MediaToday Newspapers Latest Editions

ILLUM 17 December 2023

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1513302

Contents of this Issue

Navigation

Page 15 of 15

16 opinjoni IL-ĦADD 17 TA' DIĊEMBRU 2023 • illum Věra Jourová hija Viċi President għall-Valuri u t-Trasparenza, u Dubravka Šuica hija Viċi President għad-Demokrazija u d-Demografija Věra Jourová u Dubravka Šuica L -adozzjoni mill-Kummissjo- ni tal-pakkett dwar id-Difiża tad-Demokrazija timmarka pass kritiku fis-salvagwardja tal-valuri fundamentali tal-Unjo- ni tagħna: id-demokrazija, l-istat tad-dritt, u d-drittijiet fundamen- tali. L-interferenza Russa, l-attakki ċibernetiċi, is-soware ta' spjunaġġ intrużiv u l-pressjoni fuq il-media u s-soċjetà ċivili huma biss eżempji ta' attakki fuq elementi tad-demokraziji tagħna. Is-sena d-dieħla se jmorru jivvutaw fl-elezzjonijiet Ewropej aktar minn 400 miljun Ewropew. L-Unjoni Ewropea ħolqot spazju demokratiku rikk u mingħajr preċedent, li jgħaqqad il- lingwi, il-fruntieri, il-kulturi u l-istorja. Iċ-ċittadini tagħna jgawdu l-libertà li jesprimu fehmiet differenti, jipparteċipaw fil-ħajja demokratika, isemmgħu leħinhom fit-tfassil tal- politika, u jeleġġu r-rappreżentanti tagħhom. Din il-libertà prezzjuża hija s-sodisfazzjon u r-responsabbiltà tagħna, b'mod partikolari fid-dawl ta' theddid estern maħsub biex idgħajjef dawn il-proċessi demokratiċi. Għandna d-dmir morali u politiku u r-responsabbiltà li nrawmu, nipproteġu u niżguraw dak li bnejna. Il-pakkett dwar id-Difiża tad- Demokrazija jwieġeb għal ħtieġa kritika fl-Unjoni Ewropea tal-lum. Stħarriġ reċenti juri li 81% taċ-ċittadini tal-UE jirrikonoxxu l-interferenza barranija fis-sistemi demokratiċi tagħna bħala kwistjoni serja li teħtieġ azzjoni. Ir-rispons tagħna jinqasam fi tlieta: it-tisħiħ tat-trasparenza, l-iżgurar tal- integrità tal-proċessi elettorali tagħna, u t-trawwim ta' spazju ċiviku abilitanti. L-ewwel nett, qed nipproponu liġi ġdida li titfa' dawl fuq l-influwenza barranija moħbija permezz tal- introduzzjoni ta' obbligi ta' trasparenza. In-nies għandhom id-dritt li jkunu jafu jekk gvern barrani hux qed jiffinanzja attivitajiet fl-UE li jippruvaw jinfluwenzaw l-opinjoni pubblika u d-dibattitu demokratiku. Naturalment, aħna nibqgħu kburin bit-trasparenza tal-UE u l-libertà tal-kelma tagħha, anke minn gvernijiet barranin u dan mhux se jieqaf. Irridu sempliċement nidentifikaw l-influwenza fit-tfassil tal-politika tagħna u nnaqqsu l-possibilitajiet għal finanzjament moħbi f 'isem gvernijiet ostili ta' pajjiżi terzi. It-tieni, qed insaħħu l-proċessi elettorali tagħna. L-opportunitajiet biex jintużaw pjattaformi online għat-tixrid tad-diżinformazzjoni jew għat-tentattivi ta' manipulazzjoni tal-pubbliku qatt ma kienu akbar. Il-pakkett għandu l-għan li jippromovi elezzjonijiet ħielsa u ġusti, u jissalvagwardjahom kontra l-attakki ċibernetiċi