MediaToday Newspapers Latest Editions

ILLUM 10 December 2023

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1512910

Contents of this Issue

Navigation

Page 3 of 15

04 intervista IL-ĦADD 10 TA' DIĊEMBRU 2023 • illum Kif bdejt fil-politika? U min kienu l-politiċi li xprunawk fil-bidu tal- karriera tiegħek? Fl-1975 kont diġà membru fil- grupp taż-żagħżagħ, u l-iktar ħaġa li laqtitni kienet il-konferenza tas- Sigurtà fl-Ewropa OSCE fejn fiha Mintoff kien żamm il-konferenza wieqfa biex jaċċettaw u jdaħħlu fil- final comunique tagħha l-prinċipju li ma jkunx hemm sigurtà fl-Ewropa jekk ma jkunx hemm sigurtà fil-Mediterran. Parteċipi f 'din il- konferenza kien hemm l-Amerika u r-Russja, iż-żewġ superpotenzi dakinhar. Kien Mintoff li daħħal il- prinċipju ta' sigurtà fil-Mediterran u min hemm evolva l-kunċett ta' newtralità ta' pajjiżna li sal-lum huwa mħares fil-kostituzzjoni. Dak kien avveniment internazzjonali, fejn Malta, minkejja ċ-ċokon tagħha, għamlet impatt kbir. Dal-mument laqatni politikament u xprunanani biex nikkometti ruħi għall-ħajja pubblika politika. L-Avukat Patrick Holland, kien influwenti ħafna wkoll u dak iż- żmien hu kien jirrekluta ż-żgħażagħ għall-parteċipazzjoni politika. Meta kont qed nistudja l-liġi, niakar kien ġie fuqi u saqsieni nitħajjarx nikkontesta għall-elezzjoni tal-1981. Ftit wara, l-istess Patrick Holland laqqagħni mal-Prim Ministru Mintoff u kien saqsieni 'Int taf għal xiex dieħel hux? U qalli fost pariri oħra li biex tirnexxi politikament "trid tkun ħabrieki u tippersisti' u li l-aktar deċiżjoni importanti fil-ħajja politka mhux meta tidħol fiha imma meta toħroġ minnha. Nemmen li ż-żewġ pariri huma validi ħafna. Kelli madwar 29 sena meta kkontestajt l-ewwel darba. L-interessanti kien li jien kont naħdem mal-Gvern dak iż-żmien u biex tikkontesta elezzjoni tkun trid tirriżenja. Il-perjodu 1980- 81 kien kruċjali għax fl-istess żmien iżżewwiġt, bdejt kampanja elettorali, irreżenjajt minn mal- Gvern u bdejt il-professjoni notarili. Kollox f 'daqqa waħda seħħ. Dak iż-żmien fid-distrett kellna nies kbar fil-partit bħal Danny Cremona, Cettina Darmenia, l-Ispiżjar Sciberras, John Buttigieg, u min-naħa tal-oppożizzjoni lil Guido de Marco. Fl-ewwel elezzjoni tal-1981 ma kontx tlajt imma kont ġibt numru ta' voti mhux ħażin. Imbagħad tlajt f 'tal-1987 u bqajt nitla' sal-aħħar elezzjoni sal-2013. Imbagħad kien wasal żmien fejn wara 37 sena fil-ħajja pubblika ddeċidejt li nagħti spazju lil ħaddieħor. Fl-1992 kont ġejt magħżul unanimament bħala deputy speaker min-naħa tal-Oppożizzjoni – proċess li għadu veljanti sal-lum. Iż-żmien li għamilt fil-kabinett ta' Alfred Sant kien karatterizzat minn tlajja' u inżul. U kien hemm ukoll l-episodju fejn kellek tirriżenja. X'tgħid fuq dan l-avveniment? Fl-1996 kellna rebħa konvinċenti ħafna. Imbagħad kien hemm diskussjoni sħiħa kif se tiġi emendata l-liġi tal-VAT li kienet wegħda