Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1512910
10 aħbarijiet IL-ĦADD 10 TA' DIĊEMBRU 2023 • illum opinjoni Alex Agius Saliba huwa MEP f'isem il-Partit Laburista Josianne Cutajar hija MEP f'isem il-Partit Laburista Alex Agius Saliba Josianne Cutajar A ktar ma jgħaddi ż-żmien, l-at- tenzjoni fuq il-ħiliet neċessarji qed tkompli tikber. Dan mhux anqas fis-settur turistiku, settur li kien beda jaffaċċja sfidi ta' nuqqas ta' ħaddiema sa minn qabel il-pandemija. Illum xtaqt naqsam propju it ħsibijiet fuq din it-tema illi naħdem fuqha b'mod attiv fil-Parlament Ewropew, speċjalment bħala membru f 'isem is-Soċjalisti Ewropej fil-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu u t-Taskforce għat-Turiżmu fi ħdan l-istess Kumitat. Ovvjament, biex is-settur ikompli jissaħħaħ u jagħmel il-qabża li jmiss, hemm bżonn mhux biss biżżejjed ħaddiema li jkunu jistgħu jsostnu lis- settur, imma wkoll ħaddiema ta' kwalità, bil-ħiliet adegwati. Kif se nilħqu dan il-għan b'mod effettiv hi xi ħaġa li bħalissa qed tiġi diskussa kemm fuq livell Ewropew u anke lokalment. Intant, fl-aħħar ġimgħat segwejna l-aħbar li ħaddiema fis-settur, inkluż dawk li ġejjin minn pajjiżi terzi, ser ikollhom bżonn skills card u korsijiet apposta biex jaħdmu fl-ambitu turistiku. L-għan ta' din il-miżura huwa li naraw li mhux biss inħarsu biex inżidu l-kwantità tal-ħaddiema, iżda wkoll il-kwalità – aspett essenzjali biex is-settur turistiku u t'ospitalità jibqa' jikber b'mod sostenibbli. Fl-aħħar ġimgħat kelli ċ-ċans nattendi diversi konferenzi li jirrigwardjaw l-ivvjaġġar u t-turiżmu, konferenzi li kollha kemm huma messew b'xi mod mal- ħiliet tal-ħaddiema. Propju din il-ġimgħa kont mistiedna nindirizza dibattitu organizzat mill-Hotrec, assoċjazzjoni Ewropea li tirrappreżenta eluf ta' negozji fis-settur tal-ospitalità minn madwar l-Ewropa. F'dan l-avveniment, fejn iċċelebrajna l-Jum Ewropew tal-Ospitalità, tkellimt dwar l-isfidi u l-opportunitajiet li għandna quddiemna fis-settur turistiku. Ma naqasx li niddiskutu wkoll l-isfidi fejn tidħol ir-riżorsa umana, hekk kif ċerti lukandi u stabbilimenti oħra qed ikollhom saħansitra jnaqqsu l-operat tagħhom minħabba nuqqas ta' ħaddiema b'ħiliet neċessarji. Sħaqt li rridu nużaw it-teknoloġija b'mod aħjar sabiex nassistu lill-ħaddiema tagħna biex iwettqu ħidmiethom b'aktar effiċjenza, possibbilment b'partijiet mix-xogħol tagħhom isir permezz ta' sistemi li jinkludu tekonoloġiji ġodda bħall- intelliġenza artifiċjali. Aktar kmieni dan ix-xahar, imbagħad, segwejt diskussjonijiet li saru, u indirizzajt ukoll, il-Mediterranean Tourism Forum li seħħ f 'pajjiżna. Hawn xtaqt insemmi xi punti validi li laqtuni mid-diskussjonijiet li pparteċipajt fihom. Punt minnhom hu propju l-importanza li jkun hemm kundizzjonijiet attraenti fis-settur turistiku, aspett li ma jirrelatax biss mal- pagi, iżda wkoll ma ċerta flessibiltà fejn hi bżonnjuża u possibbli. Aspett ieħor hu li filwaqt li nirrikonoxxu r-realtà li għandna bżonn ħaddiema anke minn barra l-Unjoni Ewropea biex nindirizzaw id-domanda li hemm f 'ċerti industriji bħat-turiżmu, hu importanti wkoll li ninvestu fil-ħaddiema lokali li jistgħu jsaħħu l-kwalità tal-prodott turistiku lokali. Apparti l-importanza li nħarsu l-awtentiċità tal-prodott offrut, hemm bżonn ħiliet oħra relatati mal-qasam diġitali u sostenibbli, żewġ oqsma li jinsabu fiċ-ċentru tal-politika u liġijiet li qed naħdmu fuqhom fi ħdan l-Unjoni Ewropea. Fl-aħħar nett, ma nistax ma nsemmix l-esperjenza