 'idejn Rouben Mamoulian li kien ukoll direttur famuż tal-films. Wara li saret fuq Broadway fis-26 ta' Jannar 1936, bdiet tintwera f 'Philadelphia u vvjaġġat sa Pittsburgh u Chicago qabel spiċċat f 'Washington D.C. nhar il-21 ta' Marzu 1936. Waqt li kienet issir fin- National eater ta' Washington D.C., Todd Duncan, il-kap jew kelliemi tal- atturi pprotesta biex l-udjenzi joqogħdu fejn iridu mhux bħal qabel, il-bojod u s-suwed separati. Id-diriġenti tat-teatru ċedew u din irriżultat l-ewwel wirja bl- udjenzi mħalltin flimkien. Fl-1942 f 'Jannar, Porgy And Bess reġgħet irxuxtat fuq Broadway fil-Majestic eater, din id-darba bi stil irranġat għall-mużika teatrali kif l-udjenzi kienu mdorrijin jisimgħu l-mużika ta' Gershwin, b'ħafna ħin inqas u bil-grupp tal-atturi mnaqqas sew. Din il-verżjoni damet disa' xhur tintwera b'suċċess wisq akbar minn dik oriġinali. Fl-Ewropa, il-premiere ta' dan ix-xogħol mużikali sar fir-Royal Danish eatre, f 'Copenhagen nhar is-27 ta' Marzu 1943. L-atturi kienu kollha bojod b'wiċċhom miżbugħ iswed fi żmien l-okkupazzjoni Nazista. Wara 22 wirja kollha ppakkjati bin-nies, in-Nazi waqqfuha. Produzzjonijiet oħra b'atturi bojod jew kważi kollha bojod fl-Ewropa saru fi Zurich fl-1945 u fl-1950 u Gothenburg u Stokkolma fl-1948. Wara li din l-opera reġgħet feġġet fl-1952, b'mużika miżjuda, ħafna minnha maqtugħa qabel u issa saret b'żewġ atti, waslet il-verżjoni ċinematografika tal-1959. Prodott b'mod estravaganti minn Samuel Goldwyn u b'makkakerija pproġettat fuq il-liżar 70mm mid-Direttur Otto Preminger, l-andament jieħu aktar minn sagħtejn u kwart mingħajr sekwenza waħda ta' azzjoni drammatika. Għalkemm kull xena hija mimlija b'eċitament, huma l-mużika u l-kuluri li l-aktar jiddominaw. Il-maġġoranza ta' dan il-film hija lokalizzata fil-bitħa kollha moviment tal-kerrejja fqar fejn jabitaw taħlita ta' karattri distinti. Naturalment, ħafna mill- kanzunetti jagħtu ħajja u vivaċità lil din il-produzzjoni. Il-kumplament tal-kast (kważi kollha suwed) ta' Porgy And Bess jinkludu Pearl Bailey, Leslie Scott, Diahann Carroll, Ruth Attaway u Joel Fluellen. Meta Porgy u Bess ikantaw, dan ma jkunx il-leħen ta' Sidney Poitier u lanqas Dorothy Dandridge, imma ta' Robert McPherin u Adele Addison. Il- film hu maħruġ minn Columbia Pictures b'total ta' 138 minuta. Hawn Malta qatt ma ntwera.