elettorali ta' dik l-elezzjoni. Alfred Sant kien għamel il-proposta tiegħu, u kien inqala' xi it ta' diżgwit għax ovvjament id-dħul tal-finanzi tal-VAT tridu. Il-ligi li ssostitwiet il-VAT kienet ukoll taxxa għax dak id-dħul u kienet essenzjali għat- tmexxija. Taxxa tibqa' dejjem taxxa. Sejħilha li trid. Illum, inħares lura forsi konvint li l-VAT hija l-aktar taxxa effiċjenti fuq il-konsum. Kien ikun aħjar dakinhar li kieku mmodifikajna it dik it-taxxa tal- VAT milli tipprova tissostitwiha b'waħda kompletament ġdida. Il-każ partikolari tiegħi, fl-1996 kien jipprevedi problema politika kbira fuq it-traffikar tad-droga. Kien waqt il-perjodu tal-Milied, li bħala Ministru tal-Ġustizzja kienet ġietni t-talba ta' persuna li kien vittma tad-droga u kien baqagħlu it ġranet biex jiskonta s-sentenza li kellu għax xtaq iqatta' l-perjodu tal-Milied ma' wliedu. Dakinhar ma konniex naraw differenza bejn vittma ta' droga u traffikant tad- droga. Illum indunajna li hemm distinzjoni bejn dawn iż-żewġ sitwazzjonijiet. Jiena kont irrakkomandajt il- maħfra lill-President għax ma kienx hemm oġġezzjoni, lanqas mill-pulizija, imma kien hemm il- proċedura amministrattiva li qabel ma ssir tali rakkomandazzjoni trid tgħaddi mill-kabinett qabel ma tmur għall-President. Iżda din il-proċedura amministrattiva bi żvista ma saritx u ovvjament qamet diskussjoni. Meta nqalgħet din id- diskussjoni, effettivament iltqajt ma' Alfred Sant u għedtlu li ħa nħalli l-uffiċċju tiegħi biex inqabbad lil persuna idonea u jagħmel investigazzjoni fuq il-każ kollu u l-fatt li l-proċedura ntesiet. Kien ġie inkarigat Dr Edgar Mizzi, li għamel l-investigazzjoni profonda fi żmien qasir u kkonkluda li fil-proċedura tal-maħfra ma kienx ġie segwit amministrattivament, u l-aktar importanti fil-konklużjoni tiegħu kien ċert li ma kien hemm l-ebda dell ta' korruzzjoni. Fid-dawl ta' responsabbiltà politika, lil Prim Ministru kont offrejtlu r-riżenja tiegħi u ġiet aċċettata. Fl-opinjoni tiegħi l-aċċettazzjoni tal-offerta tar-riżenja kienet ġudizzju ħażin tal-Prim Ministru. Ftit wara ġiet imsejħa elezzjoni bikrija li kif kulħadd jaf intilfet. Esperjenza tali taffettwak xi it personalment, imma l-għada tar- riżenja kont diġà l-uffiċċju notarili tiegħi għaddej bix-xogħol. Li kien ta' inkoraġġiment kbir kien is- sapport li wrew il-klijenti li ġew l-għada jistennewni wara l-bieb biex nipprestalhom is-servizzi professjonali tiegħi. Ma jiddispjaċini xejn, pubblikament tatni ħafna kredibbiltà u rispett kbir mill- pubbliku. Fil-fatt tlajt fl-elezzjoni tal-1998 u l-elezzjonjiet ta' wara sakemm iddeċidejt fl-2017 biex ma nikkontestax aktar. Tagħlima li wieħed jista' jieħu hija li wieħed irid joqgħod attent fid-deċiżjonijiet li jrid jieħu, u xorta bqajt nemmen ħafna fir-responsabbiltà politika. X'kienu l-iktar kisbiet li inti kburi bihom meta kont Ministru tal- Ġustizzja? L-ewwel waħda hi li kont għamilt l-att