u l-isforzi ta' manipulazzjoni. Ir-rivoluzzjoni diġitali ġabet il-politika eqreb lejn il-votanti, iżda ħolqot ukoll riskji. Neħtieġu skambju aħjar ta' informazzjoni bejn l-awtoritajiet, aktar sforzi mill-pjattaformi tal- informazzjoni, kompetenza diġitali mtejba u assigurazzjonijiet li l-għodod ta' sorveljanza ma jintużawx biex jinterferixxu mad-dibattitu demokratiku jew jintużaw biex jattakkaw l-atturi politiċi u l-ġurnalisti. Fl-aħħar nett, il-pakkett jippromovi u jipproteġi spazju ċiviku attiv. L-aqwa alleati tad-demokrazija huma ċ-ċittadini. Għalhekk huwa essenzjali li nibnu reżiljenza demokratika – kemm għat-theddid intern, kif ukoll għal dak estern – u fil-ġenerazzjonijiet kollha, inklużi l-iżgħar fosthom. Dan il-pakkett jagħti s-setgħa liċ-ċittadini u lill-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili biex jinvolvu ruħhom b'mod aktar effettiv fil-proċessi tat-tfassil tal- politika pubblika, u b'hekk tissaħħaħ ir-reżiljenza demokratika minn ġewwa. Din l-inizjattiva tibni fuq l-investimenti li diġà saru u l-perkorsi għall-parteċipazzjoni u l-involviment taċ-ċittadini miuħa mill-Konferenza dwar il-Futur tal-Ewropa u li tkompliet mill-Panels taċ-Ċittadini Ewropej. L-inizjattivi l-ġodda tagħna għandhom l-għan li jiżguraw li ċ-ċittadin jista' jkollu fiduċja fil-proċess elettorali u fir-riżultati! Sistema demokratika funzjonali mhijiex awtomatika. Din teħtieġ trawwim ta' kuljum minna lkoll. Il-pakkett tal-lum huwa xhieda tal-approċċ proattiv tal-UE għad-difiża tal-proċess demokratiku, filwaqt li jiżgura li l-Unjoni Ewropea tibqa' sors ta' ispirazzjoni għad- demokrazija, it-trasparenza u l-involviment taċ-ċittadini. Id-demokrazija għandha l-għedewwa u teħtieġ il-protezzjoni MINN PAGNA 1 Fejn tidħol is-sorveljanza fuq il-ġurnalisti, il-President tal-Parlament Ewropew Roberta Metsola kienet irrikonoxxiet li spyware ma jistax ma jiġix ikkunsidrat. Skont Politico, Metsola kienet qed tindirizza lill- mexxejja Ewropej il-Ħamis, ġurnata qabel l-aħħar negozjati bejn il-Parlament Ewoprew, il-Kunsill u l-Kummissjoni fuq l-Att Ewropew tal-libertà tal- Midja. Ir-rapport innota li filwaqt li Metsola kienet qalet li spijar fuq il-ġurnalisti m'għandux jiġi leġittimizzat, hija qalet li għandu jkun hemm miżuri li jipproteġu u/jew jipprevenu dan, filwaqt li rrikonoxxiet li din il-forma ta' sorveljenza ma tistax tiġi kompletament projbita. Dan l-att reċentement kien fuq l-aħbarijiet lokali, hekk kif Malta kienet fost seba' stati tal-UE li riedu jiżguraw li l-att ikollu klawsola li tawtorizza s-sorveljanza tal-ġurnalisti jekk dan ikun jista' jipproteġi s-sigurtà nazzjonali. Tant hu hekk, l-Ispanjoli ħarġu b'konklużjonijiet li jirrispekkjaw l-inkwiet li kellhom l-Istati. Il- proposta Spanjola tgħid: (I) tkun provduta mil-liġi nazzjonali jew liġi tal-Unjoni; (II) tkun konformi ma' Artiklu 21(1) tal- liġijiet taċ-Charter u