li kelli f 'Londra, fejn attendejt l-avveniment rinomat tal-World Travel Market it tal-ġimgħat ilu. Hawnhekk, bħala Membru tal-Kumitat għat- Trasport u t-Turiżmu ġejt mistiedna sabiex nipparteċipa f 'diskussjoni dwar il-konnettività u l-ivvjaġġar, din id- darba fl-ambitu tal-effetti tal-Brexit u t-terminazzjoni konsegwenti tal- moviment ħieles bejn l-Unjoni Ewropea u r-Renju Unit. F'dan l-avveniment sħaqt li bħala Maltin, li ġejjin mill-iżgħar stat membru tal-Unjoni Ewropea, affaċċjajna diversi sfidi ta' konnettività għal għonq it- triq, iżda dan ma waqqafniex milli jkollna settur tat-turiżmu b'saħħtu li jospita viżitaturi mill-irkejjen kollha tal-kontinent u lil hinn. Bl-istess mod, ir-Renju Unit u l-Unjoni Ewropea għandhom jaħdmu flimkien sabiex jindirizzaw l-isfidi ta' wara l-Brexit, inkluż l-impatt li ġabu għall- industrija tat-turiżmu, kif ukoll għall- ħaddiema u l-intraprendituri fil-qasam li m'għadhomx igawdu mill-moviment ħieles. Filwaqt li llum qsamt magħkom xi ħidma riċenti li wettaqt fil-qasam tat-turiżmu, flimkien ma' it punti ta' kif nistgħu negħlbu wħud mill-isfidi illi jeżistu f 'dan is-settur, importanti li nżommu f 'moħħna li t-turiżmu joffri wkoll diversi opportunitajiet, kemm fuq livell lokali u anke Ewropew. L-impenn tiegħi lejn turiżmu aktar sostenibbli se jkompli għaddej. Se nkompli nisħaq dwar l-importanza li jkun hemm allokazzjoni ta' fondi fil-baġit tal-UE li tkun dedikata speċifikament għat-turiżmu, xi ħaġa li żgur tgħin bil-kbir lin-negozji żgħar u medji tagħna biex jilħqu l-potenzjal sħiħ tagħhom. I l-pandemija tal-COVID-19 kixfet il-fraġilità u l-inugwaljanzi tas-soċ- jetajiet tagħna u ġabet fid-deher għadd ta' difetti li kienu ilhom mis- tura u mgħottija mill-iżvilupp mgħaġġel riżultat tal-globalizzazzjoni u l-progress. Miljuni ta' nies madwar id-dinja, inkluż fl-Ewropa, tilfu l-impjieg, id-dħul tagħhom, saħħithom u d-dinjità tagħhom. Il-kriżi wrietna b'mod speċjali l-importanza tas-solidarjetà, il-koperazzjoni u s-servizzi pubbliċi fi żminijiet ta' bżonn. Ma nistgħux immorru lura għal kif konna qabel, daqslikieku ma ġara xejn - irridu nitgħallmu u rridu nkunu kuraġġużi sabiex verament nibdlu l-isfidi li għandna f 'opportunitajiet. Minbarra l-pandemija għandna ħafna aktar fatturi li qed ikomplu jibdlu d-dinja kif nafuha, mhux lanqas il-gwerer b'mod prominenti fl-Ukrajna u fil-Lvant Nofsani, però wkoll sfidi oħra kontemporanji bħalma huma t-tibdil fil- klima u t-tranżizzjoni diġitali. Li hu żgur hu li r-risposta għal dan kollu mhijiex li ningħalqu fina nfusna u nħarsu lejn l-interessi tal-it, iżda għandna bżonn patt soċjali ġdid li jpoġġi lin-nies l-ewwel. Din hija l-viżjoni li b'mod konret, bħala Grupp tas-Soċjalisti u d-Demokratiċi fil-Parlament Ewropew niġġieldu għaliha ta' kuljum. Irridu li bil-fatti naraw Unjoni Ewropea aktar soċjali li tiggarantixxi d-drittijiet u l-benesseri taċ-ċittadini kollha tagħha u lil hinn minnha. Bħala Grupp konna l-mutur wara l-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali, sett ta' għoxrin prinċipju li għandhom l-għan li jiżguraw kundizzjonijiet tax-xogħol ġusti u deċenti, protezzjoni u inklużjoni soċjali, u opportunitajiet indaqs għal kulħadd. Imbuttajna wkoll għal proposti leġiżlattivi konkreti biex jiġi implimentat il-Pilastru, bħad-direttiva dwar pagi minimi adegwati, id-direttiva dwar kundizzjonijiet tax-xogħol trasparenti u prevedibbli, id-direttiva dwar il-bilanċ bejn ix-xogħol u l-ħajja privata, u d-direttiva dwar il-protezzjoni