Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1512910
14 films IL-ĦADD 10 TA' DIĊEMBRU 2023 • illum Carmel Bonnici Il-"Blaxploitation" Cinema" (L-Ewwel Parti) SPIŻERIJI MIFTUĦIN ILLUM TEMP GĦADA TEMP ILLUM Chemimart, Ħamrun Regent Pharmacy, Valletta Anici Pharmacy, Ħal Qormi Collis William St Mark's Mackies, Birkirkata Lourdes Pharmacy, San Gwann Penny Lane, Swieqi Chemimart, Tas-Sliema St Michael, Lija Rotunda Pharmacy, Mosta Remedies, Il-Mellieħa Santa Lucia, Santa Lucija Pillhouse Pharmacy, Fgura Mediatrix Plus Pharmacy, Żabbar Martin's Pharmacy, Birżebbuġa Qrendi Pharmacy, Qrendi Remedies, Mqabba White's Pharmacy, Mtarfa Fontana Pharmacy, Fontana, Għawdex Nadur Pharmacy, Nadur, Għawdex Arport Phamacy, Luqa L-OGĦLA: 29˚Ċ L-INQAS: 20˚Ċ Temp Sabiħ Viżibilità Tajba Riħ Varjabbli forza 2 għal 3 Baħar Ħafif Imbatt Ftit li xejn li jsir baxx mill- Grigal L-OGĦLA: 30˚Ċ L-INQAS: 21˚Ċ Temp Ftit imsaħħab Viżibilità Tajba Riħ Majjistral forza 2 għal 3 li jsir varjabbli mal-lejl Baħar Ħafif Imbatt Ftit li xejn 02 aħbarijiet SPIŻERIJI MIFTUĦIN ILLUM www.gozochannel.com GOZO FERRIES Ħinijiet tat-tluq Malta u Għawdex 9.00 - 12.00 TEMP GĦADA TEMP ILLUM Collis Williams Pharmacy, Valletta Vivien Pharmacy, Marsa Tal-Ħlas Pharmacy, Qormi Remedies Pharmacy, Birkirkara St. Anthony Pharmacy, Pietà Balluta Pharmacy, San Ġiljan Harley Pharmacy, Sliema Brown's St. Mary Pharmacy, Attard St. Albert Pharmacy, Għargħur Smiths PAMA Pharmacy, Mosta St. Simon Pharmacy, Buġibba Distinction Pharmacy, Paola Victory Pharmacy, Isla May Day Pharmacy, Żabbar Green Cross Pharmacy, Żejtun Central Pharmacy, Luqa Spiżerija Ħal-Mula, Żebbuġ Spiżerija Carmen, Dingli Abela's Pharmacy, Victoria, Gozo Lauretana Pharmacy, Għajnsielem, Gozo Airport Pharmacy, MIA, Luqa Departure Mgarr, Gozo Departure Cirkewwa, Malta L-OGĦLA: 38˚Ċ L-INQAS: 26˚Ċ Temp Sabiħ Viżibilità Tajba Riħ Majjistral forza 3 għal 4 lokalment forza 4 għal 5 li jsir forza 5 lokalment forza 6 Baħar Ħafif li jsir moderat L-OGĦLA: 40˚Ċ L-INQAS: 27˚Ċ Temp Sabiħ Viżibilità Tajba Riħ Lbiċ forza 2 għal 3 lokalment forza 3 għal 4 li jsir Nofsinhar ix-Xlokk. Baħar Ħafif 40 jingħataw proġett 40 organizzazzjoni investiment maħruġa SPIŻERIJI MIFTUĦIN ILLUM GOZO FERRIES MĠARR ĊIRKEWWA Fil-bidu tas-snin sebgħin inħoloq ġeneru ġdid ta' films li kellu suċċess kbir fl-Istati Uniti u anki madwar id-dinja. Infatti, nistgħu ngħidu li dan kien sottoġeneru ta' films ta' azzjoni b'atturi Amerikani/ Afrikani (suwed) u intenzjonat għal udjenzi suwed, imma ġara li anki l-pubbliku ta' ġilda kulur ieħor, speċjalment il-bojod, irrikorrew għalih bi ħġarhom. Il-Kap tal-Los Angeles National Association għall-avvanz ta' nies suwed, Julius Griffith, li qabel kien pubbliċist tal-films, laqqam dawn ix- xogħlijiet "blaxploitation" – kelma magħmula minn żewġ kelmiet, "black" (iswed) u "exploitation" (sfruttar). Ħafna minn dawn il-produzzjonijiet kellhom mużika funk jew soul u l-maġġoranza l-kbira tal-atturi kienu suwed. Minkejja li dawn ix-xogħlijiet bdew jissejħu b'dan l-isem mill-1971 'l quddiem, fl-1970 ħarġu tliet films li jiffittjaw sewwa ma' dan is-sottoġeneru ġdid. Dawn kienu e Black Angels dwar gang ta' suwed isuqu l-muturi, film li mexa mal-moda ta' ruxxmata li ħarġu xi it snin qabel, fejn xi sewwieqa jkunu wkoll kriminali; ey Call Me