dwar il-kondominju li llum se jerġa' jiġi rivedut wara kważi 23 sena. Illum il-ġurnata għandna rħula mibnijin flimkien bil-kumplessi kbar ta' kostruzzjoni. Hawn ngħid prosit lil Ministru Attard u l-Ministru Zrinzo li ħadu din id- deċiżjoni għaliex huwa importanti ħafna li qed jerġgħu jikkunsidrawha u naġġornaw maż-żminijiet. Kont waqqa ukoll iċ-Ċentru tal- Arbitraġġ illi sfortunatament ma kibirx kif xtaqt. Jien kelli x-xewqa li dan iċ-Ċentru eventwalment jiżviluppa f 'Ċentru ta' Arbitraġġ Internazzjonali. Però xorta qiegħed jintuża fejn in-nies tmur għall- arbitraġġ u d-deċiżjoni tittieħed malajr. Nemmen li hija tajba u ta' ġid lin-negozji f 'kull livell. Kont waqqa l-ewwel bord biex nagħtu l-waqfien tal-Qorti tal-Familja li mbagħad kompla jiżviluppa. Dawn it-tliet inizjattivi kollha kellhom l-effett pożittiv tagħhom u żviluppaw aktar illum. Fi 13-il xahar li għamilt bħala Ministru, dawn nahseb kienu l-ikbar tliet avvenimenti li għamilt. Kelli wkoll ir-responsabbiltà tal-Kunsilli Lokali għax jien kelli pożizzjoni strumentali. Biex il- partit biddel il-pożizzjoni tiegħu dwar il-Kunsilli Lokali, il-partit kellu pożizzjoni ta' kunsilli indipendenti u li ma jipparteċipax fl-elezzjoni tal-kunsilli. Bħala Ministru responsabbli mill-kunsilli, konna bdejna l-inizjattiva flimkien mal-kunsilli u d-Dipartiment tal- Edukazzjoni biex nibdew nagħmlu l-manutenzjoni fl-iskejjel. Xi ħaġa li kompliet tiżviluppa wkoll. Konna bdejna u għamilna inizjattiva oħra, pjan ta' żvilupp soċjali għan- Nofsinhar ta' Malta. Il-kunsilli ta' Nofsinhar kienu jingħaqdu flimkien u kienu ħarġu ħafna ideat ta' inizjattivi soċjali. Kien pjan tajjeb ħafna mmexxi mill-Perit Lino Bianco u kien milqugħ minn kulħadd (PL u PN). Wara li l-Gvern inbidel fl-1998, dan il-pjan ma baqax jieħu dik ir- rankatura li kellu. Il-kunsill huwa għal-lokal, mhux għall-individwu. F'temp qasir, naħseb kien hemm bosta inizjattivi u minn dejjem sibt l-appoġġ tan-nies b'rispett liema bħalu. Joseph Muscat reġa' rebaħ l-elezzjoni għal-Labour fl-2013. Kemm kien importanti dan kollu għall-Partit Laburista u għall- pajjiż? Il-Partit Laburista kien il-partit li l-ewwel appoġġ tiegħu dejjem tah lil dawk inqas privileġġati. Il-filosofija hija li tgħin fis-soċjetà, lil dawk li qegħdin l-iktar 'l isfel għax la darba dawn jitilgħu 'l fuq, ħaddieħor jibqa' Fil-ħajja politika, mhux meta tidħol fiha l-importanti, Elaine Camilleri tkellmet ma' Charles Mangion li kien Ministru tal- Ġustizzja u ħadem biswit Mintoff u Alfred Sant. Mangion jagħtina ħjiel x'ħajru jidħol għall-politika filwaqt li jaqsam magħna l-esperjenza li imbarka fuqha meta kien għadu żagħżugħ u kif baqa' jaħdem qrib in-nies. Charles Mangion "Il-Partit Laburista kien il-partit li l-ewwel appoġġ tiegħu dejjem tah lil dawk inqas privileġġati"

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of MediaToday Newspapers Latest Editions - ILLUM 10 December 2023