tal-ħaddiema minn karċinoġeni u mutaġeni. Imbuttajna u għadna naħdmu fuq inizjattivi u kunċetti oħrajn li nemmnu li għandhom jidħlu bħala parti mid-drittijiet tal-ħaddiema, bħalma huwa r-Right to Disconnect, dritt li emmint fih sa minn qabel ġejt elett fil-Parlament Ewropew u li bqajt nitkellem fuqu sakemm wasalt biex nikseb l-appoġġ għal pożizzjoni b'saħħitha favur dan id-dritt. Bħala Grupp konna u nibqgħu wkoll minn ta' quddiem fil-ġlieda kontra l-faqar u l-esklużjoni soċjali, speċjalment fost l-aktar gruppi vulnerabbli, bħat-tfal, in-nisa, il- minoranzi u l-persuni b'diżabilità. Għandna ħafna stejjer ta' suċċess li rnexxielna naraw iseħħu inkluż il-Garanzija Ewropea għat- tfal, l-Istrateġija Ewropea għad-Diżabilità, l-Istrateġija Ewropea għall-Ugwaljanza bejn is-Sessi, u l-Pjan ta' Azzjoni Ewropew kontra r-Razziżmu. Appellajna wkoll għal dimensjoni soċjali aktar b'saħħitha tal-Patt Ekoloġiku, it-tranżizzjoni diġitali u l-pjan ta' rkupru, biex niżguraw li ħadd ma jibqa' lura fit-trasformazzjoni tal-ekonomija u s-soċjetà tagħna. F'Malta għandna l-vantaġġ li din l-istess aġenda soċjali rajnieha fil-Gvern Laburista, aġenda li tipprijoritizza l-bżonnijiet tal-poplu fuq l-interessi tal-hin. Bħala pajjiż ksibna riżultati storiċi fit-tnaqqis tal-faqar, il-qgħad u l-inugwaljanza, filwaqt li rajna żidiet fil-paga minima, il-pensjonijiet, nefqa fl-edukazzjoni u fil-kura tas-saħħa. Il-bosta riformi progressivi fis-settur tad-drittijiet ċivili matul is-snin komplew ukoll inaqqsu l-inġustizzji soċjali u l-inugwaljanzi f 'pajjiżna, progress li jagħmel lil pajjiżna mudell għal ħutna l-Ewropej. Pajjiżna huwa xhieda li s-soċjaliżmu mhux mejjet, iżda ħaj u attiv ħafna. Madankollu, ma nistgħux inkunu kompjaċenti u nistrieħu biss fuq dak li għamilna, għaliex dak ikun il-mument li nfallu. Qed niffaċċjaw ħafna sfidi u theddid, kemm fuq livell domestiku, kif ukoll fuq livell Ewropew u globali li rridu nindirizzaw bis- serjetà. L-Unjoni Ewropea għandha bosta sfidi interni u esterni, li jeħtieġu rispons b'saħħtu u magħqud flimkien mal-Istati Membri. Żgur li rridu nkunu attivi biex niddefendu l-valuri u l-prinċipji tagħna u niġġieldu kontra l-populiżmu, in-nazzjonaliżmu u l-awtoritarjaniżmu, billi nindirizzaw sentimenti ta' diżappunt u nkunu ta' spalla. Sabiex nagħmlu dan għandna bżonn Unjoni Ewropea li twieżen iktar il-weġgħat tan-nies u tilleġiżla fejn u kif meħtieġ biex naraw li ħadd ma jitħalla jaqa' lura. Nagħmlu tajjeb li nitkellmu fuq il-pożittiv li s-sħubija fl-Unjoni Ewropea ġġib magħha, imma rridu wkoll inħarsu lejn dak li mhux qed jiffunzjona kif mixtieq għaliex fl-aħħar mill-aħħar, il-prospetti ta' kull ċittadin li aspira li jkun ċittadin f 'Unjoni Ewropea b'saħħitha, ġusta u ugwali ma jistgħux jintremew. Bl-istess mod, inħares ukoll lejn id-drittijiet u l-benefiċċji li nippretendi li l-Maltin u l-Għawdxin għandhom igawdu bħalma jgawdi kwalunkwe ċittadin ieħor fl-Unjoni, inkluż dawk li wieħed jippretendi minn funzjonament ekwu tas-Suq Intern. Kontra ta' dak li jipprovaw jgħidu xi wħud, is-soċjaliżmu mhux mejjet, anzi, nazzarda ngħid li f 'dinja mimlija sfidi u tibdil kontinwu, is-soċjaliżmu huwa meħtieġ u relevanti ħafna aktar minn qatt qabel. Il-mira netta tagħna trid tibqa' dik ta' Ewropa aktar soċjali li tnissel tama għaċ-ċittadini tagħha u lil hinn minnha. L-aġenda soċjali trid tibqa' fil-qalba tal- politiki kollha tal-Unjoni Ewropea. L-importanza tal-ħiliet fil-qasam turistku Patt soċjali mġedded għall-Unjoni Ewropea