oħrajn; (III) tkun iġġustifikata fuq bażi ta' każ b'każ minn raġuni l-iktar importanti għall-interess pubbliku u huwa proporzjonat; u (IV) tkun suġġetta għal awtorizzazzjoni minn qabel minn awtorità ġudizzjarja jew minn awtorità li tieħu deċiżjoni imparzjali jew, f 'każijiet iġġustifikati, eċċezzjonali u urġenti, tiġi awtorizzata mill-awtorità mingħajr ebda dewmien. Mijiet ta' Iżraeljani nġabru f 'Tel Aviv jipprotestaw wara li l-Forzi Difiżi Iżraeljani (IDF) "bi żball" qatlu tliet persuni li kienu qed jinżammu fir- raħal tat-Tramuntana ta' Shejaiya. Dan ġara wara li s-suldati Iżraeljani fetħu n-nar fuqhom wara li ġew "identifikati bi żball bħala theddida". Id-dimostranti mxew sal- bażi militari li jinsab f 'Tel Aviv, bil-għan li l-Gvern Iżraeljan jinnegozja ehim għall-ħelsien tal-ostaġġi maqbuda mill- Ħamas fis-7 ta' Ottubru. Tliet irġiel, Yotam Haim ta' 28 sena, Samer Talalka ta' 22 sena, u Alon Shamriz ta' 26 sena, inqatlu wara li ġew identifikati ħażin waqt l-offensiva tal-IDF fit-Tramuntana ta' Gaża. Yotam Haim: mużiċist li jħobb l-annimali u l-ikel Taljan, inħataf minn Kibbutz Kfar minn grupp mhux speċifikat. Samer Talalka: sewwieq ta' mutur entużjast li kien jieħu gost bil-vjaġġi fil-kampanja u jissoċjalizza, ittieħed mill-istess grupp mill-Kibbutz Nir Am; ritratt tiegħu qed jitmexxa minn Gaża ċċirkola fuq Telegram. Alon Shamriz: Inizjalment inżammet l-identifikazzjoni tiegħu; hu ttieħed mill-istess Kibbutz ta' Yotam Haim waqt l-attakki tal-grupp fis-7 ta' Ottubru. Min-naħa tagħhom, l-IDF espremiet rimors profond u qalet li se tkun qed tħejji investigazzjoni. Intant, il-Prim Ministru Iżraeljan Benjamin Netanyahu ddeskriva l-imwiet bħala "traġedja insopportabbli" u wiegħed li Iżrael se jkompli jirritorna lil dawk kollha maħtufa b'mod sigur. L-Istati Uniti wkoll ikkummentat. Il-kelliem tal- White House John Kirby qal li l-qtil kien "żball traġiku," u żied li l-Istati Uniti ma kellhiex "viżibilità perfetta dwar kif seħħet eżattament din l-operazzjoni". Madwar 1,200 persuna nqatlu minn mindu l-Ħamas beda l-attakk fis-7 ta' Ottubru, fejn inqabdu 240 persuna. Il- kontrattakk ta' ritaljazzjoni mill- Iżrael huwa rrappurtat li ħasad kważi 19,000 ħajja, l-aktar nisa u tfal, b'50,000 persuna oħra midruba s'issa. Fl-aħħar ta' Novembru, matul perjodu qasir ta' ehim ta' waqfien tal-isparar bejn iż- żewġ naħat, inħelsu wħud mid- detenuti. Il-Ħamas ħeles aktar minn 100 mara, tfal, u barrani miżmumin fil-magħluq f 'Gaża, bi skambju għall-ħelsien ta' 240 mara u żagħżugħ priġunerija minn Iżrael. Mijiet jipprotestaw wara li l-Forzi Difiżi Iżraeljani 'bi żball' qatlu tliet ostaġġi li kienu qed jinżammu mill-Ħamas Is-sorveljanza fuq il-ġurnalisti: Metsola irrikonoxxiet li spyware ma jistax ma jiġix ikkunsidrat

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of MediaToday Newspapers Latest Editions - ILLUM 17 December 2023