Mr. Tibbs, bl-attur Sidney Poitier bħala ditektiv iswed li ma jittollerax ksuħat minn ħadd, u Cotton Comes To Harlem, dwar żewġ investigaturi ta' New York Police Department, naturalment suwed, li jfittxu xi flus moħbijin f 'qatet ta' qoton misruqa minn reverendu korrott. Dak li oriġina dan il-ġeneru kien id- Direttur Melvin Van Peebles bil-film tiegħu Sweet Sweetback's Badasssss Song, li wkoll ipproduċa. Kiteb u ħadem fih. Dawk li ġew wara kienu produzzjonijiet anqas serji, aktar divertenti, mimlija azzjoni u sikwit prodotti mill-istudjos il- kbar ta' Hollywood, jew mill-esperti, li jafu kif jisfruttaw, tal-kumpanija American International Pictures (A.I.P.). L-aktar films li għamlu suċċess kienu dawk bl-attur Richard Roundtree (li miet m'ilux) bħala Sha, Ron O'Neal bħala Superfly, Tamara Dobson bħala Cleopatra Jones u Jim Brown bħala Slaughter. Infatti Jim Brown (li wkoll miet it xhur ilu), li kien plejer famuż tal-American Football, kien diġà għamel isem qabel ġo xogħlijiet b'atturi bojod bħal Rio Conchos (1964), e Dirty Dozen (1967), Dark Of e Sun (1968) (U.K. e Mercenaries), e Split (1968), Ice Station Zebra (1968), Riot (1969), 100 Rifles (1969) u oħrajn. Atturi oħrajn li spikkaw kienu Fred Williamson u Pam Grier, verament ir-reġina ta' dawn il- films. Wieħed li pprovda ħafna mużika lil dan il-ġeneru kien Isaac Hayes, li kiteb it- tema ta' Sha, il-film li tassew beda kollox u għamel suċċess kbir. Il-"blaxploitation" kien jinkludi wkoll films tal-biża' fosthom Blacula (1972) (black Dracula) u s-sequel Scream Blacula Scream (1973) u Zoltan, Hound Of Dracula (1978), eċċ. u kien ukoll issatirizzat fil-film I'm Gonna Git You, Sucka tal-1988, miktub u dirett minn Keenan Ivory Wayans. Ħafna mill-atturi ta' dan il-ġeneru tas-snin sebgħin – il-perjodu veru tal-"blaxploitation" – reġgħu dehru flimkien f 'Original Gangsta (1996). Fis-snin disgħin wasal iċ-ċiklu ta' films dwar id-diffikultà li wieħed jgħix fil- qalba ta' bliet, ħafna drabi b'atturi tal-mużika rap, fosthom Ice-Tea u Tupac Shakur, li kienu jinkludu Boyz In e Hood (1991), New Jack City (1991) dirett minn Mario Van Peebles, it-tifel ta' Melvin Van Peebles, Juice (1992) u Menace II Society (1993). Dawn il- films ġew mgħoddija passata ġo Fear Of e Black Hat (1993) u Don't Be A Menace To South Central While Drinking Your Juice In e Hood (1996). F'nofs is-snin disgħin, is-suċċess ta' Waiting To Exhale (1995) dirett minn Forest Whitaker (ukoll attur) minn novella ta' Tony McMillan, ta lill-produtturi mira ġdida li jimmiraw għaliha n-nisa suwed. Id-drammi urbani tas-snin bikrin tad- disgħinijiet ġew wara mibdula minn nostalġija, romantiċiżmu u valuri tal-klassi medja f 'e Wood (1999) u e Best Man (1999). Kummiedji li jserrħu l-moħħ mill- klassi tal-ħaddiema rajniehom f 'Car Wash (1976), ambjentat f 'post fejn jaħslu l-karozzi u fit-tliet films Barbershop bl-attur Ice Cube li f 'dan il-perjodu kien l-aktar attur iswed popolari fl-Amerika u li l-films tiegħu dejjem marru tajjeb. Fl-2016 ħareġ Straight Outta Compton, produzzjoni superjuri li tirrakkonta l-qawmien tal-mużika rap. Min irid ikun jaf aktar fuq dawn il-kwalità ta' produzzjonijiet għandu jfittex il-ktieb ippubblikat fl-1995 at's Blaxploitation! Roots of the Badassss 'Tude ta' Darius James. Mix-xellug: Pam Grier, Jim Brown u Fred Williamson