MediaToday Newspapers Latest Editions

ILLUM 10 December 2023

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1512910

Contents of this Issue

Navigation

Page 0 of 15

Nitkellmu ma' Charles Mangion www.illum.com.mt €1.25 IL-ĦADD 10 TA' DIĊEMBRU 2023 • NRU 895 PAĠNI 4 - 5 Ferment bil-mozzjoni kontra Rosianne b'diżgwid kbir mid-deputati Parlamentari Diskussjoni li l-Parlament Malti se jkollu fil-jiem li ġejjin b'rabta ma' abbozz ta' liġi li jemenda numru ta' liġijiet li jittrattaw reati ekonomiċi bħal ħasil ta' flus, servizzi u swieq finanzjarji, għandha l-għan ukoll li l-liġi Maltija tkun konformi ma' dikjarazzjonijiet ta' Qrati Ewropej. Ikkonferma dan il-Ministru tal- Ġustizzja Jonathan Attard meta preżenta għadd ta' pronunzjamenti ta' Qrati Ewropej fuq is-suġġett. Fl-istess ħin li tkun ittieħdet ukoll azzjoni fuq dikjarazzjonijiet tal-Qrati Maltin, inkluż dik kostituzzjonali, li lmentaw li jdejhom huma marbuta bil-liġi kif inhi llum. Fil-fatt, il-Qrati huma konsistenti, u kif inhi l-liġi llum, ordni ta' ffriżar ma tistax titneħħa jew tiġi limitata għal ammont speċifiku sakemm is- sentenza tiġi deċiża b'mod finali u konklussiv. PAĠNA 2 Jonathan Attard b'emendi biex liġijiet jiġu konformi ma' liġijiet Ewropej Jonathan Attard ħa jippreżenta għadd ta' pronunzjamenti ta' Qrati Ewropej fil-jiem li ġej Kien hemm ferment kbir dwar il-mozzjoni tal-Kap tal- Oppożizzjoni Bernard Grech kontra l-Eks Deputata Laburista Rosianne Cutajar u li llum hija deputata Indipendenti. Il-mozzjoni kienet titlob li l-flus li rċeviet Cutajar troddhom lura. Il-mozzjoni wasslet għal reazzjoni kbira minn dawk id-deputati Nazzjonalisti li jaħdmu mal-Gvern, hekk kif kien hemm dubji serji kemm minnhom ikunu preżenti l-ħin kollu fuq il-post tax-xogħol. Anzi hemm min jgħid li fil-każ ta' Deputat Parlamentari prominenti Nazzjonalista qatt u qatt ma rrapporta għax-xogħol. Bernard Grech ressaq il- mozzjoni minkejja li kien jaf li din il-mozzjoni setgħet tqajjem riperkussjonijiet kbar kontra xi deputati minn tiegħu. Iżda dan is-sigriet magħruf li ħafna minnhom ma jmorrux għax- xogħol jibqa' mistur mill-pubbliku. Dan il-fenomenu ta' deputati li ma jmorrux għax-xogħol jekk huma ingaġġati mal-Gvern mhux ristrett biss għad-deputati Nazzjonalisti iżda wkoll għal deputati Laburisti. Imma l-ikbar rabja ġejja minn David Agius, id-deputat Nazzjonalista li huwa wkoll kandidat għall-Parlament Ewropew. Canvassers ta' Agius qalulna li hu jimmaġina li din il-mozzjoni qed tiġi xprunata minn David Casa, id-deputat veteran tal-PN fil-Parlament Ewropew. Skont in- nies ta' Agius, Casa qed jarah bħala theddida u qed jibża' li din id-darba ma jitlax. Agius, li jaħdem mal-Freeport, rarament jiġi nnutat għax-xogħol. Hemm oħrajn li jaħdmu mal- Gvern bħal Robert Cutajar u Justin Schembri. Mhux magħruf jekk dawn ikunux assenti minn fuq il- post tax-xogħol tagħhom. Punt ieħor li qajmu d-deputati kien il-fatt li fil-passat, fi żmien id- deputati Kristy Debono u Clyde Puli, dejjem kien hemm tolleranza għall-fatt li ma kinux ikunu regolari fl-attendenza tagħhom fuq il-post tax-xogħol tagħhom. Imma s-sitwazzjoni reali fil- Partit Nazzjonalista ġiet deskritta perfettament minn backbencher li qal hekk: "Bernard m'għandux ix-xamma politika li għandu jkollu kap ta' partit. Aħna suppost qed inbiċċru lil Robert Abela. Abela mhux popolari, mhux karizmatiku, u n-nies ta' madwaru ma jħobbuhx. Imma aħna għandna kap li qiegħed hemm għax m'għandux fejn imur. Jiddependi fuq il-paga ta' kap biex jgħix. Jagħżel easy target bħal Rosianne, li diġà ġiet imwarrba minn Abela u hija past tense. U biex tgħaxxaqha, hi l-isbaħ mara fil-Parlament. Bernard m'għandux idea ta' politika. Imdawwar bil-boy scouts. Il-ħasra hi li se jibqa' kap u bih se mmorru għall-elezzjoni ġenerali u naqgħu għal so**na!" Aktar sfiduċja fil-politika skont sondaġġ tal-MaltaToday Sondaġġ ippubblikat illum fil-gazzetta oħt MaltaToday jindika bl-iktar mod ċar il-kriżi fil-politika Maltija b'41% tal-elettorat ma jafdaw l-ebda mexxej jew kap politiku. Il- messaġġ huwa ċar li l-Maltin u l-Għawdxin huma mdejqin bil-politiċi. Għalkemm l-iktar sfiduċja tidher fil-konfront tal-Kap tal-Oppożizzjoni Bernard Grech li jkompli jħambaq bin-narrattiva tiegħu dwar it- tħeddid ta' popolazzjoni li dejjem qed tikber. Min-naħa l-oħra, il-Prim Ministru Robert Abela, minkejja li qiegħed minn quddiem skont is-sondaġġ, għandu problema bil-voti Laburisti, b'mod speċjali fil-Punent u fin-Nofsinhar bil- Laburisti qed jgħidu li mhux ser jivvutaw. Dan jista' jkun li jirriżulta li l-partiti estremisti u dawk tal-Lemin jirbħu balla voti. In-numri jindikaw ukoll li dawk li huma ta' ċerta età għadhom bi ħġarhom mal-Labour iżda aktar ma tersaq lejn età żgħira, aktar hemm ċans li l-PN ikun viċin il-Labour bħala appoġġ. Dawn is-sondaġġi huma barometru tal- opinjoni pubblika, u ħafna drabi jinfluwenzaw lill-politiċi fid-deċiżjonijiet tagħhom. Is- sondaġġ tal-MaltaToday ilu aktar minn 20 sena jipprovdi numri ta' x'qed jaħsbu n-nies dwar temi differenti. Il-mozzjoni biex Rosianne Cutajar treġġa' l-flus jista' jkollha riperkussjonijiet fuq id-deputati tal-PN: David Agius, Justin Schembri u Robert Cutajar

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of MediaToday Newspapers Latest Editions - ILLUM 10 December 2023